32004L0072



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0070 - 0075


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE

tad-29 ta' April 2004

li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni ta' l-informazzjoni interna b'relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta' listi ta' persuni nterni, in-notifika tat-transazzjonijiet ta' l-amministraturi u n-notifika ta' transazzjonijiet suspettużi

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq [1], u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 1 u l-punt 2(a) ta' l-Artikolu 1 u tar-raba', l-ħames u s-seba' nċiżi ta' l-Artikolu 6(10) tagħha,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tar-Regolatorji tal-Kambjali u Titoli Ewropej (CESR) [2] għal parir tekniku,

Billi:

(1) Il-ġustizzja u l-effiċjenza mill-parteċipanti tas-suq hija meħtieġa sabiex ma jinħoloqx preġudizzju għall-attività normali tas-suq u l-integrità tas-suq. B'mod partikolari, prattiċi tas-suq li jnaqqsu l-interazzjoni tal-forniment u t-talba billi jkunu limitati l-opportunitajiet għal parteċipanti l-oħrajn tas-suq għal reazzjoni għat-transazzjonijiet li jistgħu joħolqu riskji akbar għall-integrità tas-suq u huma, għalhekk, anqas probabbli li jkunu aċċettabbli mill-awtoritajiet kompetenti. Min-naħa l-oħra, prattiċi tas-suq li jsaħħu l-likwidità huwa pjuttost aktar aċċettabbli minn dawk il-prattiċi li jnaqqsuhom. Il-prattiċi tas-suq li jiksru r-regoli u r-regolament iddisinjata li ma jħallux li jsir abuż mis-suq, jew kodiċi ta' mġieba, huma anqas probabbli li jkunu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti. La darba l-prattiċi tas-suq jinbidlu b'ħeffa sabiex jilħqu il-ħtiġiet ta' l-investituri, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jkunu attenti għal xi prattika ġdida jew li tiżviluppa fis-suq.

(2) It-trasparenza tal-prattiċi tas-suq minn parteċipanti fis-suq hija kruċjali għall-konsiderazzjoni ta' jekk prattika partikolari tas-suq tistax tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti. Anqas ma prattika tkun trasparenti, din pjuttost li tkun anqas aċċettabbli. B'dana kollu, prattiċi fi swieq mhux regolati jistgħu għal raġunijiet strutturali jkunu anqas trasparenti minn prattiċi simili fi swieq regolati. Tali prattiċi m'għandhomx fihom infushom ikunu meqjusa bħala mhux aċċettabbli mill-awtoritajiet kompetenti.

(3) Prattiċi partikolari tas-suq f'suq partikolari m'għandhomx joħolqu riskju għall-integrità tas-suq ta' swieq oħrajn, direttament jew indirettament, tas-swieq relatati matul il-Komunità, sew jekk dawk is-swieq huma regolati u anki jekk le. Għalhekk, aktar ma r-riskju jkun għoli għall-integrità tas-suq f'tali suq relatat fi ħdan il-Komunità, anqas ma dawk il-prattiċi pjuttost li jkunu aċċettabli mill-awtoritajiet kompetenti.

(4) L-awtoritajiet kompetenti, waqt li jikkonsidraw l-aċċettazzjoni ta' prattika partikolari tas-suq, għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħtrajn, b'mod partikolari dwar każi meta jkunu jeżistu swieq komparabbli għal dak suġġett għal skrutinju. B'dana kollu, jista' jkun hemm ċirkostanzi li fihom prattika tas-suq tista tkun meqjusa bħala aċċettabbli f'suq partikolari wieħed u mhux aċċettabbli f'suq komparabbli ieħor ġewwa l-Komunità. Fil-każ ta' diskrepanzi bejn il-prattiċi tas-suq li huma aċċettabbli fi Stat Membru wieħed imma li ma humiex f'ieħor, diskusjoni għandha sseħħ fil-Kumitat tar-Regolatorji tal-Kambjali u t-Titoli Ewropej sabiex tinstgħab soluzzjoni. F'dak li jirrigwarda d-deċiżjonijiet tagħhom dwar tali aċċettazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw grad għoli għall-konsultazzjoni u t-trasparenza vis-à-vis il-parteċipanti tas-suq u l-utenti finali.

(5) Huwa essenzjali għall-parteċipanti tas-suq fi swieq derivattivi li l-aċċenn tagħhom ma jkunx strument finanzjarju, li jakkwistaw ċertezza legali akbar dwar x'jikkostitwixxi informazzjoni nterna.

(6) L-istabbiliment, minn dawk li jwettqu l-ħruġ jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom għall-akkont tagħhom, ta' listi ta' persuni li jaħdmu għalihom permezz ta' kuntratt ta' l-impieg jew b'xi mod ieħor u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lill-dak li jagħmel il-ħruġ, hija miżura utili għall-protezzjoni ta' l-integrità tas-suq. Dawn il-listi jistgħu iservu lill-dawk li jagħmlu l-ħruġ jew lill-tali persuni li jikkontrollaw in-nixxija ta' tali informazzjoni nterna u b'hekk jamministraw id-doveri tal-konfidenzalità tagħhom. Aktar minn hekk, dawn il-listi jistgħu wkoll jikkostitwixxu għodda utili għall-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu l-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-abbuż tas-suq. L-identifikazzjoni ta' l-informazzjoni nterna li dwarha xi persuna minn ġewwa tista jkollha aċċess u d-data li fiha hija tkun akkwistat aċċess dwarha hija meħtieġa għal dawk li jgħamlu l-ħruġ u għall-awtoritajiet kompetenti. Aċċess għall-informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lill-min jagħmel il-ħruġ minn persuni inklużi f'tali lista huwa mingħajr preġudizzju għad-dover tagħhom li jibqgħu lura min-negozju ntern fuq il-bażi ta' xi informazzjoni nterna kif definita fid-Direttiva 2003/6/KE.

(7) In-notifika ta' transazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan dak li jagħmel il-ħruġ għall-akkont tagħhom, jew minn persuni assoċċjati mill-qrib magħhom, mhux biss hija informazzjoni ta' valur għall-parteċipanti tas-suq, imma wkoll tikkostitwixxi meżżi addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-swieq. L-obbligu minn eżekuttivi anzjani li jinnotifikaw it-transazzjonijiet huwa mingħajr preġudizzju għad-dover tagħhom li jibqgħu lura minn negozjar intern fuq il-bażi ta' xi informazzjoni nterna kif definita fid-Direttiva 2003/6/KE.

(8) In-notifika ta' transazzjonijiet għandha sseħħ b'konformità mar-regoli dwar it-trasferiment ta' informazzjoni personali stabbilita fid-Direttiva 95/46/KE [3] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dawk li jirrigwarda l-ipproċessar ta' dettalji personali u tal-moviment ta' tali informazzjoni.

(9) Notifika ta' transazzjonijiet suspettużi minn persuni li b'mod professjonali jirranġaw it-transazzjonijiet fi strumenti finanazjarji għall-awtorità kompetenti teħtieġ indikazzjonijiet suffiċċjenti li t-transazzjoni tista tikkostitwixxi abbuż tas-suq, i.e. transazzjoniijiet li joħolqu bażi raġjonevoli għas-suspettar ta' negozjar intern jew li l-manipulazzjoni tas-suq tkun involuta. Ċerti transazzjonijiet minnhom infushom jistgħu jidhru li jkunu kompletament ħielsa minn xi suspett, imma jistgħu jwasslu tali indikazzjonijiet tal-possibbiltà ta' abbuż, meta jidhru fil-perspettiva ma transazzjonijiet oħrajn, ċerta mġieba jew xi informazzjoni oħra.

(10) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikalarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari bl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tal-Kambjali u t-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 (10) tad-Direttiva 2003/6/KE:

1. "Persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan min jgħamel il-ħruġ" għandha tfisser persuna li hija:

(a) membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' min jgħamel il-ħruġ;

(b) eżekuttiv anzjan, li ma jkunx membru tal-korpi referuti fil-punt (a), li jkollu aċċess regolari għall-informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lil min jagħmel il-ħruġ, u l-poter li jieħu deċiżjonijiet maniġerjali li jaffettwaw l-iżviluppi futuri u l-prospetti tan-negozju ta' min jagħmel il-ħruġ.

2. "Persuni assoċjati mill-qrib ma' persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan min jagħmel il-ħruġ ta' strumenti finanzjarji" għandha tfisser:

(a) il-konjugi tal-persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali, xi sieħeb ta' dik il-persuna meqjus bil-liġi nazzjonali bħala ekwivamenti għal konjugi;

(b) skond il-liġi mazzjonali, ulied dipendenti tal-persuna li twettaq ir-responsabbiltajiet maniġerjali;

(ċ) xi qraba oħrajn tal-persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali, li jkunu jgħixu fl-istess dar bħal dik il-persuna għal mill-anqas sena waħda fid-data tat-transazzjoni ikkonċernata;

(d) kwalunkwe persuna legali, fiduċjarja jew bħala soċju, li r-responsabbiltajiet tagħha huma mwettqa mill-persuna rferuta fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu jew fl-ittri (a), (b) u (ċ) ta' dan il-punt, jew li hija direttament jew indirettament ikkontrollata minn tali persuna, jew li hija stabbilita għal-benefiċċju ta' tali persuna, jew li l-interessi ekonomiċi tagħha huma sostanzjalment ekwivalenti għal dawk ta' tali persuna.

3. "Persuna li professjonalment tirranġa transazzjonijiet" għandha tfisser mill-anqas ditta ta' l-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu.

4. "Ditta ta' l-investiment" għandha tfisser kwalunkwe persuna kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE [4];

5. "Istituzzjoni tal-Kreditu" għandha tfisser kwalunkwe persuna kif definita fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5];

6. "Awtorità kompetenti" għandha tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 1(7) tad-Direttiva 2003/6/KE.

Artikolu 2

Fatturi li għandhom ikunu meqjusa meta jkunu kkunsidrati l-prattiċi tas-suq

1. Għall-iskop ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tal-punt 1 u tal-punt 2(a) ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li dawn il-fatturi li ġejjin li ma humiex eżawrenti jkunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-kollaborazzjoni ma l-awtoritajiet l-oħrajn, meta jkun stmat jekk dawn ikunux jistgħu jaċċettaw prattika partikolari tas-suq:

(a) il-livell tat-trasparenza tal-prattika tas-suq relevanti għas-suq kollu kemm hu;

(b) il-ħtieġa li tkun salvagwardata l-operazzjoni tal-forzi tas-suq u ta' l-interazzjoni xierqa mal-forzi tal-forniment u t-talba;

(ċ) il-grad li miegħu il-prattika tas-suq relevanti jkollha impatt fuq il-likwidità u l-effiċċjenza tas-suq;

(d) il-grad li dwaru l-prattika relevanti tqis il-mekkaniżmu tal-kummerċ tas-suq relevanti u tiffaċilita lill-parteċipant fis-suq li jkollhom reazzjoni xierqa u b'manjiera f'waqtha għal sitwazzjoni ġdida tas-suq ikkaġunata b'dik il-prattika;

(e) ir-riskju integrali fil-prattika relevanti għall-integrità ta', direttament jew indirettament, s-swieq relatati, sew jekk regolati u anki jekk le, fl-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan il-Komunità kollha;

(f) l-eżitu ta' xi investigazzjoni tal-prattika tas-suq relevanti minn xi awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra msemmija fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2003/6/KE, b'mod partikolari meta l-prattika tas-suq relevanti tikser ir-regoli jew ir-regolamenti iddisinjati sabiex ma jħallux l-abbuż tas-suq, ta' kodiċi ta' mġieba, sew jekk fis-suq f'dak il-każ jew fi, direttament jew indirettament, swieq relatati fi ħdan il-Komunità;

(g) il-karatteristiċi strutturali tas-suq relevanti inkluz jekk ikun regolat jew le, it-tipi ta' l-istrumenti finanzjarji innegozjati u t-tip tal-parteċipanti tas-suq, inkluża l-medda tal-parteċipazzjoni ta' investituri bl-imnut fis-suq relevanti.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jqisu l-ħtieġa għas-salvagward referut fil-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari li janalizzaw l-impatt tal-prattika tas-suq relevanti kontra l-parametri ewlenija tas-suq, bħal ma huma l-kondizzjonijiet speċifiċi tas-suq, qabel ma titwettaq il-prattika tas-suq relevanti, il-prezz tal-medja peżata ta' sessjoni waħda jew tal-prezz odjern ta' l-għeluq.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prattiċi, b'mod partikolari prattiċi f'suq ġdid jew li qed jiżviluppa ma jkunux preżunti bħal li mhux aċċettabbli mill-awtorità kompetenti sempliċement minħabba li dawn ma kienux preċedentament aċċettabli għaliha.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrevedu regolarment il-prattiċi tas-suq li huma jkunu aċċettaw, b'mod partikolari billi jqisu il-bidliet sinifikanti għall-ambjent tas-suq relevanti, bħal ma huma l-bidliet fir-regoli tal-kummerċ jew fl-infrastruttura tas-suq.

Artikolu 3

Proċeduri konsultattivi u l-iżvelar ta' deċiżjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tal-punt 1 u tal-punt 2(a) ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jkunu osservati mill-awtoritajiet kompetenti meta jikkonsidraw jekk ikunux jistgħu jaċċettaw jew jibqgħu li jaċċettaw prattika partikolari tas-suq.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti, qabel jaċċettaw jew le il-prattika ikkonċernata tas-suq, jikkonsultaw kif xieraq mal-korpi relevanti bħala rappreżentanti ta' min jagħmel il-ħruġ, il-fornituri tas-servizzi finanzjarji, il-konsumaturi, l-awtoritajiet oħrajn u l-operaturi tas-suq.

Il-proċedura konsultattiva għandha tinkludi konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn, b'mod partikolari meta jkunu jeżistu swieq komparabbli, i.e. fi strutturi, volum, tip ta' transazzjonijiet.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti pubblikament jiżvelaw id-deċiżjonijiet tagħhom rigward l-aċċettabbiltà tal-prattika tas-suq ikkonċernat, inklużi deskrizzjonijiet xierqa ta' tali prattiċi. L-Istati Membri għandhom aktar minn hekk jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jittrasmettu d-deċiżjonijiet tagħhom malli jkun possibli lejn il-Kumitat tar-Regolatorji tal-Kambjali u t-Titoli Ewropej li għandu immedjetament jagħmilhom disponibbli fil-website tiegħu.

L-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni tal-fatturi li jkunu meqjusa fid-determinazzjoni ta' jekk il-prattika relevanti tkunx meqjusa bħala aċċettabbli, b'mod partikolari meta konklużjonijiet differenti jkunu jirriżultaw rigward l-aċċettabbiltà ta' l-istess prattika fi swieq differenti tal-Istati Membri.

4. Meta l-azzjonijiet investigatorji dwar każi speċifiċi li jkunu diġà mibdija, il-proċeduri tal-konsultazzjoni kif elenkati fil-paragrafi 1 sa 3 jistgħu jkunu mdewwma sat-tmiem ta' tali investigazzjoni u s-sanzjonijiet possibilment relatati.

5. Prattika tas-suq li kienet ġiet aċċettata bħala segwiment tal-proċeduti tal-konsultazzjoni elenkati fil-paragrafi sa 3 m'għandhiex tkun mibdula mingħajr l-użu ta' l-istess proċeduri ta' konsultazzjoni.

Artikolu 4

Informazzjoni interna b'relazzjoni mad-derivattivi tal-kommoditajiet

Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, l-utenti tas-swieq li fihom id-derivattivi tal-kommoditajiet ikunu innegozjati, huma meqjusa li jistennew li jirċievu informazzjoni li tirrigwarda, direttament jew indirettament, għal wiehed jew aktar tali derivattivi li huma:

(a) magħmula disponibbli bħala rutina għall-utenti ta' dawk is-swieq, jew

(b) meħtieġa li jkunu żvelati b'konformità mad-disposizzjonijiet legali jew regolatorji, ir-regoli tas-suq, kuntratti jew dwana tas-suq relevanti li jaċċenna l-kommodità jew tas-suq tad-derivattivi tal-kommodità.

Artikolu 5

Lista ta' persuni nterni

1. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-listi tal-persuni nterni kollha koperti b'dak l-Artikolu li jkollhom aċċess għall-informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lil min ikun għamel il-ħruġ, sew jekk fuq bażi regolari jew okkażżjonali.

2. Il-lista tal-persuni nterni għandha mill-anqas tistqarr:

(a) l-identità ta' xi persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni nterna;

(b) ir-raġuni il-għala kwalunkwe tali persuna tkun fil-lista;

(ċ) id-data li fiha il-lista tal-persuni nterni kienet saret u ġiet aġġornata.

3. Il-listi tal-persuni nterni għandhom ikunu aġġornati immedjetament

(a) kull meta jkun hemm tibdil fir-raġuni dwar l-għala xi persuna li tkun diġa fil-lista;

(b) kull meta persuna ġdida għandha tkun miżjuda fil-lista;

(ċ) billi jkun imsemmi jekk u meta xi persuna diġa fil-lista ma jkollhiex aktar aċċess għal informazzjoni nterna.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-listi tal-persuni nterni jinżammu għal mill-anqas ħames snin wara li jkunu mħejjija jew aġġornati.

5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuni meħtieġa li jħejju l-listi ta' dawk interni jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jassiguraw li xi persuna f'tali lista li jkollha aċċess għal informazzjoni nterna, tirrikonoxxi d-doveri legali u regolatorji involuti u li tkun konxja tas-sanzjonijiet involuti fl-użu ħażin jew iċ-ċirkolazzjoni mhux xierqa ta' tali informazzjoni.

Artikolu 6

Transazzjonijiet ta' l-amministraturi

1. Għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2003/6/KE, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal obbligi l-oħrajn tan-notifika minn dawk koperti b'dak l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-transazzjonijiet kollha li jirrigwardaw l-ishma aċċettati għall-kummerċ f'suq regolat, jew tad-derivattivi jew strumenti finanzjarji oħrajn marbutin magħhom, imwettqa għall-akkont tal-persuni referuti fl-Artikolu 1, il-punti 1 u 2 ta' hawn fuq, ikunu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-regoli tan-notifika li dwarhom dawk il-persuni jeħtieġ li jkunu konformi magħhom għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri ta' fejn min jagħmel il-ħruġ huwa rreġistrat. In-notifika għandha ssir fi żmien ħamest ijiem utili mid-data tat-transazzjoni lejn l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Meta min jagħmel il-ħruġ ma jkunx reġistrat fi Stat Membru, din in-notifika għandha ssir lejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun meħtieġa li tippreżenta l-informazzjoni annwali b'relazzjoni ma' l-ishma skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sakemm l-ammont totali tat-transazzjonijiet ikun laħaq ħamest elef euro fit-tmiem tas-sena kalendarja, li l-ebda notifika ma hija meħtieġa jew li notifika tista tkun imdewwma sal-31 ta' Jannar tas-sena segwenti. L-ammont totali tat-transazzjonijiet għandhu jkun ikkalkolat bil-għadd tat-transazzjonijiet imwettqa għall-akkont tal-persuna innifisha kif referut fl-Artikolu 1, il-punt 1 mat-transazzjonijiet imwettqa għall-akkont tagħhom tal-persuni referuti fl-Artikolu 1, il-punt 2.

3. Din in-notifika għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem tal-persuni li jwettqu r-responsabbiltajiet maniġerjali għand min jagħmel il-ħruġ, jew, meta applikabbli, l-isem tal-persuna assoċjata mill-qrib ma tali persuna,

(b) ir-raġuni tar-responsabbiltà għan-notifika,

(ċ) l-isem ta' dak li jagħmel il-ħruġ skond kif relevanti,

(d) id-deskrizzjoni ta' l-istrument finanzjarju,

(e) in-natura tat-transazzjoni (e.g. l-akkwist jew it-tneħħija),

(f) id-data u l-post tat-transazzjoni

(g) il-prezz u l-volum tat-transazzjoni.

Artikolu 7

Transazzjonijiet suspettużi li għandhom ikunu notifikati

Għall-iskopijiet ta' l-applikar ta' l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuni referuti fl-Artikolu 1, il-punt 3 ta' hawn fuq għandhom jiddieċedu fuq il-bażi ta' każ b'każ jekk ikunx hemm bażi raġjonevoli għal suspett ta' transazzjoni li tinvolvi insider dealing jew il-manipulazzjoni tas-suq, billi jkunu meqjusa l-elementi li jikkostitwixxu l-insider dealing jew il-manipulazzjoni tas-suq, referuti fl-Artikoli 1 sa 5 tad-Direttiva 2003/6/KE, fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE [6] li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni nterna u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq, u fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/6/KE, il-persuni li professjonalment jirranġaw it-transazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għar-regoli tan-notifika tal-Istat Membru li fih huma irreġistrati jew ta' fejn ikollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom, jew fil-każ ta' fergħa, l-Istat Membru ta' fejn tkun lokalizzata il-fergħa. In-notifika għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti ta' dan l-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu n-notifika dwar transazzjonijiet suspettużi għandhom immedjetament jittrasmettu tali informazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-swieq regolati kif ikkonċernati.

Artikolu 8

Il-qafas taż-żmien għan-notifika

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ li persuni, kif referuti fl-Artikolu 1, il-punt 3, isiru konxji b'fatt jew b'informazzjoni li tikkaġuna bażi raġjonevoli għal suspett li tikkonċerna t-transazzjoni relevanti, li jagħmlu n-notifika mingħajr dewmien.

Artikolu 9

Il-kontenut tan-notifika

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuni li huma suġġetti għall-obbligu tan-notifika li jittrasmettu lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' din l-informazzjoni kif ġejja:

(a) deskrizzjoni tat-transazzjonijiet, inklużi t-tip ta' ordni (bħal ma hija l-ordni tal-limitu, l-ordni tas-suq jew il-karatteristiċi ta' l-ordni) u t-tip tan-negożju tas-suq (bħala ma huwa negozju b'massa);

(b) ir-raġinijiet għas-suspett li t-transazzjonijiet jistgħu joħolqu abbuż tas-suq;

(ċ) mezzi għall-identifikazzjoni tal-persuni li f'isimhom it-transazzjonijiet kienu ġew imwettqa, u ta' persuni oħrajn involuti fi-transazzjonijiet relevanti;

(d) il-posizzjoni li fiha tkun topera l-persuna suġġetta għall-obbligu tan-notifika (bħal ma jkun għall-akkont tiegħu stess jew f'isem partijiet terzi);

(e) kwalunkwe informazzjoni li tista jkollha sinifikanza fir-reviżjoni tat-transazzjonijiet suspettużi.

2. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-waqt tan-notifika, in-notifika għandha tinkludi mill-anqas ir-raġunijiet il-għala l-persuni tan-notifika jkunu jissuspettaw li t-transazzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu insider dealing jew il-manipulazzjoni tas-suq. L-informazzjoni kollha li jkun fadal għandha tkun ipprovduta lill-awtorità kompetenti malli din tkun disponibbli.

Artikolu 10

Mezzi tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li n-notifika lejn l-awtorità kompetenti tkun tista ssir bil-posta, b'posta elettronika, telekopja jew telefon, basta li f'dan il-każ ta' l-aħħar, il-konferma tkun notifikata b'xi għamla bil-kitba meta jkun hemm talba dwar din mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Responsabbiltà u segretezza professjonali

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-persuna li tagħmel in-notifika lejn l-awtorità kompetenti kif referut fl-Artikoli 7 sa 10 għandha tinforma lill-dawk il-persuni l-oħrajn, b'mod partikolari il-persuni li f'isimhom it-transazzjonijiet ikunu ġew imwettqa jew il-partijiet relatati ma dawk il-persuni, b'din in-notifika, apparti milli bis-saħħa tad-disposizzjonijiet stabbiliti bil-liġi. It-twettieq ta' din il-ħtieġa m'għandux jinvolvi lill-persuna li tagħmel in-notifika f'xi responsabbiltà ta' kwalunkwe tip, basta li l-persuna li tagħmel in-notifika tkun aġġixxiet b'intenzjoni tajba.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti li ma jiżvelawx lejn xi persuna, l-identità tal-persuna li tkun innotifikat dawn it-transazzjonijiet, jekk tali żvelar ikun, jew pjuttost li jkun joħloq ħsara għall-persuna li tkun innotifikat it-transazzjonijiet. Din id-disposizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta' l-amministrazzjonijiet ta' l-infurzar u tas-sanzjonijiet permezz tad-Direttiva 2003/6/KE u tar-regoli dwar it-trasferiment tad-dettalji personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

3. In-notifika li tkun saret b'rieda tajba lejn l-awtorità kompetenti kif referuta fl-Artikoli 7 sa 10 m'għandhiex toħloq ksur ta' xi restrizzjonijiet dwar l-iżvelar ta' l-informazzjoni kif imponuta b'kuntratt jew b'xi leġislazzjoni, disposizzjoni regolatorja jew amministrattiva, u m'għandhiex tinvolvi l-persuni li jgħamlu n-notifika f'responsabbiltà ta' kwalunkwe tip kif relatata ma tali notifika.

Artikolu 12

Transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mit-12 ta' Ottubru 2004. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test ta' dawn id-disposizzjonijiet u t-tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 96, tat-12.4.2003, p. 16.

[2] CESR kienet ġiet stabbilita bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/527/KE tas-6 ta' Ġunju 2001 (ĠU L 191, tat-13.7.2001, p.43)

[3] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[4] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27.

[5] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1.

[6] ĠU L 339, ta' l-24.12.2003, p. 70.

--------------------------------------------------