32004R0186



Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004

tat-2 ta’ Frar 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 u r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-kodiċijiet ta’ nomenklatura magħquda għall-gallettini tal-ħelu, waffles u wejfers

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikoli 10, 15 u 31(14) li jinsabu fih,

billi:

(1) L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għal għoti ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-fini tar-Regolament, jekk ikunu esportati fl-għamla tal-oġġetti ta’ merkanzija llistjati fl-Anness II li jinsab fih.

(2) l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti tal-pastizziera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ l-ikel [2], jirriferi għall-kowds tas-CN tal-prodotti finali eliġġibbli għall-miżuri previsti taħt dak ir-Regolament.

(3) Minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 [3], li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura magħquda dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [4], ġew effettwati tibdil għan-nomenklatura magħquda fil-każ ta’ ċerti prodotti.

(4) l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 għandhom jiġu emendati hekk.

(5) Dawn l-emendi għandhom ikunu applikabbli fl-istess żmien bħar-Regolament (KE) Nru 1789/2003.

(6) Regolamenti (KE) Nru 1255/1999 u (KE) Nru 2571/97 għandhom għalhekk jiġu emendati.

(7) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’ mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-linja li ġejja hija mħassra mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1255/1999:

"19059040 | – – – Waffles u wejfers b' kontenut ta' ilma li jaqbeż l-10 % fil-piż" |

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4(1), formula A, punt A1 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97, il-kowds CN "190530, 19059040" huma mibdula b’ "190531, 190532".

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh l-ghada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, 26.06.99, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 121).

[2] ĠU L 350, 20.12.97, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1851/2001 (ĠU L 253, 21.09.01, p. 16).

[3] ĠU L 281, tat-30.10.2003, p. 1.

[4] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2003 (ĠU L 287, tal-5.11.2003, p. 15).

--------------------------------------------------