32004R0601



Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0016 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004

tat-22 ta' Marzu 2004

li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, (il-Konvenzjoni), kienet ġiet approvata mill-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunell 81/691/KEE [2], u daħħlet fis-seħħ fil-Komunità fil-21 ta' Mejju 1982.

(2) Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku permezz ta' l-istabbeliment ta' Kummissjoni għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, minn hawn il-quddiem (CCAMLR), u l-adozzjoni mill-CCAMLR ta' miżuri ta' konservazzjoni li jsiru jorbtu fuq il-Partijiet Kontraenti.

(3) Il-Komunità, bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, għandha tassigura li l-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-CCAMLR ikunu applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità.

(4) IL-Miżuri ikkonċernati jinkludu kwantità ta' regoli u disposizzjonijiet għall-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' Konservazzjoni li għandhom ikunu inkorporati fil-liġi tal-Komunità bħala disposizzjonijiet speċjali fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-istrateġija komuni tas-sajd [3], u li jissupplementaw id-disposizzjonijiet tiegħu.

(5) Uħud minn dawk id-disposizzjonijiet speċjali kienu ġew trasportati fil-liġi tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3943/90 tad-19 ta' Diċembru 1990 dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' osservazzjoni u spezzjoni stabbilita permezz ta' l-Artikolu XXIV tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku [4], bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 66/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' konservazzjoni u kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-Antartiku [5], u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1721/1999 tad-29 ta' Lulju 1999 li jistabilixxi ċerti miżuri ta' kontroll fir-rigward ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Partijiet mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku [6].

(6) In vista ta' l-implementazzjoni ta' miżuri ġodda ta' konservazzjoni adottati mill-CCAMLR, dawk ir-Regolamenti għandhom ikunu mħassra u mibdula b'Regolament wieħed li jiġbor flimkien id-disposizzjonijiet speċjali għal-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd li jirriżultaw mill-obbligi tal-Komunità bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni.

(7) Il-miżuiri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummisjoni [7].

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IS-SUSTANZA TAS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Is-sustanza tas-suġġett

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u kondizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni mill-Komunità ta':

(a) il-miżuri ta' kontroll applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, (il-Konvenzjoni), li joperaw fiż-żona tal-Konservazzjoni fl-ibħra lokalizzati lill hinn mil-limiti ta' ġurisdizzjonijiet nazzjonali;

(b) sistema li tħeġġeġ il-konformità mid-dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni mal-miżuri tal-konservazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku (CCAMLR).

2. Dan ir-Regolament għandhu jkun applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni u għandu jopera għat-tkomplija ulterjuri ta' l-għanijiet u l-prinċipji tagħha u tad-disposizzjonijiet ta' l-atti finali tal-konferenza li fiha kienu ġew adottati.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "iż-Żona tal-Konvenzjoni": tfisser iż-żona ta' l-applikazzjoni tal-Konvenżjoni kif definita fl-Artikolu 1 tagħha;

(b) "il-konverġenza Antartiku": tfisser linja li tgħaqqad dawn il-punti li ġejjin matul il-parallelli tal-latitudini u l-meridjani tal-lonġitudini: 50 oS, 0o - 50 oS, 30 oE - 45 oS, 30 oE - 45 oS, 80 oE - 55 oS, 80 oE - 55 oS, 150 oE - 60 oS, 150 oE - 60 oS, 50 oW - 50 oS, 50 oW - 50 oS, 0o;

(ċ) "dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità": tfisser dgħajjsa li ttajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hija rreġistrata fil-Komunità li tiġbor u li iżżomm abbord organiżmi marittini mir-riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni;

(d) "sistema VMS": tfisser sistema ibażata fuq satellita għal monitoraġġ ta' dgħajjes li tkun installata abbord id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità bi qbil ma l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(e) "sajd ġdid": ifisser sajd għal speċje bl-użu ta' metodu partikolari tas-sajd fi sub-żona ta' l-istatisika FAO ta' l-Antartiku, li dwarha:

(i) informazzjoni dwar id-distrubuzzjoni, abbundanza, il-popolazzjoni, il-potenzal tal-qabda u l-identità tal-ħażniet minn riċerka/stħarriġ komprensiv jew sajd esploratorju qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew

(ii) data tal-qabda u ta' l-isforz qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew

(iii) data tal-qabda jew ta' l-isforz miż-żewġ staġuni l-aktar reċenti li fihom ikun seħħ is-sajd qatt ma tkun ġiet ippreżantata lill-CCAMLR;

(f) "sajd esploratorju": ifisser sajd li preċedentament kien klassifikat bħala "sajd ġdid" kif definit fil-paragrafu (e). Sajd esploratorju għandu jibqa jkun klassifikat bħala tali sakemm informazzjoni suffiċċjenti tkun disponibbli:

(i) għall-evalwazzjoni tad-distribuzzjoni, l-abbundanza u l-popolazzjoni ta' l-ispeċje immirati, li jwasslu għal estimi tal-qabda potenzali tas-sajd;

(ii) għal reviżjoni ta' l-impatti potenzali tas-sajd fuq speċje dipendenti u relatata, u

(iii) li tippermetti lill-Kumitat Xjentifiku CCAMLR li jifformula u jipprovdi parir dwar il-livelli tal-qabda xierqa, kif ukoll dwar il-livelli ta' l-isforz u l-apparat tas-sajd, meta xieraq;

(g) "spettur CCAMLR": spetturi inkarigat minn Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni sabiex jimplementaw is-sistema ta' kontroll referuta fl-Artikolu 1(1);

(h) "sistema ta' l-ispezzjoni CCAMLR": tfisser id-dokument li jkun iġib dak l-isem; adottat mill-CCAMLR, li jikkonċerna il-kontroll u l-ispezzjoni fuq il-baħar ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;

(i) "dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti": tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni u li tkun instabet involuta fl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;

(j) "Parti Kontraenti": tfisser parti kontraenti mal-Konvenzjoni;

(k) "dgħajjsa ta' Parti Kontraenti": tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;

(b) "sejbien (deħra)": tfisser kwalunkwe sejbien ta' dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni minn dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni u li topera fiż-żona tal-Konvenzjoni, jew minn ajruplan irreġistrat f'Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni, li jkun itir fuq iż-żona tal-Konvenzjoni, jew min spettur tal-CCAMLR;

(m) "attivitajiet IUU" tfisser l-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;

(n) "dgħajjsa IUU": tfisser dgħajjsa involuta fl-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

KAPITOLU II

AĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI

Artikolu 3

Permess speċjali tas-sajd

1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità biss li jkollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom b'konformità tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 [8] għandhom ikunu awtorizzati, skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-permess, li jistadu, li jżommu abbord, li jagħmlu t-trasbord jew li jħottu l-art riżorsi tas-sajd miż-żona tal-Konvenzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lejn il-Kummissjoni, bi trasmisjoni komputerizzata, fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-permess referut fil-paragrafu 1, din l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna id-dgħajjsa koperta bil-permess:

(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;

(b) il-perijodu li għalieh tkun awtorizzata li tistad fiż-żona tal-Konvenzjoni, bid-dati li fihom l-attivitajiet tas-sajd jibdew u jispiċċaw;

(ċ) iż-żona jew iż-żoni tas-sajd;

(d) l-ispeċje fil-mira;

(e) l-apparat użat.

Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti tali informazzjoni mingħajr dewmien lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR.

3. L-informazzjoni trasmessa lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tinkludi in-numru tar-reġistru intern tal-flotta kif hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna ir-reġistru tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità [9], flimkien mad-dettalji tal-port residenzali u ta' l-ismijiet tal-padrun jew tal-kerrej tad-dgħajjsa, u għandha tkun akkumpanjata bin-notifika li l-kaptan tad-dgħajjsa ikun ġie infurmat bil-miżuri fis-seħħ għaż-żona jew iż-żoni li fihom id-dgħajjsa tkun sejra tista fiż-żona tal-Konvenzjoni.

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8.

5. L-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permess speċjali tas-sajd lid-dgħajjes li jkollhom l-intenzjoni li jinvolvu rwieħhom fis-sajd bil-konz fit-tul ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3), it-tieni paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi applikabli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta bil-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku [10].

6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 4

Regoli ġenerali u mġieba

1. Il-permessi speċjali tas-sajd, referuti fl-Artikolu 3, jew kopja awtentikata tagħhom, għandhom jkun miżmuma abbord id-dgħajjes tas-sajd u għandhom ikunu disponibli fi kwalunkwe ħin għall-ispezzjoni mill-ispettur CCAMLR.

2. Kull Stat Membru għandu jassigura li d-dgħajjes tas-sajd kollha tal-Komunità li jtajjru il-bandiera tiegħu għandhom jinnotifikawh bid-dħul u bil-ħruġ mill-portijiet kollha, bid-dħul u bil-ħruġ tagħhom miż-żona tal-Konvenzjoni u bil-movimenti tagħhom bejn is-subżoni u d-diviżjonijiet ta' l-istatistika tal-FAO.

3. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-informazzjoni referuta fil-paragrafu 2 kontra d-data li tkun wasslet ppermezz tas-sistemi VMS li joperaw abbord id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità. Huma għandhom jitrasmettu tali informazzjoni lejn il-Kummissjoni bi trasmissjoni tal-comupter fi żmien jumejn mid-data tal-wassla tagħha. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni mingħajr dewmien lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR.

4. Fil-każ ta' ħsara teknika tas-sistema tal-VMS abbord dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika malajr kemm jista jkun possibli lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, bl-isem tad-dgħajjsa, u il-ħin, id-data u l-posizzjoni tad-dgħajjsa meta is-sistema VMS tkun waqqfet milli topera. Malli s-sistema VMS terġa tkun operazzjonali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma b'dan mingħajr dewmien lill-CCAMLR.

Artikolu 5

Aċċess għas-sajd tal-granċi

1. L-Istati Membri tal-Bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni ta' dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità li tistad għall-granċi fis-subżona 48.3 tal-istatistika FAO. In-notifika għandha ssir erba' xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd u għandha tinkludi in-numru intern tar-reġistru tal-flotta u l-pjan ta' riċerka u sajd dwar id-dgħajjsa ikkonċernata.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina in-notifika, tivverifika li din tkun konformi mar-regoli applikabbli u tinforma lill-Istat Membru bis-sejbiet tagħha. L-Istat Membru għandu joħroġ permess speċjali tas-sajd mal-wassla tas-sejbiet tal-Kummissjoni jew fi żmien 10 tijiem utili mid-data tan-notifika tas-sejbiet. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-CCAMLR kif xieraq, mhux aktar tard minn tlett xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd.

3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 6

Aċċess għas-sajd ġdid

1. Sajd f'tip ta' sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 5.

2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparetċipaw f'tip ta' sajd ġdid. Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw f'tip ta' sajd ġdid.

3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba' xhur bil-quddiem tal-laqgħa annwali tal-CCAMLR bl-intenzjoni ta' dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità li tiżviluppa tip ta' sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata b'kemm jista jkun mill-informazzjoni li ġejja bħal ma l-Istat Membru jkun kapaċi li jipprovdi:

(a) in-natura tas-sajd proponut, inklużi l-ispeċje fil-mira, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun proponut u xi livell minimu ta' qabdiet meħtieġa għall-iżvilipp ta' sajd viabbli;

(b) informazzjoni bioloġika minn kruċiera komprensiva ta' riċerka/stħarriġ, bħal ma hija d-distribuzzjoni, l-abundanza, il-popolazzjoni, id-data u l-informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;

(ċ) dettalji ta' l-ispeċje dipendenti u assoċċjati u l-probbabbilità li tali speċje jkunu affettwati bi kwalunkwe mod possibbli bis-sajd proponut;

(d) informazzjoni minn sajd f'reġunji oħrajn jew sajd simili x'imkien ieħor li jista jgħin fl-evalwazzjoni tal-qabda potenzali.

4. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn il-CCAMLR għall-konsiderazzjoni l-informazzjoni ipprovduta bi qbil mal-paragrafu 3, flimkien ma xi informazzjoni relevanti oħra li tkun għad-disposizzjoni tagħha.

5. Meta il-CCAMLR tapprova tip ta' sajd ġdid, dak it-tip ta' sajd għandu jkun awtorizzat:

(a) mill-Kummuissjoni fil-każi meta il-CCAMLR ma tkunx adottat xi mużura ta' konservazzjoni f'dak li jirrigwardja t-tip ta' sajd ġdid, jew

(b) mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, fil-każi l-oħrajn kollha.

6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 7

Aċċess għal sajd esploratorju

1. Sajd esploratorju fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 7.

2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw fis-sajd esploratorju.

Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju.

3. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju jew li jkollu l-intenzjoni li jawtorizza dgħajjsa li tipparteċipa f'tali sajd, għandu jħejji pjan ta' l-operazzjonijiet tar-riċerka u tas-sajd li huwa għandu jitrasmetti direttament lill-CCAMLR qabel id-data stabbilita mill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni.

Il-pjan għandu jkun fih kemm jista jkun mill-informazzjoni li ġejja bħal ma l-Istat Membru jkun kapaċi li jipprovdi:

(a) deskrizzjoni ta' kif l-attivitajiet tal-Istat Membru ikunu konformi mal-pjan tal-ġbir tad-data żviluppata mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR;

(b) in-natura tas-sajd esploratorju, inklużi l-ispeċje immirati, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun proponut u l-livelli massimi tal-qbid ipproponuti għall-istaġun li jkun imiss;

(ċ) informazzjoni bioloġika minn kruċiera komprensiva ta' riċerka/stħarriġ, bħal ma hija d-distribuzzjoni, l-abundanza, il-popolazzjoni, id-data u l-informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;

(d) dettalji tal-ispeċje dipendenti u assoċċjati u l-probbabbilità li tali speċje jkunu affettwati bi kwalunkwe mod possibbli bis-sajd proponut;

(e) informazzjoni minn sajd f'reġunji oħrajn jew sajd simili x'imkien ieħor li jista jgħin fl-evalwazzjoni tal-qabda potenzali.

4. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jippreżenta ta' kull sena lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien mifthiem mal-CCAMLR id-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir ta' data li jkun żvilippat mill-Kumitat Xjentifiki dwar is-sajd ikkonċernat.

Meta d-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data ma tkunx ġiet ippreżentata lill-CCAMLR dwar l-istaġun l-aktar reċenti li fiħ kien seħħ is-sajd, it-tkomplija tas-sajd esploratorju mill-Istat Membru li jkun naqas milli jippreżenta id-data tiegħu għandu jkun ipprojbit sakemm id-data relevanti tkun ġiet fornuta lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u il-Kumitat Xjentifiku CCAMLR ikun ingħata l-opportunità li jirrevedi d-data.

5. Qabel ma Stat Membru jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'said esploratorju li diġa jkun iseħħ, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-CCAMLR mhux anqas min tlett xhur bil-quddiem tal-laqgħa annwali tal-CCAMLR. L-Istat Membru li jwettaq in-notifika m'għandux jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'sajd esploratorju sakemm ikun hemm il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa.

6. L-isem, it-tip, id-daqs, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call-sign tar-radju għal kull dgħajjsa li tipparteċipa fis-sajd esploratorju għandhom ikunu notifikati direttament mill-Istat Membru lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, mill-anqas tlett xhur bil-quddiem tal-bidu ta' kull vjaġġ tas-sajd.

7. Il-kapaċità tas-sajd u l-isforz għandhom ikunu suġġetti għal-limitu stabbilit fl-livell li ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex tkun akkwistata l-informazzjoni speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data u li jkun meħtieġ li jagħmel l-evalwazzjonijiet referuti fl-Artikolu 2(f).

8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 8

Aċċess għal riċerka xjentifika

1. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intezjoni li jwettqu riċerka xjentifika meta l-estimi tal-qabda jkun mistenni li jkun anqas minn 50 tunnellata, inklużi mhux aktar minn 10 tunnellati ta' Dissostichus spp., u anqas minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari ta' krill, klamari u granċi, għandu jippreżenta direttamenti lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;

(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;

(ċ) id-diviżjoni u s-subżoni li fihom ir-riċerka għandha tkun imwettqa;

(d) l-estimi tad-dati tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tal-Konvenzjoni;

(e) l-iskop tar-riċerka;

(f) it-tgħammir tas-sajd li aktarx li jkun użat.

2. Id-dgħajjes tal-Komunità referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mill-miżuri tal-konservazzjoni li jirrigwardjaw id-daqs tat-toqob tax-xbieki, projbizzjonijiet tat-tipi ta' l-apparat, iż-żoni magħluqa, l-istaġuni tas-sajd u l-limiti tal-daqsijiet, il-ħtiġiet tas-sistema tar-rapportaġġ apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9(6), u l-Artikolu 16(1).

3. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intenzjoni li jwettqu riċerka xjentifika li fiha l-estimi tal-qabda totali jkunu mistennija li jkunu aktar minn 50 tunnellata, jew aktar minn 10 tunnellatai ta' Dissostichus spp., jew aktar minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari għall-krill, klamari u granċijiet, għandu jippreżenta lejn il-CCAMLR għal reviżjoni, b'kopja lejn il-Kummissjoni, tal-programm tar-riċerka bi qbil mal-linji ta' gwida standardizzati u tal-formati adottati mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR, minn anqas sitt xhur bil-quddiem tad-data ippjanata tal-bidu tar-riċerka. Is-sajd ippjanat għal skopijiet tar-riċerka m'għandux jipproċiedi sakem il-proċess ta' reviżjoni jkun twettaq kollu mill-CCAMLR u d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet notifikata.

4. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lejn il-CCAMLA, b'kopja lejn il-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni tal-qabda u tal-isforz li jirriżultaw minn xi riċerka xjentifika suġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 3. Sommarju tar-riżultati għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 180 jum mid-data tat-twettieq tat-riċerka. Rapport sħiħ tar-riżultati tar-riċerka għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 12 il-xahar mid-data tat-twettieq tat-riċerka.

5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

KAPITOLU III

SISTEMA TAR-RAPPORTAĠĠ TAD-DATA

SEZZJONI 1

RAPPORT TAL-QABDA U TAL-ISFORZ

Artikolu 9

Rapport tal-qabda u tal-isforz

1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għal tlett sistemi ta' rapportaġġ tal-qabda u ta' l-isforz li jikkorespondu mal-perijodi referuti fl-Artikoli 10, 11 u 12 għall-ispeċje differenti u għaż-żoni, subżoni u diviżjonijiet ikkonċernati ta' l-istatistika tal-FAO.

2. Ir-rapport tal-qbda u tal-isforz għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-perijodu f'dak il-każ:

(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;

(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;

(ċ) il-qabda totali tal-ispeċje relevanti;

(d) in-numru totali ta jiem u siegħat involuti fis-sajd;

(e) il-qabdiet tal-ispeċje kollha u tal-ispeċje tal-qabdiet sekondarji li jkunu nżammu abbord matul il-perijodu tar-rapportaġġ;

(f) fil-każ ta' sajd bil-konz fit-tul, in-numru ta' snanar.

3. Il-kaptani tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jippreżentaw rapport dwar il-qabda u l-isforz lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera mill-anqas jum wieħed mid-data tat-tmiem tal-perijodu relevanti tar-rapportaġġ refererut fl-Artikoli 10, 11 u 12.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi trasmissjoni bil-kompjuter, mill anqas fi żmien tlett ijiem mid-data tat-tmiem ta' kull perijodu tar-rapportaġġ, tar-rapport tal-qabda u l-isforz kif trasmess minn kull dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera tagħhom u li tkun irreġistrata fil-Komunità. Kull rapport tal-qabda u tal-isforz għandu jispeċifika il-perijodu tar-rapportaġġ tal-qabda ikkonċernata.

5. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn il-CCAMLR, mill-anqas fi żmien ħamest ijiet mid-data ta' l-aħħar perijodu ta' rapportaġġ, ir-rapporti tal-qabda u tal-isforz li tkun irċeviet bi qbil mal-paragrafu 3.

6. Is-sistemi tar-rapportaġġ tal-qabda u l-isforz għandhom ikunu applikabli għal speċje miġbura għal skopijiet ta' riċerka xjentifika, kull meta il-qabda matul perijodu partikolari tkun teċċedi ħames tunnellati, apparti minn meta aktar regolamenti speċifiċi jkunu applikabbli għal dawk l-ispeċje partikolari.

7. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 10

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar il-qabda u l-isforz

1. Għall-iskopijiet tas-sistema tar-rapportaġġ ta' kull xahar dwar il-qabda u l-isforz, il-perijodu tar-rapportaġġ għandu jkun xahar kalendarju.

2. Din is-sistema għandha tapplika għal:

(a) is-sajd għal Electrona carlsbergi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;

(b) is-sajd għal Euphausia superba fis-subżona tal-istatistika 48 tal-FAO u fis-subżoni tal-istatistika 58.4.2 u 58.4.1 tal-FAO.

3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 11

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull 10 t'ijiem dwar il-qabda u l-isforz

1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta' rapportaġġ ta' kull 10 t'ijiem dwar il-qabda u l-isforz, kull xahar kalendarju għandu jkun diviż fi tlett perijodi tar-rapportaġġ, innominati bl-ittru A, B u C u li jibdew mill-jum wieħed sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 20 u mill-jum 21 sa l-aħħar jum tax-xahar.

2. Din is-sistema għandha tapplika għal:

(a) is-sajd għal Champsocephalus gunnari u Dissostichus eleginoides u speċje oħrajn ta' ibħra fondi fid-diviżjoni tal-istatistika 58.5.2 tal-FAO;

(a) is-sajd esploratorju għal klamari Martialia hyadesi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;

(ċ) is-sajd għal-granċi Paralomis spp. (l-ordni ta' Decapoda, subordni Repantia) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO, apparti milli dik operata matul l-ewwel fażi tal-iskema tas-sajd esploratorju CCAMLR għal dawk l-ispeċje u subżona.

3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 12

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz

1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz, kull xahar kalendarju għandu jkun diviż f'sitt perijodi tar-rapportaġġ, innominati bl-ittru A, B, C, D, E u F u li jibdew mill-jum wieħed sal-jum 5, mill-jum 6 sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 15, mill-jum 16 sal-jum 20, mill-jum 21 sal-jum 25, u mill-jum 26 sa l-aħħar jum tax-xahar.

2. Din is-sistema għandha tkun applikabli għal kull staġun tas-sajd dwar:

(a) is-sajd għall-Champsocephalus gunnari fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;

(b) is-sajd għall-Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO;

(ċ) għas-sajd eploratorju għall-Dissostichus eleginoides fiż-Żona kollha tal-Konvenzjoni, għal rettangoli ta' skala żgħir kif definiti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 600/2004.

3. B'segwiment tan-notifika mill-CCAMLR ta' l-għeluq ta' sajd bil-każ ta' nuqqas li jkun trasmess ir-rapport tal-qabda u l-isforz referut f'dan l-Artikolu, id-dgħajjsa jew id-dgħajjes ikkonċernati għandhom jieqfu joperaw immedjetament mis-sajd f'dak il-każ u għandhom ikunu awtorizzati li jerġgħu jibdew bis-sajd biss meta r-rapport jew, skond kif xieraq, spjegazzjoni tad-diffikultajiet tekniċi li jkunu jiġġustifikaw in-nuqas tal-preżentazzjoni tar-rapport, ikunu ntbgħatu lejn il-CCAMLR.

4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

SEZZJONI 2

SISTEMI TA' RAPPORTAĠĠ TA' KULL XAHAR TA' DATA BI SKALA-ŻGĦIRA GĦAT-TKARKIR, KONZ TAX-XLIEF FIT-TUL U TA' SAJD BIN-NASES

Artikolu 13

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data il-qabda u l-isforz

1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jitrasmettu lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma jtajjru il-bandiera tiegħu, għal kull staġun tas-sajd, sal-15 il-jum ta' xahar li jsegwi lill-dak li fih is-sajd ikun seħħ, data tal-qabda u l-isforz fuq skala żgħira għax-xahar ikkonċernat, rigward, skond kif xieraq, it-tkarkir, ix-xlief fit-tul jew is-sajd bin-nases, għal dawn l-ispeċje u ż-żoni li ġejjin:

(a) Champsocephalus gunnari fis-subdiviżjoni tal-istatistika 58.5.2 u fis-subżona 48.3 tal-FAO;

(b) Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO;

(ċ) Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 58.5.2 tal-FAO;

(a) Electrona carlsbergi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;

(e) Martialia hyadesi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;

(f) Paralomis spp. (l-ordni ta' Decapoda, subordni Repantia) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO, apparti milli dik operata matul l-ewwel fażi tal-iskema tas-sajd esploratorju CCAMLR għal dawk l-ispeċje u subżona.

2. Fil-każ tas-sajd referut fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (f), id-data għandha tkun irraportata għal kull tqegħid ta' nases, u fil-każi l-oħrajn għal kull erfiegħ.

3. Il-qabdiet kollha tal-ispeċje immirati u dawk sekondarji għandhom ikunu irraportati għall-ispeċje individwali. Id-data għandha tinkludi in-numri ta' L-għasafar tal-baħar u mammali marini ta' kull speċje maqbuda u rilaxxati jew maqtula.

4. L-Istati Membri għandhom jitrasmetti id-data referuta fil-paragrafi 1, 2 u 3 lejn il-Kummissjoni fit-tmiem ta' kull xahar kalendarju. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik id-data mingħajr dewmien lejn il-CCAMLR.

5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 14

Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data fuq skala bioloġika fina

1. Id-dgħajjes tal-Komunità għandhom jitrasmettU lejn l-awtoritajiet kompetneti tal-Istati Membri li huma jtajjru il-bandiera tagħhom, skond l-isteSs kondizzjonijiet u għal-istess tipi ta' sajd bħal dawk referuti fl-Artikolu 13, kampjuni repreżentattivi tal-kejl tat-tul u tal-komposizzjoni tal-ispeċje immirati u tal-ispeċje sekondarji miġbura waqt is-sajd.

2. Il-kejl tat-tul tal-ħut għandu jkun imqarreb l-isfel lejn l-eqreb ċentimetru u kampjuni rapreżentattivi tal-komposizzjoni tat-tul għandhom ikunu miġbura minn rettangoli fi gradilja singola bi skala irqieqa (0,5o latitudini bi 1o lonġitudini). Meta dgħajjsa tiċċaqqlaq minn rettangolu ta' skala żgħira lejn ieħor matul il-korsa ta' xahar, komposizzjonijiet separati tat-tul għandhom ikunu ippreżentati għal kull rettangolu.

3. Fil-każ ta' data li tikkonċerna t-tip ta' sajd referut fl-Artikolu 13(1)(d), kampjun rapreżentattiv għandu jinkludi mhux anqas minn 50 ħuta.

4. Fit-tmiem ta' kull xahar, l-Istati Membri għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni in-notifiki li jkunu irċevew, li imbagħad għandha titrasmittihom mingħajr dewmien lejn il-CCAMLR.

5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 15

L-għeluq tas-sajd fuq il-bażi ta' nuqqas li jkun ippreżentat rapport

Meta il-CCAMLR tinnotifika xi Stat Membru li s-sajd ikun ġie magħluq minħaba n-nuqqas li jkun ġie ippreżentat rapport kif hemm provediment dwar dan fl-Artikoli 13 u 14, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li d-dgħajjes tiegħu li jipparteċipaw f'dak it-tip ta' sajd għandhom jieqfu immedjetament mis-sajd tagħhom.

SEZZJONI 3

RAPPORTAĠĠ ANWALI TAL-QABDIET

Artikolu 16

Data tal-qabda totali

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju ta' kull sena, bil-qabdiet totali għas-sena preċedenti kif miġbura mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità li jtajjru il-bandiera tagħhom, imqassma b'kull dgħajjsa.

2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 17

Data aggregata għas-sajd tal-krill

1. Id-dgħajjes tal-Komunità li jkunu ipparteċipaw fis-sajd għall-krill fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jitrasmettu, sa l-1 ta' Jannar ta' kull sena, lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu huma jtajjru il-bandiera, il-qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforsi għall-istaġun preċedenti tas-sajd.

2. L-Istati Membri għandhom jaggregaw il-qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforzi b'rettangolu ta' 10 × 10 mili nawtiċi u bil-perijodu ta' 10 t'ijiem, u jitrasmettu din id-data lejn il-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena.

3. Għall-iskopijiet tal-qabda fuq skala żgħira u d-data tal-isforż, ix-xahar kalendarju għandu jkun diviż fi tlett perijodi ta' rapportaġġ ta' 10 t'ijiem il-wieħed: mill-jum wieħed sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 20 u mill-jum 21 sa l-aħħar tax-xahar. Dawn il-perijodi ta' rapportaġġ ta' 10 t'ijiem għandhom ikunu referuti bħala il-perijodi A, B u C.

4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 18

Data tal-qabdiet tal-granċi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO

1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għas-sajd tal-granċi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, sal-25 ta' Settembru ta' kull sena, id-data li tikkonċerna l-attivitajiet tas-sajd u tal-qabdiet tal-granċi miġbura qabel il-31 ta' Awissu ta' dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik id-data lejn il-CCAMLR sat-30 ta' Settembru ta' kull sena.

2. Id-data li tikkonċerna l-qabdiet mill-31 ta' Awissu ta' kull sena għandha tkun trasmessa lejn il-Kummissjoni fi żmien xharejn mid-data ta' l-għeluq tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti dik id-data lejn il-CCAMLR mhux aktar tard minn tlett xhur li jsegwu l-għeluq tas-sajd.

3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 19

Qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforz għal sajd esploratorju tal-klamari fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO.

1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għas-sajd tal-klamari (Martialia hyadesi) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, sal-25 ta' Settembru ta' kull sena, il-qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforzi ta' dik it-tip ta' sajd. Id-data għandha tinkludi in-numri ta' għasafar tal-baħar u mammali marini ta' kull speċje maqbuda u rilaxxati jew maqtula. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik id-data lejn il-CCAMLR sat-30 ta' Settembru ta' kull sena.

2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

KAPITOLU IV

KONTROLL U SPEZZJONI

SEZZJONI 1

KONTROLL U SPEZZJONI FUQ IL-BAĦAR

Artikolu 20

Skop

Dan il-Kapitolu għandu jkun applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità u għad-dgħajjes tas-sajd li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni.

Artikolu 21

L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-ispetturi CCAMLR li jistgħu ikunu abbord kwalunkwe dgħajjsa tad-sajd tal-Komunità, jew, b'arranġament ta' Parti Kontraenti oħra, abbord id-dgħajjsa ta' dan ta' l-aħħar, involuta fi jew li dalwaqt tkun involuta bil-ġbir tar-riżorsi marittimi ħajjin jew f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika relatati mas-sajd tar-riżorsi fiż-żona tal-Konvenzjoni.

2. L-ispetturi CCAMLR għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti apparti minn dik tal-Komunià jew ta' l-Istati Membri tagħha fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-konformità mal-miżuri applikabli tal-konservazzjoni kif adottati mill-CCAMLR u, fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, dwar il-konformità ma kwalunkwe miżuri ta' konservazzjoni jew kontroll relatati mas-sajd tar-riżorsi li huma applikabli għal dawk id-dgħajjes.

3. L-ispetturi CCAMLR għandhom ikunu familjari ma l-attivitajiet tas-sajd u tar-riċerka xjentifika li dwarhom ikunu sejrin iwettqu l-ispezzjonijiet, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u tal-miżuri ta' konservazzjoni kif adottati permezz tagħha. L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-kwalifiki ta' kull spettur li huma jinnominaw.

4. L-ispetturi għandhom ikunu ċittadini tal-Istat Membru li jkun jinnominhom u, waqt li jwettqu l-attività tal-ispezzjonijiet, għandhom ikunu suġġetti solament għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. Huma għandhom ikunu mogħtija l-istatus ta' uffiċjal tal-vapur sakemm ikunu abbord u għandhom ikunu kapaci li jikkomunikaw fil-lingwa tal-Istat tal-bandiera tad-dgħajjes li fuqhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

5. Kull spettur CCAMLR għandu jkollu fuqu dokument ta' l-identità approvat jew ipprovdut mill-CCAMLR u maħruġ mill-Istat Membru li jkun wettaq in-nomina. Dak id-dokument għandu jindika li l-ispettur ikun ġie innominat li jwettaq l-ispezzjonijiet bi qbil mas-sistema ta' l-osservazzjoni u ta' l-ispezzjoni tal-CCAMLR.

6. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu l-ismijiet tal-ispetturi li huma jonnominaw, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR fi żmien 14 il-jum min-nomina tagħhom.

7. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema.

8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 22

Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni

L-attivitajiet tar-riċerka u tal-ġbir ta' riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni. Dawk l-attivitajiet għandhom ikunu assumiti meta l-ispettur CCAMLR isib li l-attivitajiet ta' dgħajjsa tas-sajd ikunu jilħqu waħda jew aktar mill-erba' kriterji li ġejjin u meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kuntrarju ta' dan:

(a) l-apparat tas-sajd li jkun użat, jew li jkun reċentament ġie użat, jew li huwa lest għall-użu, inklużi:

(i) xbieki, konz jew nases li huma fil-baħar;

(ii) ix-xbieki tat-tkarkir u l-bibien ikunu imqabbda;

(iii) snanar bil-lixka, nases bil-lixka jew xi lixka diġa imdewba lesta għall-użu;

(iv) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika sajd reċenti jew sajd li sejjer jibda;

(b) ħut li jseħħ fiż-żona tal-Konvenzjoni bħala li jkun qiegħed jiġi ipproċessat jew li kien reċentament ipproċessat, inkluż:

(i) ħut frisk jew skart tal-ħut li jkun fl-istiva abbord;

(ii) ħut li jkun jiġi iffriżat;

(iii) informazzjoni operazzjonali jew tal-prodott li tkun disponibbli f'dan ir-rigward;

(ċ) apparat tas-sajd minn dgħajjsa li tkun tinstab fil-baħar, inkluż:

(i) apparat tas-sajd li jkollu il-marki tad-dgħajjsa;

(ii) apparat tas-sajd li jkun jaqbel ma dak li jkun abbord id-dgħajjsa;

(iii) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika li dak l-apparat ikun fil-baħar;

(d) il-ħut (jew il-prodotti tagħhom) li jseħħu fiż-żona tal-Konvenzjoni li jkunu stvati abbord.

Artikolu 23

L-immarkar ta' dgħajjes li jkollhom l-ispetturi fuqhom

1. Id-dgħajjes li jkollhum fuqhom l-ispetturi CCAMLR għandhom itajjru bandiera jew bandiera tal-ponta speċjli li tkun approvata mill-CCAMLR sabiex tindika li l-ispetturi jkunu abbord u li jkunu jwettqu d-doveri ta' spezzjoni bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR.

2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 24

Proċeduri ta' l-ispezzjoni fuq il-baħar

1. Kwalunwe dgħajjsa tal-Komunità li tkun preżenti fiż-żona tal-Konvenzjoni għall-iskop tal-ġbir jew tat-twettieq ta' riċerka xjentifika dwar il-miżuri marittimi ħajjin għandhom, meta jkunu mogħtija is-sinjal xieraq mill-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn dgħajjsa li jkollha abbord spettur CCAMLR, bi qbil ma l-Artikolu 23, li tieqaf jew li tieħu tali azzjonijiet bħal ma huma meħtieġa ħalli tiffaċilita it-trasferiment b'sigurtà u mħaffef tal-ispettur lejn id-dgħajjsa, apparti milli minn meta d-dgħajjsa tkun attivitament twettaq l-operazzjonijiet tal-ġbir, f'liema każ għandha tagħmel hekk malli jkun possibbli.

2. Il-kaptan tad-dgħajjsa għandu jippermetti lill-ispettur, li jista jkun akkumpanjat minn assissitenti, li jitla abbord id-dgħajjsa. Abbord id-dgħajjsa, l-ispettur għandu jippreżenta id-dokument referut fl-Artikolu 21(5). L-ispetturi għandhom ikunu ipprovduti mill-kaptan tad-dgħajjsa bl-għajnuna xierqa għat-twettieq tad-doveri tagħhom, inkluż l-aċċess skond kif meħtieġ għas-sistema tal-komunikazzjonijiet.

3. L-ispezzjoni għandha tkun imwettqa hekk li d-dgħajjsa tkun suġġetta għall-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli. Inkjesti għandhom ikunu limitati għall-aċċertar tal-fatti b'relazzjoni mal-konformità tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu applikabbli għall-Istat tal-bandiera ikkonċernat.

4. L-ispetturi għandhom ikollhom l-awtorità li jispezzjonaw il-qabdiet, ix-xbieki u l-apparat l-ieħor tas-sajd kif ukoll il-ġbir u l-attivitajiet xjentifiċi tar-riċerka, u għandhom ikollhom aċċess għar-reġistri u r-rapporti tal-qabda u tal-lokazzjoni sa kemm dan ikun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom. L-ispetturi jistgħu jiġbdu ritratti u/jew video skond ma jkun meħtieġ sabiex jiddokumentaw xi ksur allegat tal-miżuri tal-konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ.

5. L-ispetturi CCAMLR għandhom iwaħħlu marka ta' l-identifikazzjoni approvata mill-CCAMLR ma kwalinkwe xikba jew apparat ieħor tas-sajd li jidher li jkun ġie użat bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ. Huma għandhom jirreġistraw dan il-fatt fir-rapport referut fl-Artikolu 25(3) u (4).

6. Jekk dgħajjsa tiċħad li tieqaf jew li b'mod ieħor tiċħad milli tiffaċilita t-trasferimnt ta' spettur, jew jekk il-kaptan jew l-ekwipaġġ ta' dgħajjsa jindaħlu fl-attivitajiet awtorizzati ta' l-ispettur, l-ispettur involut għandu jħejji rapport dettaljat, inkluża deskrizzjoni sħiħa taċ-ċirkostanzi kollha, u jibgħat dak ir-rapport lill-Istat li jkun innominah sabiex ikun trasmess bi qbil mad-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 25.

Interferenza ma spettur jew in-nuqas ta' konformità ma talbiet raġjonevoli li jitressqu mill-ispettur fit-twettieq tad-doveri tiegħu għandhom ikunu ittratti mill-Istat Membru tal-bandiera bħalli kieku dak l-ispettur ikun spettur ta' dak l-Istat Membru.

L-Istat Membru tal-bandiera għandu jressaq rapport dwar l-azzjonijiet meħuda permezz ta' dan il-paragrafu bi qbil ma l-Artikolu 26.

7. Qabel ma jħalli d-dgħajjsa li fuqha tkun twettqet l-ispezzjoni, l-ispettur CCMALR għandu jagħti lill-Kaptan ta' dik id-dgħajjsa kopja tar-rapport komplut tal-ispezzjoni referut fl-Artikolu 25.

8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 25

Rapport tal-ispezzjoni

1. L-ispezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa bi qbil ma l-Artikolu 24 għandhom ikunu suġġetti għal rapport tal-ispezzjoni fil-għamla approvata mill-CCMALR, li jkun imħejji kif ġej:

(a) L-ispetturi CCAMLR għandhom iressqu rapport dwar xi allegat ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu fis-seħħ. L-ispetturi għandhom jippermettu lill-Kaptan tad-dgħajjsa li fuqa ikun titwettaq l-ispezzjoni sabiex jikkumenta, fuq il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni, dwar xi aspett tal-ispezzjoni;

(b) l-ispetturi għandhom jiffirmaw il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tad-dgħajjsa spezzjonata għandu jkun mistieden li jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni sabiex jikkonferma li jkun irċieva kopja tar-rapport.

2. L-ispettur CCAMLR għandu jipprovdi kopja tal-formola tal-ispezzjoni flimkien mar-ritratti u l-video lejn l-Istat Membru li jkun innominaħ, mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tar-ritorn tiegħu lejn port.

3. L-Istat Membru tan-nomina għandu jitrasmetti kopja tal-formola tal-ispezzjoni mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tal-wasla tiegħu, flimkien ma żewġ kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-CCAMLR.

L-Istat Membru għandu wkoll jitrasmetti kopja waħda tar-rapport flimkien mal-kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-wassla tiegħu flimkien ma xi rapport supplementari dwar l-informazzjoni trasmessa sussegwentament lejn il-CCAMLR rigward ir-rapport tal-ispezzjoni.

4. Xi Stat Membru li jirċievi rapport tal-ispezzjoni jew xi rapporti jew informazzjoni supplementari, inklużi rapport permezz ta' l-Artikolu 24(6), li jikkonċernaw dgħajjsa li ittajjar il-bandiera tiegħu għandu jitrasmetti kopja lejn il-CCMALR u għandu wkoll jitrasmetti kopja mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni, u jinkludi kopja ta' xi kummenti u/jew osservazzjonijiet li setgħu kienu trasmessi lejn il-CCAMLR b'segwiment tal-wassla ta' tali rapporti jew informazzjoni.

5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 26

Proċedura ta' ksur (tal-miżuri)

1. Meta bħala risultat ta' l-attivitajiet tal-ispezzjoni mwettqa bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR, ikun hemm evidenza ta' ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li miżuri xierqa jkunu meħuda kontra il-persuni naturali jew legali responsabbli għall-ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni bi qbil ma l-Artikolu 25 tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi sostenibbli ta' l-esplojtazzjoni tal-ħut permezz tal-Istrateġija Komuni tas-Sajd [11].

2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu, fi żmien 14 il-jum mid-data ta' meta jkunu tressqu l-akkużi jew tal-bidu tal-proċedimenti li jirrigwardjaw prosekuzzjoni, jinforma lil-CCAMLR u lill-Kummissjoni, u jżommhom informati bil-progress tal-proċedimenti u ta' l-eżitu tagħhom.

3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu mill-anqas darba fis-sena jgħaddi rapport bil-miktub lejn il-CCAMLR, dwar l-eżitu tal-proċedimenti referuti fil-paragrafu 1 u tal-penali imposti. Jekk il-proċedimenti ma jkunux ġew finalizzati, għandu jsir rapport tal-progress. Meta il-proċedimenti ma jkunux ġew mibdija, jew inkella ma kienu itterminati b'suċċess, ir-rapport għandu jkun fih spjegazzjoni. L-Istat Membru tal-Bandiera għandu jitrasmetti kopja tar-rapport lejn il-Kummissjoni.

4. Il-penali hemm provvediment dwarhom mill-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR għandhom ikunu suffiċċjentament severi sabiex jassiguraw konformità ma dawk il-miżuri u li jiskoraġixxu il-ksur, u għandhom iċaħħdu lil min jgħamel l-offiża minn xi benefiċċju ekonomiku li jkun akkumula mill-attivitajiet illegati tagħhom.

5. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li kwalunkwe mid-dgħajjes tiegħu li jkunu nstabu li jkunu kissru xi miżura ta' konservazzjoni CCAMLR ma jwettqux operazzjonijiet tas-sajd ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni sakemm dawn ikunu wettqu il-penali imposti.

6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

SEZZJONI 2

KONTROLL U SPEZZJONI FIL-PORT

Artikolu 27

Kontroll u spezzjoni fil-port

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni fuq id-dgħajjes kollha tas-sajd li jkunu jġorru Dissostichus spp., li jidħlu fil-portijiet tagħhom.

L-ispezzjonijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu li:

(a) il-qabda li tkun ġiet maħtuta jew li tkun għaddiet minn trasbord:

(i) tkun akkumpanjata bid-dokument tal-qabda tal-Dissostichus spp., meħtieġ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzji tal-qabda għall-Dissostichus spp. [12]; u

(ii) li jkun jikkorrespondi ma l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument;

(b) meta d-dgħajjsa tkun involuta fl-attivitajiet tal-ġbir fiż-żona tal-Konvenzjoni, li dawn ikunu b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.

2. Sabiex ikunu faċilitati l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-dgħajjes ikkonċernati jipprovdu avviż bil-quddiem tad-dħul tagħhom fil-port u li jiddikjaraw bil-kitba li huma kienux involuti fi, jew li appoġġjaw attivitajiet illegali, mhux regolati jew mhux rapporti tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni. Dhul fil-port għandu jkun miċħud, apparti milli fil-każ ta' emerġenzi, lid-dgħajjsa li tonqos milli tiddikjara li hija ma kienetx ħadet parti f'attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd jew li tonqos milli tagħmel dikjarazzjoni.

Fil-każ ta' dgħajjes awtorizzati li jidħlu fil-port, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom malajr kemm jista jkun possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa minn wara d-daħla fil-port.

L-ispezzjonijiet m'għandhom jimponu l-ebda piżijiet mhux meħtieġa fuq id-dgħajjsa jew l-ekwipaġġ tagħha, u għandhom ikunu iggwidati bid-disposizzjonijiet relevanti tas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR.

3. Meta jkun hemm evidenza li dgħajjsa tkun stadet bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru m'għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew it-trasbord tal-qabda.

Il-port tal-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera bis-sejbiet tiegħu u għandu jikkopera fit-twettieq tal-investigazzjoni fl-allegat ksur u, meta xieraq, fl-imposizzjoni tal-penali li hemm provvediment dwarhom permezz tal-liġi nazzjonali.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-CCAMLR fl-opportunità l-aktar kmieni possibbli b'xi dgħajjsa referuta fil-paragrafu 1 li lilha aċċess għall-port jew għall-awtorizzazzjoni tal-ħatt jew tat-trasbord ta' Dissostichus spp., tkun ġiet miċħuda. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu kopja ta' dik l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni.

5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).

KAPITOLU V

DGĦAJJES INVOLUTI F'SAJD ILLEGALI, MHUX REGOLAT U MHUX RAPPORTAT (IUU) FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI

SEZZJONI 1

DGĦAJJES TAL-PARTIJIET KONTRAENTI

Artikolu 28

Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet Kontraenti

1. Għall-iskopijiet ta' din is-sezzjoni, dgħajjsa ta' Parti Kontraenti tista tkun meqjusa bħala li tkun wettqet attivitaiet IUU li jkunu imminaw l-effettività tal-miżuri tal-konservazzjoni CCAMLR meta hija tkun:

(a) involviet ruħha f'attivitajiet fiż-żona tal-Konvenzjoni mingħajr il-permess speċjali tas-sajd referut fl-Artikolu 3, jew fil-każ ta' dgħajjsa li ma tkunx dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità, liċenza maħruġha bi qbil mal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR relevanti, jew bi vjolazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' tali permezz jew liċenza;

(b) tkun naqqset milli tirreġistra il-qabdiet magħmula fiż-żona tal-Konvenzjoni b'konformità mas-sistema tar-rapportaġġ applikabbli għas-sajd li tkun involuta fih, jew li tkun għamlet dikjarazzjonijiet foloz;

(ċ) stadet madtul perijodi magħluqin tas-sajd jew f'żoni magħluqin bi kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR;

(d) użat apparat ipprojbit b'kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR applikabbli;

(e) wettqet trasbord jew ipparteċipat f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma dgħajjew li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU tal-CCAMLR;

(f) involviet ruħha f'attivitajiet kuntrarji għal xi miżuri oħrajn tal-konservazzjoni CCAMLR f'manjera li timmina l-akkwist ta' l-għanijiet tal-Konvenzjoni kif stabbilita fl-Artikolu XXII tal-konvenzjoni, jew

(g) involviet ruħha f'attivitajiet f'ibħra ta' biswit gżejjer fi ħdan iż-żona tal-Konvenzjoni li fuqhom l-eżistenza ta' sovranità tal-Istat hija rikonoxxuta mill-Partijiet Kontraenti kollha, f'tali manjera li timmina l-akkwist ta' l-għanijiet tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.

2. Fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, referenzi għall-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR fil-paragrafu 1 għandhom jinfthiemu bħala referenzi għad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 600/2004, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1035/2001, jew id-disposizzjonijiet tar-Regolament li jiffissa għal kull sena l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut jew gruppi ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għal dgħajjes tal-Komunità, fl-ibħra ta' fejn limitazzjonijiet tal-qabda huma meħtieġa, li jimplementaw tali miżuri.

Artikolu 29

Identifikazzjoni ta' dgħajjes involuti fl-attivitajiet IUU

1. L-Istati Membri li jakkwistaw informazzjoni dokumentata kif xieraq rigward dgħajjes li jidħlu taħt waħda jew aktar mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, fuq il-bażi, inter alia, ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 19 sa 26, għandhom jitrasmettu din l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' April, tas-sena li ssegwi lill-dik li fiha l-attivitajiet dokumentati tad-dgħajjsa jkunu seħħew.

Il-Kummissjoni għandha immedjetament, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April, titrasmetti lejn il-CCAMLR, l-informazzjoni li tkun irċievit minn għand l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn l-Istati Membri, immedjetament mal-wassla minn għand il-CCAMLR, l-abbozz tal-lista tad-dgħajjes ta' Parti Kontraenti li jkunu presunti bħala li jkunu wettqu attivitajiet IUU.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom jidhru bl-abozz tal-lista għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju, il-kummenti tagħhom, skond kif xieraq, inkluża data VMS verifikabbli, u xi informazzjoni oħra bħala appoġġ li turi li d-dgħajjes elenkati ma kienux involuti fl-attivitajiet tas-sajd b'kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR, u l-anqas ma kellhom il-possibbiltà li jkunu nvoluti fl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti tali kummenti u l-informazzjoni supplementarja lejn il-CCAMLR sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju.

3. Mal-wassla ta' l-abozz tal-lista referuta fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib id-dgħajjes elenkati sabiex jintraċċaw l-attivitajiet tagħhom u jiskopru xi kambjament possibbli fl-isem, fil-bandiera jew fil-patronanza tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn l-Istati Membri, immedjetament mal-wassla minn għand il-CCAMLR, il-lista tad-dgħajjes ta' Parti Kontraenti li jidhru fil-lista proviżorja ta' dgħajjes IUU. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lejn il-Kummissjoni kwalunkwe kummenti jew informazzjoni addizzjonali rigward id-dgħajjes elenkati, mill-anqas xharejn bil-quddiem tal-Laqgħa Annwali tal-CCAMLR li tkun tmiss. Il-Kummissjoni għandha immedjetament titrasmetti tali kummenti u informazzjoni addizzjonali lejn il-CCAMLR.

5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri ta' kull sena bil-lista ta' dgħajjes IUU li tkun adottata mill-CCAMLR.

Artikolu 30

Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti Kontraenti

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa bi qbil mal-liġi nazzjonali jew tal-Komunità, sabiex:

(a) l-ebda permess speċjali tas-sajd referut fl-Artikolu 3 ma jkun maħruġ lid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità li jkunu jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU sabiex jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni;

(b) l-ebda liċenza jew permess speċjali tas-sajd ma jkunu maħruġa lid-dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU sabiex jistadu fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom;

(ċ) li l-bandiera tagħhom ma tkunx mogħtija lid-dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU;

(d) li dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU li jidħlu voluntarjament fil-portijiet tagħhom ikunu spezzjonati fil-port bi qbil ma l-Artikolu 27.

2. L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu ipprojbiti:

(a) b'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) 2847/93, għal dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, dgħajjes ta' appoġġ, vapuri paterni u vapuri tal-ġarr tal-merkanzija, sabiex jipparteċipaw f'xi trasbord jew f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU;

(b) għal dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU li jidħlu voluntarjament fil-portijiet, li jħottu jew li jeffettwaw it-trasbord hemmhekk;

(ċ) lill-dgħajjes mikrija li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU;

(d) li jimportaw Dissostichus spp., minn dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU;

3. L-Istati Membri m'għandhomx jivvalidaw id-dokumenti ta' l-esportazzjoni jew ta' l-esportazzjoni mill-ġdid li jkunu jakkumpanjaw konsenja ta' Dissostichus spp., permezz tad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) 1035/2001 meta il-konsenja ikkonċernata tkun ġiet dikkjarata bħala li kienet inqabdet minn xi dgħajjsa inkluża fil-lista ta' dgħajjes IUU.

4. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u twettaq skambju mal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn jew mal-Partijiet mhux-Kontraenti li jikkoperaw, ma l-entitajiet jew l-entitajiet tas-sajd, kwalunkwe informazzjoni xierqa li tkun ġiet dokumentata sewwa, bil-għan tas-sejbien, tal-kontroll u tal-prevenzjoni ta' l-użu ta' ċertifikati foloz ta' l-importazzjoni/esportazzjoni rigward il-ħut minn dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU.

SEZZJONI 2

DGĦAJJES TAL-PARTIJIET MHUX-KONTRAENTI

Artikolu 31

Miżuri fir-rigward ta' ċittadini ta' Parti Kontraenti

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa bi qbil mal-liġi nazzjonali jew tal-Komunità, sabiex:

(a) jassiguraw li ċ-ċittadini li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunux jappoġġjaw jew ma jkunux involuti f'sajd IUU, inkluż l-ingaġġjar abbord ta' dgħajjes li jidhru fil-lista IUU referuta fl-Artikolu 29;

(b) jidentifikaw dawk iċ-ċittadini li huma l-operaturi jew il-padruni benefiċjarji ta' dgħajjes involuti fis-sajd IUU.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-penali għal sajd IUU applikati fuq iċ-ċittadini bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu ta' severità suffiċjenti sabiex effettivament jipprevjenu, jiskoraġixxu u jeliminaw is-sajd IUU u li jċaħħdu lill-dawk li jkunu wettqu l-offiżi mill-benefiċċji li jakkumulaw minn tali attività illegali.

Artikolu 32

Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet mhux-Kontraenti

1. Dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun dehret involuta f'attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni jew li tkun ġiet miċħuda aċċess għall-port, ħatt jew trasbord bi qbil ma l-Artikolu 27 għandha tkun preżunta li tkun wettqet attivitajiet IUU li jkunu imminaw l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.

2. Fil-każ ta' attivitajiet ta' trasbord ġeww fil, jew il-barra mil, żona tal-Konvenzjoni, li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' dgħajjsa misjuba ta' Parti mhux-Kontraenti, il-preżunzjoni li l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR ikunu ġew imminati għandha tkun tapplika wkoll għal xi dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun involuta f'dawk l-attivitajiet ma dik id-dgħajjsa.

Artikolu 33

Spezzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti kif referuta fl-Artikolu 32 li tidħol fil-portijiet tagħhom tkun spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil ma l-Artikolu 27.

2. Id-dgħajjes spezzjonati bis-saħħa tal-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu mħollija li jħottu jew li jagħmlu trasbord ta' xi speċje ta' ħut li huma suġġetti għall-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li huma jistgħu ikollhom abbord apparti minn meta d-dgħajjsa tistabbilixxi li l-ħut kien inqabad b'konformità ma tali miżuri u mal-ħtiġiet permezz tal-Konvenzjoni.

Artikolu 34

Informazzjoni dwar dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

1. Stat Membru li jiskopri dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontreanti jew jiċħah li jħalliha tidħol fil-port, li tħott jew li tagħmel trasbord permezz ta' l-Artikoli 32 u 33 għandu jagħmel sforz sabiex jinforma lid-dgħajjsa li hija tkun assumita bħala li tkun imminat l-għan tal-Konvenzjoni u li din l-informazzjoni sejra tkun trasmessa lejn il-Partijiet Kontraenti kollha, lejn il-CCAMLR u lejn l-Istat tal-bandiera tad-dgħajjsa.

2. L-Istati Membri għandhom immedjetament jitrasmettu lejn il-Kummissjoni l-informazzjoni li tirrigwarja is-sejbien, iċ-ċaħda tad-dħul fil-port, il-ħatt jew it-trasbord, u tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fil-portijiet tagħhom, u ta' xi azzjoni sussegwenti li huma jkunu ħadu fir-rigward tad-dgħajjsa ikkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni immedjetament lejn il-CCAMLR.

3. L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe waqt jippreżentaw lill-Kummissjoni għal trasmissjoni immedjata lejn il-CCMALR b'xi informazzjoni addizzjonali, li tista tkun relevanti għall-identifikazzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti li tista tkun twettaq attivitajiet IUU tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri ta' kull sena bid-dgħajjes tal-Parti mhux-Kontreanti li jkunu jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU adottata mill-CCAMLR.

Artikolu 35

Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti

L-Artikoli 30(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dgħajjew ta' Parti mhux-Kontraenti elenkati fil-lista ta' dgħajjes IUU referuta fl-Artikolu 34(4).

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

L-Implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu implimentati l-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 21, 23, 24, 25, 26, u 27 għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 37

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala xahar wieħed.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 38

Tħassir

1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 3943/1990, (KE) Nru 66/98, u (KE) Nru 1721/1999 huma b'dan imħassra.

2. Ir-Referenzi magħmula għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] Opinjoni mogħtija fil- 16.12.2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 252, tal-5.9.1981, p. 26.

[3] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, tas-7.11.2003, p. 1).

[4] ĠU L 379, tal-31.12.1990, p. 45.

[5] ĠU L 6, ta' l-10.1.1998, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2742/1999 (ĠU L 341, tal-31.12.1999, p. 1).

[6] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 14.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7.

[9] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 27. Ir-Regolament kif imħassar bir-Regolament (KE) Nru 26/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 25).

[10] Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[11] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

[12] ĠU L 145, tal-31.05.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 669/2003 (ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 1).

--------------------------------------------------