32004L0049



Official Journal L 164 , 30/04/2004 P. 0044 - 0113


Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà

(Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Ħadu azzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat Konċiljattiv fit-23 ta' Marzu 2004,

Billi:

(1) Biex ikunu segwiti l-isforzi biex ikun stabbilit suq wieħed għas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, mibdi mid-Direttiva 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 fuq l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità [5], huwa neċessarju li jkun stabbilit qafas regolatorju komuni għas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. L-Istati Membri s'issa żviluppaw ir-regoli u l-istandards tas-sigurtà tagħhom l-aktar fuq linji nazzjonali, ibbażati fuq kunċetti tekniċi u operazzjonali nazzjonali. Fl-istess ħin, id-differenzi fil-prinċipji, l-approċċ u l-kultura għamluha diffiċli biex ikunu megħluba d-diffikultajiet tekniċi u biex ikunu stabbiliti operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali.

(2) Id-Direttiva 91/440/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 fuq l-għoti tal-liċenzi għall-impriżi tal-linji tal-ferrovija [6] u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà [7] jipprovdu l-ewwel passi lejn regolazzjoni tas-suq Ewropew tat-trasport bil-ferrovija billi fetħu s-suq għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet fuq is-sigurtà kienu insuffiċjenti u d-differenzi bejn il-ħtiġiet tas-sigurtà baqgħu hemm, li jaffettwaw l-aħjar mod ta' funzjonar tat-trasport bil-ferrovija fil-Komunità. Huwa ta' importanza partikolari li jkunu armonizzati l-kontenut tar-regoli tas-sigurtà, iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, il-kompiti u r-rwoli ta' l-awtoritajiet tas-sigurtà u l-investigazzjoni ta' l-inċidenti.

(3) Il-metro, il-linji tat-tramm u s-sistemi l-oħra l-ħfief tal-ferrovija huma f'ħafna Stati Membri soġġetti għar-regoli tas-sigurtà lokali jew reġjonali u huma f'ħafna każijiet sorveljati mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali u mhux koperti mill-ħtiġiet fuq it-tħaddim u l-liċenzar tal-Komunità. Il-linji tat-tramm huma aktar minn hekk ta' spiss soġġetti għal-leġislazzjoni tas-sigurtà fuq it-triq u għalhekk ma setgħux ikunu koperti b'mod sħiħ mir-regoli tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. Għar-raġunijiet u skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabblita fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu dawn is-sistemi lokali tal-linji tal-ferrovija mill-iskop ta' din id-Direttiva.

(4) Il-livelli tas-sigurtà fis-sistema tal-linji tal-ferrovija fil-Komunità huma ġeneralment għolja, partikolarment meta' kkumparati mat-trasport tat-triq. Huwa importanti li s-sigurtà hija minn ta' l-anqas miżmuma matul il-fażi kurrenti ta' ristrutturazzjoni, li ser tissepara l-funzjonijiet tal-kumpaniji tal-linji tal-ferrovija li qabel kienu integrati u tmexxi s-settur tal-ferrovija lil hinn milli jirregola lilu nnifsu lejn ir-regolazzjoni pubblika. Skond il-progress tekniku u xjentifiku, is-sigurtà għandha tittejjeb aktar, meta' jkun prattikabbli b'mod raġjonevoli u meta' tittieħed in konsiderazzjoni il-kompetittività fit-trasport bil-ferrovija.

(5) Dawk kollha li joperaw is-sistema tal-ferrovija, il-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, għandhom jieħdu fuqhom ir-responsabbilità sħiħa għas-sigurtà tas-sistema, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu. Kull meta' dan ikun xieraq, dawn għandhom jikkooperaw biex jimplimentaw il-miżuri tal-kontroll tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn din ir-responsabbilità immedjata għas-sigurtà u d-dmir ta' l-awtoritajiet tas-sigurtà li jipprovdu qafas regolatorju nazzjonali u li jissorveljaw l-andament ta' l-operaturi.

(6) Ir-responsabbilità tal-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija biex imexxu s-sistema tal-linja tal-ferrovija ma teskludix atturi oħra bħal dawk li jimmanifatturaw, dawk li jipprovdu s-servizzi ta' manteniment, dawk li jżommu il-vaguni, dawk li jipprovdu s-servizzi u l-entitajiet li jakkwistaw milli jieħdu r-responsabbilità għall-prodotti jew is-servizzi tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq it-tħaddim tas-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija trans-Ewropea [8] u tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq it-tħaddim tas-sistema konvenzjonali tal-ferrovija trans-Ewropea [9] jew tal-leġislazzjoni relevant oħra tal-Komunità.

(7) Il-ħtiġiet tas-sigurtà fuq is-sottosistemi tan-networks tal-ferroviji trans-Ewropej huma stabbiliti fid-Direttiva 96/48/KE u d-Direttiva 2001/16/KE. Madanakollu, dawk id-Direttivi ma jfissrux il-ħtiġiet komuni fuq il-livell tas-sistema u ma jkoprux fid-dettal ir-regolament, l-immaniġġar u s-superviżjoni tas-sigurtà. Meta' l-livelli minimi tas-sigurtà tas-sottosistemi jiġu mfissra bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tħaddim (TSIs) ser ikun aktar importanti li jkunu stabbiliti miri tas-sigurtà fuq il-livell tas-sistema wkoll.

(8) Il-miri komuni tas-sigurtà (CSTs) u l-metodi komuni tas-sigurtà (CSMs) għandhom ikunu introdotti bil-mod biex jiżguraw li l-livell għoli ta' sigurtà huwa miżmum u, meta' u fejn neċessarju u prattikabbli b'mod raġjonevoli, imtejjeb. Huma għandhom jipprovdu l-għodda għall-istimar tal-livelli tas-sigurtà u l-ħidma ta' l-operaturi fuq il-livell tal-Komunità kif ukoll fl-Istati Membri.

(9) L-informazzjoni fuq is-sistema tal-linji tal-ferrovija hija skarsa u mhux ġeneralment disponibbli għall-pubbliku. Huwa għalhekk neċessarju li jkunu stabbiliti indikaturi komuni tas-sigurtà (CSIs) biex ikun stmat li s-sistema tħares is-CSTs u biex jiffaċilitaw is-sorveljanza ta' l-andament tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. Madanakollu, it-tifsiriet nazzjonali dwar is-CSIs jistgħu japplilkaw waqt perjodu transizzjonali u għalhekk għandu jittieħed kont tal-limitu ta' l-iżvilupp tat-tifsiriet komuni tas-CSIs meta' l-ewwel sett tas-CSTs ikun abbozzat.

(10) Ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà, li huma ġeneralment ibbażati fuq l-istandards tekniċi nazzjonali, għandhom ikunu mibdula bil-mod mir-regoli ibbażati fuq l-istandards komuni, stabbiliti mit-TSIs. L-introduzzjoni tar-regoli speċifiċi nazzjonali li m'humiex ibbażati fuq dawn l-istandards komuni għandhom jinżammu għall-minimu. Ir-regoli ġodda nazzjonali għandhom jinżammu konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità u li jiffaċilitaw it-tluq lejn approċċ komuni tas-sigurtà tal-ferroviji. Dawk il-partijiet kollha interessati għandhom għalhekk ikunu konsultati qabel ma Stat Membru jadotta r-regoli tas-sigurtà nazzjonali li jeħtieġu livell tas-sigurtà aktar għoli mis-CSTs. F'dawn il-każijiet ir-regola ġdida abbozzata għandha tkun soġġetta għall-eżaminazzjoni mill-Kummissjoni, li għandha tadotta Deċiżjoni jekk din ikun jidhrilha li r-regola abbozzata m'hijiex konformi mal-leġislazzjoni tal-Komunità jew tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq fuq it-tħaddim kollu tal-linji tal-ferrovija bejn l-Istati Membri.

(11) Is-sitwazzjoni kurrenti, li fiha r-regoli nazzjonali tas-sigurtà jkomplu bir-rwol tagħhom, għandha tkun trattata bħala stadju transizzjonali, li jwassal b'mod aħħari għal sitwazzjoni li fiha r-regoli Ewropej japplikaw.

(12) L-iżvilupp tas-CSTs, CSMs u CSIs kif ukoll il-ħtieġa biex ikun faċilitat il-progress lejn approċċ komuni għas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija jeħtieġ l-għajnuna teknika fuq il-livell tal-Komunità. L-Aġenzija Ewropea tal-Linji tal-Ferrovija stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10] hija stabbilita biex toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar is-CSTs, CSMs u CSIs u miżuri oħra ta' l-armonizzazzjoni u biex tissorvelja l-iżvilupp tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija fil-Komunità.

(13) Fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbilitajiet tagħhom, il-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija għandhom jimplimentaw sistema ta' maniġġjar tas-sigurtà, li taqdi l-ħtiġiet tal-Komunità u li fiha elementi komuni. L-informazzjoni fuq is-sigurtà u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' l-immaniġġjar għandha tkun sottomessa lill-awtorità tas-sigurtà fl-Istat Membru konċernat.

(14) Is-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KE tat-12 ta' Ġunju 1989 fuq l-introduzzjoni tal-miżuri biex ikunu mħeġġa l-iżviluppi fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [11] u d-direttivi individwali relevanti tagħha huma applikabbli b'mod sħiħ għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport bil-ferrovija. Is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandha wkoll tieħu in konsiderazzjoni d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija [12].

(15) Biex ikun żgurat livell għoli ta' sigurtà fil-linji tal-ferroviji u kondizzjonijiet ugwali għall-impriżi kollha tal-linji tal-ferrovija, huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess ħtiġiet tas-sigurtà. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jagħti xhieda li l-impriża tal-linji tal-ferrovija stabbilixxit is-sistema tagħha ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà u hija kapaċi li tħares l-istandards u r-regoli relevanti tas-sigurtà. Għas-servizzi tat-trasport internazzjonali għandu jkun biżżejjed illi tapprova s-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà fi Stat Membru wieħed u li tagħti l-approvazzjoni l-validità tal-Komunità. Il-ħarsien tar-regoli nazzjonali mill-banda l-oħra għandhu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni addizzjonali f'kull Stat Membru. L-għan aħħari għandu jkun li jkun stabbilit ċertifikat tas-sigurtà komuni bil-validità tal-Komunità.

(16) Flimkien mal-ħtiġiet tas-sigurtà stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-sigurtà, l-impriżi liċenzat tal-linji tal-ferrovija għandhom iħarsu l-ħtiġiet nazzjonali, kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u applikati b'mod li mhux diskriminatorju, dwar is-saħħa, is-sigurtà u l-kondizzjonijiet soċjali, inklużi d-dispożizzjonijiet legali dwar il-ħin tas-sewqan, u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva 95/18/KE.

(17) Kull manager ta' l-infrastruttura għandu r-responsabbilità importanti għall-ippjantar, manteniment u operazzjoni sigura tan-network tal-ferrovija tiegħu. B'mod parallel maċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija il-manager ta' l-infrastruttura għandhu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni tas-sigurtà mill-awtorità tas-sigurtà dwar is-sistema tiegħu ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà u d-dispożizzjonijiet l-oħra biex jattwaw il-ħtiġiet tas-sigurtà.

(18) L-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jassistu lill-applikanti li jixtiequ jidħlu fis-suq bħala impriżi tal-linji tal-ferrovija. Partikolarment dawn għandhom jipprovdu informazzjoni u jaġixxu b'mod mgħaġġel fuq il-talbiet taċ-ċertifikat tas-sigurtà. Għal dawk l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li joperaw servizzi internazzjonali tat-trasport, huwa importanti li l-proċeduri ikunu simili fi Stati Membri differenti. Għalkemm iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jkun fih il-partijiet nazzjonali għall-futur qarib, għandu madanakollu jkun possibbli illi jkunu armonizzati l-partijiet komuni tiegħu u li tkun faċilitata l-kreazzjoni tal-format komuni.

(19) Iċ-ċertifikazzjoni tal-ħaddiema tal-ferrovija u l-awtorizzazzjoni biex jitpoġġew fis-servizz il-materjali mobbli għall-użu għan-networks nazzjonali differenti huma ħafna drabi diffikultajiet li ma jistgħux jiġu megħluba għal dawk il-ġodda. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħaddiema tal-ferrovija neċessarji biex ikopru l-ħtiġiet fir-regoli nazzjonali huma disponibbli għall-impriżi tal-linji tal-ferrovija li japplikaw għal ċertifikat tas-sigurtà. Proċedura komuni għandha tkun stabbilita għall-awtorizzazzjoni biex jitpoġġew fis-servizz il-materjali mobbli għall-użu.

(20) Il-ħinijiet tas-sewqan u l-ħinijiet tal-mistrieħ għas-sewwieqa tal-ferroviji u l-ħaddiema tal-ferroviji li jagħmlu xogħol ta' sigurtà għandhom impatt importanti fuq il-livell tas-sigurtà tas-sistema tal-linji tal-ferrovija. Dawn l-aspetti jaqgħu taħt l-Artikoli 137 sa 139 tat-Trattat u huma diġà soġġetti għan-negozjati bejn is-sieħba soċjali taħt il-Kumitat Settorjali tad-Djalogu stabbilit skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE [13].

(21) L-iżvilupp tas-sistema tal-ferrovija tal-Komunità sigura teħtieġ l-iżvilupp ta' l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet armonizzati biex ikunu mogħtija l-liċenzi adattati lis-sewwieqa tal-ferroviji u lill-ħaddiema li jakkumpanjaw il-ferrovija li jagħmlu xogħol ta' sigurtà, li għalih il-Kummissjoni wriet l-intenzjoni tagħha li tipproponi leġislazzjoni oħra fil-futur qarib. Fir-rigward tal-ħaddiema l-oħra li wkoll jagħmlu xogħol ta' sigurtà kritiku, il-kwalifiki tagħhom diġà qegħdin ikunu speċifikati taħt id-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE.

(22) Bħala parti mill-qafas regolatorju l-ġdid għas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu stabbiliti fl-Istati Membri kollha biex jirregolaw u jissorveljaw is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. Biex tkun faċilitata l-koperazzjoni bejniethom fuq il-livell tal-Komunità huma għandhom jingħataw l-istess dmirijiet u responsabilitajiet minimi. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà għandhom ikunu mogħtija livell għoli ta' indipendenza. Huma għandhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom b'mod miftuħ u bla diskriminazzjoni biex jgħinu biex tkun magħmula sistema ta' linji tal-ferrovija waħda tal-Komunità u biex jikkoordinaw il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet, partikolarment dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li joperaw servizzi ta' trasport internazzjonali.

(23) Inċidenti serji fuq il-linji tal-ferrovija huma rari. Madanakollu, jista' jkollhom konsegwenzi disastrużi u li jqajjmu tħassib fost il-pubbliku dwar l-andament tas-sigurtà tas-sistema tal-ferrovija. Dawn l-inċidenti kollha għandhom, għalhekk, ikunu investigati minn perspettiva ta' sigurtà biex tkun evitata r-rikorrenza u r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet għandhom ikunu magħmula pubbliċi. Inċidenti oħra jistgħu ikunu prekursuri sinifikanti għall-inċidenti s-serji u għandhom ikunu wkoll soġġetti għall-investigazzjonijiet tas-sigurtà, fejn ikun neċessarju.

(24) L-investigazzjoni tas-sigurta għandha tinżamm separata mill-inkjesta ġudizzjarja fl-istess inċident u tkun mogħtija aċċess għall-evidenza u għax-xhieda. Għandha tkun magħmula minn entità permanenti li hija indipendenti mill-atturi tas-settur tal-ferrovija. L-entità għandha tiffunzjona b'tali mod li tevita kwalunkwe kunflitt ta' interess u kwalunkwe involviment possibli fil-kawżi ta' dawk l-affarijiet li jiġu investigati; partikolarment, l-indipendenza funzjonali tagħha m'għandix tkun affetwata jekk hija magħquda mill-viċin ma' l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà jew ir-regolatur tal-ferroviji għar-raġunijiet organizzazzjonali jew ta' l-istrutturi legali. L-investigazzjonijiet tagħha għandhom ikunu magħmula taħt il-kondizzjonijiet miftuħa kemm jista' jkun. Għal kull ħaġa li ġrat l-entità ta' l-investigazzjoni għandha tistabbilixxi l-grupp relevanti ta' l-investigazzjoni bl-esperjenza neċessarja biex isib il-kawżi immedjati u l-kawżi moħbija.

(25) Ir-rapporti fuq l-investigazzjonijiet u kwalunkwe sejbiet jew rakkomandazzjonijiet jipprovdu informazzjoni kruċjali għal aktar żvilupp fis-sigurtà tal-ferrovija u għandhom ikunu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-livell tal-Komunità. Ir-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà għandhom jiġu attwati minn dawk li lilhom ikunu indirizzati u l-azzjonijiet għandhom ikunu rapportati lura lill-entità li għamlet l-investigazzjoni.

(26) Peress illi l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri biex ikunu koordinati l-attivitajiet fl-Istati Membri biex tkun regolata u sorveljata s-sigurtà u biex ikunu investigati l-inċidenti u biex ikunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità l-miri tas-sigurtà, il-metodi komuni tas-sigurtà, l-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-ħtiġiet komuni taċ-ċertifikati tas-sigurtà, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-kobor ta' l-azzjoni, jintlaħqu b'mod aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta il-miżuri skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx aktar lil' hinn minn dak li huwa neċessarju biex ikunu milħuqa dawn l-għanijiet.

(27) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [14].

(28) Din id-Direttiva timmira lejn ir-reorganizzazzjoni u t-tagħqid flimkien tal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità fuq is-sigurtà tal-ferroviji. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li kienu qabel stabbiliti fid-Direttiva 2001/14/KE għandhom, flimkien mar-referenzi kollha għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà, ikunu mħassra. Id-Direttiva 95/18/KE tinkludi il-ħtiġiet fuq il-kwalifiki tas-sigurtà tal-ħaddiema u fuq is-sigurtà tal-materjali mobbli li huma koperti mill-ħtiġiet taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' din id-Direttiva u m'għandhomx għalhekk ikunu aktar parti mill-ħtiġiet għall-liċenzar. L-impriża tal-linja tal-ferrovija liċenzata għandha żżomm ċertifikat tas-sigurtà biex b'hekk tingħata aċċess għall-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija.

(29) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli fuq il-multi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li huma jkunu implimentati. Dawk il-multi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Il-KAPITOLU I

ID-DISPOSIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tassigura l-iżvilupp u t-titjib tas-sigurtà fuq il-linji tal-ferrovija tal-Komunità u l-aċċess imtejjeb fis-suq għas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija billi:

(a) tarmonizza l-istruttura regolatorja fl-Istati Membri;

(b) tfisser ir-responsabbilitajiet bejn l-atturi;

(ċ) tiżviluppa miri komuni tas-sigurtà u metodi komuni tas-sigurtà bil-għan ta' armonizzazzjoni akbar tar-regoli nazzjonali;

(d) teħtieġ l-istabbiliment, f'kull Stat Membru, ta' l-awtorità tas-sigurtà u l-entità li tinvestiga l-inċident;

(e) tfiser il-prinċipji komuni għall-immaniġġjar, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tas-sigurtà tal-linja tal-ferrovija.

Artikolu 2

L-għan

1. Din id-Direttiva tapplika għas-sistema tal-linja tal-ferrovija fl-Istati Membri, li tista' tinqasam f'sottosistemi għaż-żoni strutturali jew tat-tħaddim. Hi tkopri l-ħtiġiet tas-siġurtà fuq is-sistema sħiħa, inkluż l-immaniġġjar sikur ta' l-infrastruttura u t-tħaddim tat-traffiku u l-interazzjoni bejn l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u l-managers ta' l-infrastruttura.

2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-miżuri li jadottaw fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a) il-metros, il-linji tat-tramm u s-sistemi l-oħra tal-ferrovija li huma ħfief;

(b) in-networks li huma separati b'mod funzjonali mill-bqija tas-sistema tal-ferrovija u maħsuba biss għat-tħaddim tas-servizzi lokali, urbani jew suburbani tal-passiġieri, kif ukoll l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li joperaw biss fuq dawn in-networks;

(ċ) l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija li tinsab għand sid privat li teżisti biss għall-użu mis-sid ta' l-infrastruttura għat-tħaddim tiegħu stess tat-trasport tal-merkanzija.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għar-raġunijiet ta' din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) "is-sistema tal-linji tal-ferrovija" tfisser it-totalità tas-sottosistemi għaż-żoni strutturali u tat-tħaddim, kif definiti fid-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE, kif ukoll l-immaniġġjar u t-tħaddim tas-sistema kollha;

(b) "il-manager ta' l-infrastruttura" tfisser kwalunkwe entità jew impriża li hija responsabbli partikolarment biex tkun stabbilita u miżmuma l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, jew partijiet minnha, kif definita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440/KEE, li tista' tinkludi wkoll l-immaniġġjar ta' l-infrastruttura tas-sistemi tal-kontroll u tas-sigurtà. Il-funzjonijiet tal-manager ta' l-infrastruttura fuq in-network jew parti minn network jistgħu jkunu allokati lill-entitajiet jew l-impriżi differenti;

(ċ) "l-impriżi tal-linji tal-ferrovija" tfisser l-impriżi tal-linji tal-ferrovija kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE, u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija li tipprovdi t-trasport ta' l-oġġetti u/jew il-passiġġieri bil-ferrovija fuq il-bażi li l-impriża trid tassigura il-ġibda; dan ukoll jinkludi l-impriżi li jipprovdu l-ġbid biss;

(d) "speċifikazzjoni teknika għat-tħaddim (TSI)" tfisser l-ispeċifikazzjonijiet li bihom kull sottosistema jew parti minn sottosistema hija koperta biex tilħaq il-ħtiġiet essenzali u tassigura t-tħaddim tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji tal-veloċità qawwija u dawk konvenzjonali kif definit fid-Direttiva 96/48/KE u d-Direttiva 2001/16/KE;

(e) "il-miri komuni tas-sigurtà (CSTs)" tfisser il-livelli tas-sigurtà li minn ta' l-anqas iridu jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-ferrovija (bħal ma hi s-sitema tal-ferrovija konvenzjonali, is-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija, il-mini twal tal-ferrovija jew linji li huma wżati biss għat-trasport) u mis-sistema kollha, espressi bħala kriterji tar-riskju aċċettat;

(f) "il-metodi komuni tas-sigurtà (CSMs)" tfisser il-metodi li għandhom ikunu żviluppati biex ikun deskritt kif il-livelli tas-sigurtà u l-kisbiet tal-miri tas-sigurtà u t-tħaris tal-ħtiġiet l-oħra tas-sigurtà huma meqjusa;

(g) "l-awtorità tas-sigurtà" tfisser l-entità nazzjonali li ġiet fdata bix-xogħol dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija skond din id-Direttiva jew kwalunkwe entità nazzjonali fdata mill-Istati Membri b'dan ix-xogħol sabiex tassigura reġim wieħed tas-sigurtà għall-infrastrutturi speċjalizzati li jaqsmu l-fruntiera;

(h) "ir-regola nazzjonali tas-sigurtà" tfisser dawk ir-regoli kollha li fhom il-ħtiġiet tas-sigurtà tal-ferrovija imposti fuq il-livell ta' l-Istati Membri u applikabbli għal aktar minn impriża waħda, irrispettivament mill-entità li ppubblikathom;

(i) "is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà" tfisser l-organizzazzjoni u l-arranġamenti stabbiliti minn manager ta' l-infrastruttura jew impriża tal-linji tal-ferrovija biex jassiguraw l-immaniġġjar sigur ta' l-operazzjonijiet tagħha;

(j) "l-investigatur maħtur" tfisser il-persuna responsabbli mill-organizzazzjoni, mill-andament u mill-kontroll ta' investigazzjoni;

(k) "l-aċċident u l-inċident" tfisser eventwalità li mhix mixtieqa jew li mhix mistennija li tiġi fsalt jew katina speċifika ta' eventwalitajiet li għandhom konsegwenzi ta' ħsara; l-aċċidenti u l-inċidenti huma maqsuma fil-kategoriji li ġejjin: ħbit, il-ferrovija toħroġ barra mill-linja, inċidenti meta' jinqasam il-livell, inċidenti lill-persuni kawżati mill-materjali mobbli li jkunu qed jimxu, minn nirien u oħrajn;

(l) "inċident serju" tfisser kwalunkwe ħabta ta' ferrovija jew meta' l-ferrovija toħroġ barra mill-linja, li tirriżulta fil-mewt ta' mill-anqas persuna waħda jew fi ħsara serja lill-ħames jew aktar persuni jew ħsara estensiva lill-materjali mobbli, lill-infrastruttura jew lill-ambjent, u kwalunkwe inċident ieħor simili b'impatt ovvju fuq ir-regolament tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija jew l-immaniġġjar tas-sigurtà; "ħsara estensiva" tfisser ħsara li tista' tkun stmata immedjatament mill-entità investigattiva li tiswa minn ta' l-anqas EUR 2 miljuni fit-total;

(m) "l-inċident" tfisser kwalunkwe eventwalità, minbarra l-inċident jew l-inċident serju, assoċjat mat-tħaddim tal-ferroviji u li jaffettwa s-sigurtà tat-tħaddim;

(n) "l-investigazzjoni" tfisser proċess immexxi minħabba l-prevenzjoni ta' l-inċidenti li tinkludi l-ġbir u l-analiżi ta' l-informazzjoni, il-wasla għall-konklużjonijiet, inkluża d-determinazzjoni tal-kawżi u, fejn adattat, il-ħolqien tar-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà;

(o) "il-kawżi" tfisser l-azzjonijiet, in-nuqqasijiet, l-każijiet jew il-kondizzjonijiet, jew kumbinazzjoni ta' dawn, li wasslu għall-inċident;

(p) "l-Aġenzija" tfisser l-Aġenżija Ewropea tal-Linji tal-Ferrovija, l-aġenzija tal-Komunità għas-sigurtà u t-tħaddim;

(q) "l-entitajiet avżati" tfisser l-entitajiet li huma responsabbli biex jistmaw il-konformità jew l-adattament għall-użu tal-kostitwenti tat-tħaddim jew biex jivvalutaw il-proċedura tal-KE għall-verifika tas-sottosistemi, kif definiti fid-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE;

(r) "il-kostitwenti tat-tħaddim" tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, it-tagħqid parzjali jew it-taħgqid sħiħ ta' tagħmir inkorporat jew maħsub biex ikun inkorporat f'sottosistema li fuqha t-tħaddim tas-sistema tal-ferrovija tal-veloċità qawwija tiddependi direttament jew indirettament, kif definit fid-Direttiva 96/48/KE u 2001/16/KE. Il-kunċett ta' "kostitwenti" jkopri kemm oġġetti tanġibli kif ukoll oġġetti intanġibli bħal software.

Il-KAPITOLU II

L-IŻVILUPP U L-IMMANNIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ

Artikolu 4

L-iżvilupp u t-titjib tas-sigurtà tal-ferrovija

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sigurtà tal-ferrovija hija ġeneralment miżmuma u, fejn hija prattikabbli b'mod raġjonevoli, imtejjba kontinwament, billi jittieħed in konsiderazzjoni l-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-Komunità u l-progress tekniku u xjentifiku u billi tingħata prijorità għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti serji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli tas-sigurtà jkunu stabbiliti, applikati jew infurzati b'manjiera miftuħa u mhux diskriminatorja, biex iħeġġu l-iżvilupp tas-sistema waħda Ewropea tat-trasport bil-ferrovija.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri biex jiżviluppaw u jtejjbu s-sigurtà tal-ferrovija għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-bżonn għall-approċċ ibbażat fuq is-sistema.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbilitajiet għat-tħaddim sigur tas-sistema tal-ferrovija u r-riskji tal-kontroll assoċjati magħha huma stabbiliti fuq il-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, billi jobbligawhom biex jimplimentaw il-miżuri neċessarji għall-kontroll tar-riskji, fejn adattat f'kooperazzjoni ma' xulxin, biex ikunu applikati r-regoli u l-istandards nazzjonali tas-sigurtà, u biex ikunu stabbiliti s-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà skond din id-Direttiva.

Bla ħsara għar-responsabbilità ċivili skond il-ħtiġiet legali ta' l-Istati Membri, kull manager ta' l-infrastruttura u impriża tal-linja tal-ferrovija għandha titpoġġa responsabbli għall-parti tagħha fis-sistema u t-tħaddim sigur tagħha, inkluż il-forniment tal-materjal u l-kuntrattar tas-servizzi, vis-à-vis dawk li jużaw, il-konsumaturi, il-ħaddiema konċernati u t-terzi persuni.

4. Dan bla ħsara għar-responsabbilità ta' kull min jimmanifattura, iforni l-manteniment, dak li jmantni l-vaguni, dak li jipprovdi s-servizzi u l-entità li takkwista biex jassiguraw li l-materjali mobbli, l-installazzjonijiet, l-aċċessorji u t-tagħmir u s-servizzi forniti minnhom iħarsu l-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet għall-użu speċifiku, biex b'hekk ikunu jistgħu jitħaddmu b'mod sigur mill-impriża tal-linja tal-ferrovija u/jew il-manager ta' l-infrastruttura.

Artikolu 5

Indikaturi komuni tas-sigurtà

1. Biex ikun faċilitat l-istimar tal-kisbiet tas-CST u biex jipprovdu għall-kontroll ta' l-iżvilupp ġenerali tas-sigurtà l-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni fuq l-indikaturi komuni tas-sigurtà (CSIs) permezz tar-rapporti annwali ta' l-awtoritajiet tas-sigurtà kif msemmija fl-Artikolu 18.

L-ewwel sena ta' referenza għas-CSIs għandha tkun 2006; għandhom ikunu rappurtati fir-rapport annwali s-sena ta' wara.

Is-CSIs għandhom ikunu stabbiliti kif stabbilit fl-Anness I.

2. Qabel it-30 ta' April 2009 l-Anness I għandu jkun rivedut skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), partikolarment biex tinkludi d-definizzjonijiet komuni tas-CSI u l-metodi komuni biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż ta' l-inċident.

Artikolu 6

Il-metodi komuni tas-sigurtà

1. L-ewwel sett tas-CSMs, li jkopru minn ta' l-anqas il-metodi deskritti fil-paragrafu 3(a), għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, qabel it-30 ta' April 2008, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2). Huma għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

It-tieni sett tas-CSMs, li jkopru l-parti li tibqa mill-metodi kif deskritti fil-paragrafu 3, għandu jkun adottat mill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April 2010, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2). Għandhom ikunu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Is-CSMs abbozzati u is-CSMs abbozzati riveduti għandhom ikunu miktuba mill-Aġenzija taħt mandati li għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Is-CSMs abbozzati għandhom ikunu bbażati fuq l-eżaminazzjoni tal-metodi eżistenti fl-Istati Membri.

3. Is-CSMs għandhom jiddeskrivu kif il-livell tas-sigurtà, u l-kisba tal-miri tas-sigurtà u l-qbil mal-ħtiġiet l-oħra tas-sigurtà, stimati bl-elaborazzjoni u t-tifsir ta':

(a) l-metodi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u l-istimar,

(b) l-metodi biex ikun stimat it-ħarsien tal-ħtiġiet fiċ-ċertifikati tas-sigurtà u l-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà maħruġa skond l-Artikoli 10 u 11,

u

(ċ) sakemm għadhom mhux koperti mit-TSIs, il-metodi biex ikunu ċċekkjati is-sottosistemi strutturali tas-sistemi trans-Ewropej tal-ferrovija tal-veloċità qawwija u konvenzjonali huma operati u miżmuma skond il-ħtiġiet essenzali u relevanti.

4. Is-CSMs għandhom ikunu riveduti f'intervalli regolari, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), billi tittieħed in konsiderazzjoni l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom u l-iżvilupp globali tas-sigurtà tal-ferrovija u l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 4(1).

5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe emendi neċessarji lir-regoli nazzjonali tas-sigurtà tagħhom fid-dawl ta' l-adozzjoni tas-CSMs u r-reviżjonijiet lilhom.

Artikolu 7

Il-miri komuni tas-sigurtà

1. Is-CSTs għandhom ikunu żviluppati, adottati u riveduti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu.

2. Is-CSTs abbozzati u s-CSTs abbozzati riveduti għandhom ikunu miktuba mill-Aġenzija taħt il-mandati li għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

3. L-ewwel sett tas-CSTs abbozzati għandhom ikunu bbażati fuq l-eżaminazzjoni tal-miri eżistenti u l-andament tas-sigurtà fl-Istati Membri u għandhom jiżguraw li l-andament kurrenti tas-sigurtà tas-sistema tal-linji tal-ferrovija m'huwiex imnaqqas fl-ebda Stat Membru. Għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, qabel it-30 ta' April 2009, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), u għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

It-tieni sett tas-CSTs abbozzati għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenzi miksuba mill-ewwel sett ta' CSTs u l-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu jirriflettu kwalukwe żoni ta' priorità fejn is-sigurtà għandha bżonn tittejjeb. Għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, qabel it-30 ta' April 2009, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), u għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-proposti kollha għas-CSTs abbozzati u riveduti għandhom jirriflettu l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri stabbiliti fl-Artiikolu 4(1). Dawn il-proposti għandhom ikunu akkumpanjati minn stima ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati, li tindika l-impatt li jista' jkollhom għall-operaturi u l-aġenti ekonomiċi kollha nvoluti u l-impatt tagħhom fuq l-aċċettazzjoni tar-riskju mis-soċjetà. Għandu jkun fihom tabella taż-żminijiet għall-implimentazzjoni li ssir pass pass, fejn ikun meħtieġ, partikolarment biex tittieħed in konsiderazzjoni in-natura u l-limitu ta' l-investiment meħtieġ biex ikunu applikati. Għandhom janalizzaw l-impatt possibli fuq it-TSI għas-sottosistemi u jkun fihom, fejn xieraq, il-proposti li jirriżultaw għall-emendi tat-TSI.

4. Is-CSTs għandhom jiddefinixxu l-livelli tas-sigurtà li minn ta' l-anqas iridu jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-linja tal-ferrovija u mis-sistema kollha f'kull Stat Membru, espress fil-kriterji ta' l-aċċettazzjoni tar-riskju għar-:

(a) riskji individwali relatati mal-passiġġieri, il-ħaddiema inklużi l-ħaddiema tal-kuntratturi, dawk li jużaw il-livell biex jaqsmu u oħrajn, u, bla ħsara għar-regoli nazzjonali u internazzjonali eżistenti dwar ir-responsabbilità, ir-riskji individwali relatati mal-persuni li mhumiex awtorizzati fuq il-post tal-linja tal-ferrovija;

(b) riskji lis-soċjetà.

5. Is-CSTs għandhom ikunu riveduti f'intervalli regolari, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), meta' tieħu in konsiderazzjoni l-iżvilupp globali tas-sigurtà tal-linja tal-ferrovija.

6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe emendi neċessarji lir-regoli nazzjonali tas-sigurtà tagħhom biex b'hekk jinkisbu minn ta' l-anqas is-CSTs, u kwalunkwe CSTs riveduti, skond it-tabelli taż-żminijiet ta' l-implimentazzjoni mehmuża magħhom. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dawn ir-regoli skond l-Artikolu 8(3).

Artikolu 8

Ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà

1. Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli vinkolanti nazzjonali tas-sigurtà u għandhom jiżguraw li dawn jiġu ppubblikati u disponibbli għall-managersta' l-infrastruttura, l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, l-applikanti għaċ-ċertifikat tas-sigurtà u l-applikanti għall-awtorizzazzjoni tas-sigurtà kollha f'lingwa ċara li tista' tinftiehem mill-partijiet konċernati.

2. Qabel it-30 ta' April 2005 l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-regoli nazzjonali relevanti tas-sigurtà kollha fis-seħħ, kif stabbiliti fl-Anness II, u jindikaw il-limiti ta' l-applikazzjoni tagħhom.

In-notifika għandha wkoll tipprovdi informazzjoni fuq il-kontenut prinċipali tar-regoli bir-referenza għat-testi legali, fuq il-forma tal-leġislazzjoni u fuq liema entità jew organizzazzjoni hija responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha.

3. Sa mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Aġenzija għandha tevalwa l-mod li bih r-regoli nazzjonali tas-sigurtà huma ppubblikati u magħmula disponibbli skond il-paragrafu 1. Għandha tagħmel ukoll ir-rakkomandazzjonijiet adattati lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni ta' dawn ir-regoli biex b'hekk l-informazzjoni relevanti issir aċċessibbli b'mod aktar ħafif.

4. L-Istati Membri għandhom minn hemm il-quddiem javżaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda lir-regoli nazzjonali tas-sigurtà u bi kwalunkwe regola ġdida li tista' tiġi adottata, sakemm ir-regola ma titrattax b'mod uniku l-implimentazzjoni tat-TSIs.

5. Biex l-introduzzjoni tar-regoli ġodda speċifiċi tinżamm minima u għalhekk jiġi evitat milli jkun kreat aktar tfixkil, u bil-ġħan ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli tas-sigurtà pass pas, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda nazzjonali mill-Istati Membri.

6. Jekk, wara l-adozzjoni tas-CSTs, Stat Membru beħsiebu jintroduċi regoli nazzjonali ġodda tas-sigurtà li jeħtieġu livell għoli ta' sigurtà mis-CSTs, jew jekk Stat Membru beħsiebu jintroduċi regola ġdida nazzjonali tas-sigurtà li tista' taffettwa t-tħaddim ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija minn Stati Membri oħra fuq it-territorju ta' l-Istat Membru konċernat, l-Istat Membru għandu jikkonsulta l-partijiet fil-ħin xieraq u l-proċedura fil-paragrafu 7 għandha tapplika.

7. L-Istat Membru għandu jissottometti r-regola abbozzata tas-sigurtà lill-Kummissjoni għall-eżaminazzjoni, u jiddikkjara r-raġunijiet għall-introduzzjoni tagħha.

Jekk il-Kummissjoni ssib illi r-regola abbozzata tas-sigurtà hija inkompatibbli mas-CSMs jew biex ta' l-anqas jinkisbu is-CSTs, jew li tikkostitwixxi mezz ta' diskrimazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri, id-Deċizjoni, indirizzata lill-Istati Membri konċernati, għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Jekk il-Kummissjoni għandha dubji serji fuq il-kompatibilità tar-regola abbozzata tas-sigurtà mas-CSMs jew biex ta' l-anqas jinkisbu is-CSTs, jew tikkunsidra li tikkostitwixxi mezz ta' diskrimazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istat Membri, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istat Membru konċernat, li għandu jissospendi l-adozzjoni, id-dħul fis-seħħ jew l-implimentazzjoni tar-regola sakemm tiġi adottata Deċiżjoni, fi żmien sitt xhur, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 9

Is-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

1. Il-managers ta' l-infrastruttura u l-imprizi tal-linji tal-ferrovija għandhom jistabbilixxu s-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà tagħhom biex jiżguraw li s-sistema tal-ferrovija tista' minn ta' l-anqas tikseb is-CSTs, li hija konformi mar-regoli nazzjonali tas-sigurtà deskritti fl-Artikolu 8 u l-Anness II u mal-ħtiġiet tas-sigurtà stabbilit fit-TSIs, u l-partijiet relevanti tas-CSMs huma applikati.

2. Is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandha tissodisfa l-ħtiġiet u jkun fiha l-elementi stabbiliti fl-Anness III, adattati għall-karattru, il-limiti u l-kondizzjonijiet l-oħra ta' l-attività segwita. Għandha tiżgura il-kontroll tar-riskji kollha assoċjati ma' l-attività tal-manager ta' l-infrastruttura u ta' l-impriża tal-linji tal-ferrovija, inkluż il-forniment tal-manteniment u l-materjal u l-użu tal-kuntratturi. Bla ħsara għar-regoli eżistenti nazzjonali u internazzjonali tar-responsabbilità, is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandha tieħu wkoll in konsiderazzjoni, fejn xieraq u raġjonevoli, ir-riskji li jirriżultaw bħala riżultat ta' l-attivitajiet tal-partijiet l-oħra.

3. Is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà ta' kwalunkwe manager ta' l-infrastruttura għandha tieħu in konsiderazzjoni l-effetti ta' l-operazzjonijiet mill-impriżi differenti tal-linji tal-ferrovija fuq in-network u tagħmel dispożizzjonijiet biex tippermetti l-impriżi tal-linji tal-ferrovija kollha li joperaw skond it-TSIs u r-regoli nazzjonali tas-sigurtà u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tagħhom tas-sigurtà. Minbarra dan għandu jkun hemm żvilupp bil-għan li jkunu koordinati l-proċeduri ta' emerġenża tal-manager ta' l-infrastruttura ma' l-impriżi kollha tal-linji tal-ferrovija li joperaw fuq l-infrastruttura tagħha.

4. Kull sena il-managers kollha ta' l-infrastruttura u l-impriżi kollha tal-linji tal-ferrovija għandhom jissottmettu lill-awtorità dwar is-sigurtà ir-rapport annwali dwar is-sigurtà li jikkonċerna s-sena preċendenti qabel it-30 Ġunju. Ir-rapport tas-sigurtà għandu jkun fih:

(a) l-informazzjoni fuq kif il-miri inkorporati tas-sigurtà ta' l-organizzazzjoni jintlaħqu u r-riżultati tal-pjanijiet tas-sigurtà;

(b) l-iżvilupp ta' l-indikaturi nazzjonali tas-sigurtà, u tas-CSIs stabbiliti fl-Anness I, sakemm huwa relevanti lill-organizzazzjoni li tirrapporta;

(ċ) ir-riżultati tal-verifiki interni tas-sigurtà;

(d) l-osservazzjonijiet fuq in-nuqqasijiet u l-funzjonament ħażin tat-tħaddim tal-ferrovija u l-immaniġġjar ta' l-infrastruttura li jista' jkun relevanti għall-awtorità tas-sigurtà.

Il-KAPITOLU III

IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U L-AWTORIZAZZJONI TAS-SIGURTÀ

Artikolu 10

Iċ-ċertifikat tas-sigurtà

1. Biex tingħata l-aċċess għall-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija, l-impriża tal-linji tal-ferrovija għandha żżomm ċertifikat tas-sigurtà kif stabbilit f'dan il-Kapitolu. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà jista' jkopri n-network sħiħ tal-ferroviji ta' l-Istati Membri jew parti minnu biss li hija definita.

Ir-raġuni għaċ-ċertifkat tas-sigurtà hija li tipprovdi evidenza li l-impriża tal-linji tal-ferrovija stabbilixxit is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà tagħha u tista' tissodisfa il-ħtiġiet stabbliti fit-TSIs u l-leġislazzjoni l-oħra relevanti tal-Komunità u fir-regoli nazzjonali tas-sigurtà biex b'hekk tikkontrolla r-riskji u topera b'mod sigur fuq in-network.

2. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jinkludi:

(a) iċ-ċertifikazzjoni li tikkonferna l-aċċettazzjoni tas-sistema tas-sigurtà ta' l-impriża tal-linji tal-ferrovija kif deskritta fl-Artikolu 9 u l-AnnessIII,

u

(b) iċ-ċertifikazzjoni li tikkonferna l-aċċettazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati mill-impriża tal-linji tal-ferrovija biex tilħaq il-ħtiġiet speċifiċi neċessarji għat-tħaddim sigur tan-network relevanti. Il-ħtiġiet jistgħu jinkludu l-applikazzjoni tat-TSIs u r-regoli nazzjonali tas-sigurtà, l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tal-ħaddiema u l-awtorizzazzjoni biex jitpoġġew fis-servizz il-materjali mobbli wżati mill-impriża tal-linji tal-ferrovija. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażati fuq id-dokumentazzjoni sottomessa mill-impriża tal-linji tal-ferrovija kif deskritt fl-Anness IV.

3. L-awtorità tas-sigurtà fl-Istat Membru fejn l-impriża tal-linji tal-ferrovija tistabbilixxi l-ewwel it-tħaddim tagħha għandha tagħti ċ-ċertifikazzjoni skond il-paragrafu 2.

Iċ-ċertifikazzjoni mogħtija skond il-paragrafu 2 għandha tispeċifika t-tip u l-limitu tat-tħaddim tal-ferrovija li hi koperta. Iċ-ċertifikazzjoni mogħtija skond il-paragrafu 2(a) għandha tkun valida fil-Komunità kollha għat-tħaddim ekwivalenti tat-trasport bil-ferrovija.

4. L-awtorità tas-sigurtà fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-linji tal-ferrovija qegħda tippjana li topera servizzi addizzjonali tat-trasport bil-ferrovija għandha tagħti ċ-ċertifikazzjoni nazzjonali addizzjonali neċessarja skond il-paragrafu 2(b).

5. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jkun imġedded ma' l-applikazzjoni mill-impriża tal-linji tal-ferrovija f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin. Għandu jkun aġġornat b'mod sħiħ jew b'mod parzjali kull meta' it-tip jew il-limitu ta' l-operazzjoni jiġi mibdul b'mod sostanzjali.

Id-detentur taċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu bla dewmien javża lill-awtorità kompetenti tas-sigurtà bit-tibdiliet prinċipali kollha fil-kondizzjonijiet tal-parti relevanti taċ-ċertifikat tas-sigurtà. Minbarra dan għandu javża lill-awtorità kompetenti tas-sigurtà kull meta' kategoriji ġodda ta' ħaddiema jew tipi ġodda tal-materjali mobbli jiġu introdotti.

L-awtorità tas-sigurtà tista' titlob li l-parti relevanti taċ-ċertifikat tas-sigurtà tkun riveduta wara li jsiru tibdiliet sostanzjali fil-qafas regolatorju tas-sigurtà.

Jekk l-awtorità tas-sigurtà ssib li d-detentur taċ-ċertifikat tas-sigurtà ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni li kienet ħarġet, hi għandha tirrevoka parti (a) u/jew (b) taċ-ċertifikat, billi tagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. L-awtorità tas-sigurtà rrevokat iċ-ċertifikazzjoni nazzjonali addizzjonali mogħtija skond il-paragrafu 4 għandha minnufih tinforma lill-awtorità tas-sigurtà li tagħti ċ-ċertifikazzjoni skond il-paragrafu 2(a) tad-deċiżjoni tagħha.

Bl-istess mod, l-awtorità tas-sigurtà għanda tirrevoka ċ-ċertifikat tas-sigurtà jekk jidher illi d-detentur taċ-ċertifikat tas-sigurtà ma wżax din iċ-ċertifikazzjoni fis-sena ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha.

6. L-awtorità tas-sigurtà għandha tavża lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta' ċ-ċertifikat tas-sigurtà msemmi fil-paragrafu 2(a) ġie maħruġ, imġedded, emendat jew revokat. Għandha tiddikkjara l-isem u l-indirizz ta' l-impriża tal-linji tal-ferrovija, id-data tal-ħruġ, l-għan u l-validità taċ-ċertifikat tas-sigurtà u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

7. Qabel it-30 ta' April 2009 l-Aġenzija għandha tevalwa l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u tissottmetti rapport lill-Kummissjoni bir-rakkomandazzjonjiet fuq strateġija għat-tluq lejn ċertifkat wieħed tas-sigurtà għall-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni adattata wara r-rakkomandazzjoni.

Artikolu 11

L-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-managers ta' l-infrastruttura

1. Biex jitħalla jimmaniġġja u jopera l-infrastruttura tal-ferrovija il-manager ta' l-infrastruttura għandu jikseb l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà mill-awtorità tas-sigurtà fl-Istat Membru fejn hu qiegħed stabbilit.

L-awtorizzazzjoni tas-sigurtà għandha tinkludi:

(a) l-awtorizzazzjoni li tikkonferma l-aċċettazzjoni tas-sistema tal-manager ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà ta' l-infrastruttura kif deskritta fl-Artikolu 9 u l-Anness III,

u

(b) l-awtorizzazzjoni li tikkonferma l-aċċettazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-manager ta' l-infrastruttura biex jikseb ħtiġiet speċifiċi għall-ippjanar, manteniment u tħaddim sigur ta' l-infrastruttura tal-ferrovija inkluż, fejn xieraq, il-manteniment u t-tħaddim tal-kontroll tat-traffiku u s-sistema tas-sinjali.

2. L-awtorizzazzjoni tas-sigurtà għandha tkun imġedda ma' l-applikazzjoni tal-manager ta' l-infrastruttura f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin. Għandha tkun aġġornata b'mod sħiħ jew b'mod parzjali kull meta' tibdiliet speċifiċi jkunu magħmula lill-infrastruttura, lill-forniment tas-sinjali jew ta' l-enerġija jew lill-prinċipji tat-tħaddim u l-manteniment tagħha. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà għandu mingħajr telf ta' żmien javża lill-awtorità tas-sigurtà b'dawn it-tibdiliet kollha.

L-awtorità tas-sigurtà tista' teħtieġ li l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tiġi riveduta wara t-tibdiliet sostanzjali lill-qafas regolatorju tas-sigurtà.

Jekk l-awtorità tas-sigurtà ssib illi l-manager ta' l-infrastruttura awtorizzat ma jissodisfax aktar il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sigurtà hi għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni, billi tagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

3. L-awtorità tas-sigurtà għandha tavża lill-Aġenzija fi żmien xahar minn meta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà ikunu maħruġa, imġedda, emendati jew revokati. Għanda tiddikkjara l-isem u l-indirizz tal-manager ta' l-infrastruttura, id-data tal-ħruġ, l-għan u l-validità ta' l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà u, fil-każ ta' revoka, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 12

Il-ħtiġiet ta' l-applikazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà

1. L-awtorità tas-sigurtà għandha tieħu deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà jew l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà bla dewmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba' xhur wara li l-informazzjoni kollha meħtieġa u kwalunkwe informazzjoni supplimentari mitluba mill-awtorità tas-sigurtà tkun sottomessa. Jekk l-applikant jiġi mitlub biex jissottmetti l-informazzjoni supplimentari, din l-informazzjoni għandha tkun sottomessa b'mod immedjat.

2. Biex ikun faċilitat l-istabbiliment ta' l-impriżi l-ġodda tal-linji tal-ferrovija u s-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni mill-impriżi tal-linji tal-ferrovija minn Stati Membri oħra, l-awtorità tas-sigurtà għandha tagħti gwida dettaljata fuq kif tista' tikseb dan iċ-ċertifikat tas-sigurtà. Għandha tniżżel il-ħtiġiet li ġew stabbiliti għar-raġunijiet ta' l-Artikolu 10(2) u tagħmel disponibbli għall-applikant id-dokumenti relevanti kollha.

Gwida speċjali għandha tiġi mogħtija lill-impriżi tal-linji tal-ferrovija li japplikaw għaċ-ċertifikat tas-sigurtà dwar is-servizzi fuq parti definita u limitata ta' l-infrastruttura, billi speċifikament tidentifika r-regoli li huma validi għall-parti in kwistjoni.

3. Id-dokument tal-gwida ta' l-applikazzjoni li jiddeskrivi u jispjega l-ħtiġiet għaċ-ċertifikat tas-sigurtà u li jniżżel id-dokumenti li għandhom ikunu sottomessi għandu jkun disponibbli lill-applikanti mingħajr ħlas. L-applikazzjonijiet kollha għaċ-ċertifikat tas-sigurtà għandhom ikunu sottomessi fil-lingwa mitluba mill-awtorità tas-sigurtà.

Artikolu 13

L-aċċess għall-faċilitajiet tat-taħriġ

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li japplikaw għaċ-ċertifikat tas-sigurtà għandhom aċċess ġust u li mhux diskriminatorju għall-faċilitajiet tat-taħriġ għas-sewwieqa tal-ferroviji u l-ħaddiema li jakkumpanjaw il-ferroviji, kull meta' dan it-taħriġ huwa neċessarju biex jintlaħqu il-ħtiġiet biex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-sigurtà.

Is-servizzi offruti għandhom jinkludi taħriġ fuq l-għarfien tar-rotot neċessarji, ir-regoli u l-proċeduri tat-tħaddim, is-sistema tas-sinjali u ta' l-ordnijiet u l-proċeduri ta' l-emerġenza applikati fuq ir-rotot li jitħaddmu.

L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-managers ta' l-infrastruttura u l-ħaddiema tagħhom li jagħmlu xogħlijiet importanti ta' sigurtà għandhom aċċess ġust u li mhux diskriminatorju għal-faċilitajiet tat-taħriġ.

Jekk is-servizzi tat-taħriġ ma jinkludux l-eżaminazzjonijiet u l-għoti taċ-ċertifikati, l-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-linji tal-ferrovija għandhom aċċess għal din iċ-ċertifikazzjoni jekk hija talba taċ-ċertifikat tas-sigurtà.

L-awtorità tas-sigurtà għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet tas-servizzi tat-taħriġ jew, fejn xieraq, l-għoti taċ-ċertifikati għandu jilħaq il-ħtiġiet tas-sigurtà stabbiliti fit-TSIs jew fir-regoli nazzjonali tas-sigurtà deskritti fl-Artikolu 8 u fl-Anness II.

2. Jekk il-faċilitajiet tat-taħriġ huma disponibbli biss permezz tas-servizzi ta' impriża waħda biss tal-linji tal-ferrovija jew il-manager ta' l-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu magħmula disponibbli lill-impriżi l-oħra tal-linji tal-ferrovija bi prezz raġjonevoli u li mhux diskriminatorju, li huwa relatat ma' l-ispejjeż u li jista' jinkludi l-marġini tal-profitt.

3. Meta' jkunu impjegati sewwieqa ġodda tal-ferroviji, ħaddiema fuq il-ferroviji u ħaddiema li jwettqu xogħol importanti tas-sigurtà, l-impriżi tal-linji tal-ferrovija għandhom ikunu kapaċi li jieħdu in konsiderazzjoni kwalunkwe taħriġ, kwalifiki jew esperjenza miksuba qabel minn impriżi oħra tal-linji tal-ferrovija. Għal dan il-għan, dawn il-membri mill-ħaddiema għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess, jiksbu kopji u jakkwistaw id-dokumenti kollha li jixdhu t-taħriġ, il-kwalifiki u l-esperjenzi tagħhom.

4. F'kull każ kull impriża tal-linji tal-ferrovija u kull manager ta' l-infrastruttura għandu jkun responsabbli għall-livell ta' taħriġ u l-kwalifiki tal-ħaddiema tiegħu li jwettqu xogħol relatat mas-sigurtà kif stabbilit fl-Artikolu 9 u l-Anness III.

Artikolu 14

It-tqegħid fis-servizz tal-materjali mobbli

1. Il-materjali mobbli li ġew awtorizzati biex jitpoġġew fis-servizz ta' Stat Membru wieħed skond l-Artikolu 10(2)(b) u li mhumiex koperti b'mod sħiħ mit-TSIs relevanti għandhom ikunu awtorizzati biex jitpoġġew fis-servizz fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra skond l-Artikolu, jekk l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa mill-Istat jew Stati Membri ta' l-aħħar.

2. L-impriża tal-linji tal-ferrovija li tapplika għall-awtorizzazzjoni biex tpoġġi l-materjali mobbli fis-servizz fi Stat Membru ieħor għandha tissottemetti dokument tekniku dwar il-materjali mobbli jew it-tip ta' materjali mobbli lill-awtorità relevanti tas-sigurtà, li jindika l-użu maħsub fuq in-network. Id-dokument għandhu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-evidenza li l-materjali mobbli huma awtorizzati biex jitpoġġew fis-servizz fi Stat Membru ieħor u r-rekord li juri l-istorja tat-tħaddim tagħhom, il-manteniment u, fejn applikabbli, il-modifikazzjonijiet tekniċi li jkunu sarulhom wara l-awtorizzazzjoni;

(b) id-data teknika relevanti, il-programm ta' manteniment u l-karatteristiċi tat-tħaddim mitluba mill-awtorità tas-sigurtà u li hija meħtieġa għall-awtorizzazzjoni komplimentari tagħha;

(ċ) l-evidenza fuq il-karatteristiċi tekniċi u tat-tħaddim li juru li l-materjali mobbli jħarsu s-sistema tal-forniment ta' l-enerġija, is-sistema tas-sinjali u ta' l-ordnijiet, il-wiesa ta' bejn il-ħadid tat-tren u l-wiesa' ta' l-infrastruttura, it-togħbija massima permessa tal-fus tar-rota u r-restrinġimenti l-oħra tan-network;

(d) l-informazzjoni fuq l-eżenzjonijiet mir-regoli nazzjonali tas-sigurtà li huma meħtieġa biex tingħata l-awtorizzazzjoni u l-evidenza, ibbażata fuq l-istimar tar-riskju, li juri li l-aċċettazzjoni tal-materjali mobbli ma tintroduċix riskji żejda lin-network.

3. L-awtorità tas-sigurtà tista' titlob li jsiru testijiet fuq in-network biex ikun verifikat il-ħarsien tal-parametri restrittivi msemmija fil-paragrafu 2(c) u għandha f'dak il-każ tippreskrivi il-limiti u l-kontenut tagħhom.

4. L-awtorità tas-sigurtà għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fuq l-applikazzjoni skond dan l-artikolu mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn erba' xhur wara li d-dokument sħiħ tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni tat-testijiet, tiġi sottomessa. Iċ-ċertifikat ta' l-awtorizzazzjoni jista' jkun fih il-kondizzjonijiet għall-użu u r-restrizzjonijiet l-oħra.

Artikolu 15

L-armonizzazzjoni taċ-ċertifikat tas-sigurtà

1. Qabel it-30 ta' April 2009 id-deċizjonijiet fuq il-ħtiġiet komuni awtorizzati skond l-Artikolu 10(2)(b) u l-Anness IV u l-format komuni għad-dokumenti tal-gwida għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

2. L-Aġenzija għandha tirrakkomanda il-ħtiġiet komuni awtorizzati għad-dokumenti tal-gwida għall-applikazzjoni taħt mandat li għandu jkun adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Il-KAPITOLU IV

L-AWTORITÀ TAS-SIGURTÀ

Artikolu 16

Id-dmirijiet

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-awtorità tas-sigurtà. Din l-awtorità tista' tkun il-Ministeru responsabbli għall-affarijiet tat-trasport u għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni tagħha, fl-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijeit minn kwalunkwe impriża tal-linji tal-ferrovija, manager ta' l-infrastruttura, l-applikant jew l-entità li takkwista.

2. L-awtorità tas-sigurtà għandha tkun fdata minn ta' l-anqas bix-xogħolijiet li ġejjin:

(a) bl-awtorizzazzjoni tat-tpoġġija fis-servizz tas-sistemi sottostrutturali li jikkostitwixxu s-sistema trans-Ewropea tal-ferrovija tal-veloċità qawwija skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE u li tiċċekkja li huma qegħdin joperaw u jiġu miżmuma skond il-ħtiġiet relevanti u essenzali;

(b) bl-awtorizzazzjoni tat-tpoġġija fis-servizz tas-sistemi sottostrutturali li jikkostitwixxu s-sistema trans-Ewropea tal-ferrovija konvenzjonali, skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/16/u li tiċċekkja li huma qegħdin joperaw u jiġu miżmuma skond il-ħtiġiet relevanti u essenzali;

(ċ) li tissorvelja li t-tħaddima tal-kostitwenti jħarsu l-ħtiġiet essenzali kif mitlu mill-Artikolu 12 tad- Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE;

(d) bl-awtorizzazzjoni tat-tpoġġija fis-servizz tal-materjali mobbli ġodda u dawk mibdula b'mod sostanzjali li għadhom m'humiex koperti mit-TSI;

(e) il-ħruġ, it-tiġdid, l-emenda u r-revoka tal-partijiet relevanti taċ-ċertifikati tas-sigurtà u ta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà mogħtija skond l-Artikoli 10 u 11 u li tiċċekkja li l-kondizzjonijeit u l-ħtiġiet stabbiliti fihom huma mħarsa u li l-managers ta' l-infrastrutturi u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija qegħdin joperaw skond il-ħtiġiet tal-liġi tal-Komunità jew tal-liġi nazzjonali;

(f) li tissorvelja, tippromwovi, u, fejn xieraq, tinforza u tiżviluppa l-qafas regolatorju tas-sigurtà inkluża is-sistema tar-regoli nazzjonali tas-sigurtà;

(g) li tissorvelja li l-materjali mobbli huma reġistrati kif xieraq u li l-informazzjoni relatata mas-sigurtà fir-reġistru nazzjonali, tistabbilixxi skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE u tad-Direttiva 2001/16/KE, hija preċiża u aġġornata;

3. Ix-xogħolijiet msemmija fil-paragrafu 2 ma' jistgħux ikunu mgħoddija lil xi ħadd ieħor jew kuntratti lil xi managerta' l-infrastruttura, impriża tal-linji tal-ferrovija jew entità li takkwista.

Artikolu 17

Il-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet

1. L-awtorità tas-sigurtà għandha twettaw id-dmirijiet tagħha b'mod miftuħ, li mhux diskriminatorju u transparenti. Partikolarment hi għandha tippermetti lill-partijiet li jinstemgħu u tagħti r-raġunijiet għad-deċizjonijiet tagħha.

Għandha tirrispondi b'mod immedjat għat-talbiet u l-applikazzjonijiet u tikkomunika t-talbiet tagħha għall-informazzjoni mingħajr dewmien u tadotta d-deċiżjonijiet kollha tagħha fi żmien erba' xhur wara li l-informazzjoni kollha mitluba tiġi provduta. Tista' fi kwalunkwe żmien titlob l-assistenza teknika tal-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija jew l-entitajiet l-oħra kwalifikati meta' hi tkun qiegħda twettaq id-dmirijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 16.

Fil-proċess li tiżviluppa l-qafas regolatorju nazzjonali, l-awtorità tas-sigurtà għandha tikkonsulta l-persuni kollha involuti u l-partijiet interessati, inklużi l-managersta' l-infrastruttura, l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, dawk li jimmanifatturaw u dawk li jipprovdu l-manteniment, dawk li jużaw u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.

2. L-awtorità tas-sigurtà għandha tkun ħielsa li twettaq l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dmirijiet tagħha u għanda tingħata aċċess għad-dokumenti relevanti kollha u għall-bini, installazzjonijiet u tagħmir tal-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija.

3. L-Istat Membri għandha jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità tas-sigurtà huma soġġetti għar-reviżjoni ġudizzjarja.

4. L-awtoritjiet tas-sigurtà għandhom jagħmlu tibdil attiv ta' l-opinjonijiet u l-esperjenza biex ikun hemm l-armonizzazzjoni tal-kriterji tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet madwar il-Komunità. Il-kooperazzjoni tagħhom għandha partikolarment timmira li tiffaċilita u tikkoordina iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija li ġew mogħtija rotot internazzjonali tat-tren skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/14/KE.

L-Aġenzija għandha tagħti l-għajnuna tagħha lill-awtoritajiet tas-sigurtà f'dawn id-dmirijiet.

Artikolu 18

Ir-rapport annwali

Kull sena l-awtorità tas-sigurtà għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha fis-sena preċedenti u tibgħatu lill-Aġenzija sat-30 ta' Settembru bħala l-aħħar data. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni fuq:

(a) l-iżvilupp tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija, inkluż l-aggregazzjoni fuq il-livell ta' l-Istat Membru tas-CSIs stabbiliti fl-Anness I;

(b) it-tibdiliet importanti fil-leġislazzjoni u r-regolament dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija;

(ċ) l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà;

(d) ir-riżultati ta' u l-esperjenza dwar is-supervizjoni tal-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija.

Il-KAPITOLU V

L-INVESTIGAZZJONI TA' L-AĊĊIDENTI U L-INĊIDENTI

Artikolu 19

L-obbligazzjoni ta' l-investigazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjoni ssir mill-entità ta' l-investigazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 21 wara l-aċċidenti serji fuq is-sistema tal-ferrovija, li l-oġġettiv tagħha huwa l-iżvilupp possibli tas-sigurtà tal-linji tat-tren u l-prevenzjoni ta' l-aċċidenti.

2. Flimkien ma' l-aċċidenti serji, l-entità li tinvestiga msemmija fl-Artikolu 21 tista' tinvestiga dawk l-aċċidenti u l-inċidenti li taħt kondizzjonijiet kemmxejn differenti jistgħu jwasslu għal aċċidenti serji, inkużi l-fallimenti tas-sottosistema strutturali u l-kostitwenti tat-tħaddim tas-sistema trans-Europea tal-ferrovija tal-veloċità qawwija jew konvenzjonali.

L-entità li tinvestiga għandha, fid-diskrezzjoni tagħha, tiddeċiedi jekk tkunx maħgmula investigazzjoni ta' l-aċċident jew l-inċident jew le. Fid-deċiżjoni tagħha għanda tieħu in konsiderazzjoni:

(a) is-serjetà ta' l-aċċident u l-inċident;

(b) jekk tifformax parti minn serje ta' aċċidenti jew inċidenti relevanti għas-sistema kollha;

(ċ) l-impatt tagħha fuq is-sigurtà tal-ferrovija fuq il-livell tal-Komunità,

u

(d) it-talbiet mill-managersta' l-infrastruttura, mill-impriżi tal-linji tal-ferrovija, mill-awtorità tas-sigurtà jew l-Istat Membri.

3. Il-limitu ta' l-investigazzjonijiet u l-proċedura li għandu jkun segwit biex ssir din l-investigazzjoni għandha tkun determinata mill-entità investigattiva, billi tieħu in konsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet ta' l-Artikoli 20 u 22 u li tiddependi fuq il-lezzjonijiet li hi tistenna li tieħu mill-aċċident jew l-inċident għat-titjib tas-sigurtà.

4. L-investigazzjoni fl-ebda każ m'għandha tkun konċernata biex tpoġġi l-ħtija jew ir-responsabbilità.

Artikolu 20

L-Istatus ta' l-investigazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fil-qafas tas-sistema legali rispettiva tagħhom, l-istatus legali ta' l-investigazzjoni li tippermetti l-investigaturi mqabbda li jwettqu d-dmir tagħhom fil-mod l-aktar effiċjenti u fl-iqsar ħin.

2. Skon il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri u, fejn xieraq, in kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġuridika, l-investigaturi għandhom, mill-aktar fis possibli, jingħataw:

(a) aċċess għas-sit ta' l-aċċident jew l-inċident kif ukoll għall-materjali mobbli involut, l-infrastruttura relatata u l-kontroll tat-traffik u l-installazzjonijiet tas-sinjali;

(b) id-dritt għal-listi ta' l-evidenza b'mod immedjat u t-tneħħija kontrollata tat-tifrik, l-installazzjonijiet ta' l-infrastuttura jew il-komponenti għall-eżaminazzjoni jew ir-raġunijiet ta' l-analiżi;

(ċ) l-aċċess għal u l-użu tal-kontenut tar-rekorders fuq it-tren u t-tagħmir għall-irrekordjar ta' messaġġi bil-fomm u r-reġistrazzjoni ta' l-operazzjoni tas-sistema tas-sinjali u tal-kontroll tat-traffiku;

(d) l-aċċess għar-riżultati ta' l-eżaminazzjoni ta' l-iġsma tal-vittmi;

(e) l-aċċess għar-riżultati ta' l-eżaminazzjonijiet tal-ħaddiema tat-tren u l-ħaddiema l-oħra tal-linji tal-ferrovija involuti fl-aċċident jew fl-incident;

(f) l-opportunità li jistaqsu l-ħaddiema tal-linji tal-ferrovija involuti u xhieda oħra;

(g) l-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni relevanti jew rekords miżmuma mill-managerta' l-infrastruttura, l-impriżi tal-linji tal-ferrovija involuti u l-awtorità tas-sigurtà.

3. L-investigazzjoni għandha ssir b'mod indipendenti minn kwalunkwe inkjesta ġuridika.

Artikolu 21

L-entità investigattiva

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-investigazzjonijiet ta' l-aċċidenti u ta' l-inċidenti msemmija fl-Artikolu 19 huma magħmula minn entità permanenti, li għandha tinkludu minn ta' l-anqas investigatur li huwa kappaċi jaqdi l-funzjoni ta'investigatur fil-każ ta' aċċident jew inċident. Din l-entità għandha tkun independenti fl-organizzazzjoni, l-istruttura legali u t-teħid tad-deċiżjonijiet minn kwalunkwe managerta' l-infrastuttura, l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, l-entità li tintaxxa, l-entità ta' l-allokazzjoni u l-entità notifikata, u minn kwalunkwe parti li l-interessi tagħha jistgħu jiġu f'kunflitt mad-dmirijiet mogħtija lill-entità investigattiva. Barra minn hekk tkun funzjonalment independenti mill-awtorità tas-sigurtà u minn kwalunkwe regolatur tal-ferroviji.

2. L-entità investigattiva għandha taqdi d-dmirijiet tagħha indipendentement mill-organizzazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tkun kapaċi li tikseb ir-riżorsi suffiċjenti biex tagħmel dan. L-investigaturi tagħha għandhom ikunu mogħtija l-istatus li jagħtihom il-garanziji neċessarji ta' l-indipendenza.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, lil-managers ta' l-infrastruttura u, fejn xieraq, l-awtorità tas-sigurtà, huma obbligati li immedjatament jirrappurtaw l-aċċidenti u l-inċidenti msemmija fl-Artikolu 19 lill-entità investigattiva. L-entità investigattiva għandha tkun kapaċi tirrispondi għal dawn ir-rapporti u tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex tibda l-investigazzjoni mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-irċevuta tar-rapport dwar l-aċċident jew l-inċident.

4. L-entità investigattiva tista' tgħaqqad id-dmirijiet tagħha taħt din id-Direttiva max-xogħol fejn tinvestiga l-okkorrenzi minbarra l-aċċidenti u l-inċidenti tal-ferrovija sakemm dawn l-investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tagħha.

5. Jekk ikun neċessarju l-entità investigattiva tista' titlob l-għajnuna ta' l-entità investigattiva mill-Istati Membri l-oħra jew mill-Aġenzija biex tforni l-esperjenza jew biex tagħmel spezzjonijiet tekniċi, analiżi jew evalwazzjonijiet.

6. L-Istati Membri jistgħu jafdaw lill-entità investigattiva bid-dmir li tagħmel l-investigazzjonijiet ta' l-aċċidenti u l-inċidenti tal-ferrovija minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 19.

7. L-entitajiet investigattivi għandhom jagħmlu skambju attiv ta' l-opinjonijiet u l-esperjenzi biex b'hekk ikunu żviluppati metodi komuni ta' l-investigazzjoni, billi jagħmlu prinċipji komuni biex jitħarsu r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà u l-adattament għall-iżvilupp tal-progress tekniku u xjentifiku.

L-Aġenzija għandha tgħin lill-entitajiet investigattivi f'dan id-dmir.

Artikolu 22

Il-proċedura investigattiva

1. L-aċċident jew l-inċident msemmi fl-Artikolu 19 għandu jkun investigat mill-entità investigattiva ta' l-Istat Membru li seħħ fih. Jekk mhux possibli li jkun stabbilit f'liema Stat Membru seħħ jew jekk seħħ fuq jew viċin ta' l-installazzjoni tal-fruntiera bejn żewġ Stat Membri l-entitajiet relevanti għandhom jiftehmu liema wieħed minhom għandu jagħmel l-investigazzjoni jew għandhom jiftehmu li jagħmluha b'kooperazzjoni. L-entità l-oħra għandha fl-ewwel każ titħalla tipparteċipa fl-investigazzjoni u taqsam b'mod sħiħ ir-riżultati tagħha.

L-entitajiet investigattivi minn Stat Membru ieħor għandhom ikunu mistiedna biex jipparteċipaw f'investigazzjoni kull meta' l-impriża tal-linja tal-ferrovija stabbilita u liċenzata f'dak l-Istat Membru hija involuta fl-aċċident jew l-inċident.

Dan il-paragrafu m'għandux ifixkel lill-Istati Membri milli jiftehmu illi l-entitajiet relevanti għandhom jaħgmlu l-investigazzjonijiet f'kooperazzjoni f'ċirkostanzi oħra.

2. Għal kull aċċident jew inċident l-entità responsabbli għall-investigazzjoni għandha tirranġa għall-meżżi adattati, li jinkludu l-esperjenza neċessarja operazzjonali u teknika biex tkun magħmula l-investigazzjoni. L-esperjenza tista' tinkiseb minn ġo jew minn barra l-entità, li tiddependi mill-karattru ta' l-aċċident jew l-inċident li għandu jkun investigat.

3. L-investigazzjoni għandha tkun magħmula kemm jista' jkun b'mod miftuħ, biex b'hekk il-partijiet kollha ikunu jistgħu jinstemgħu u jistgħu jaqsmu r-riżultati. Il-manager ta' l-infrastruttura relevanti u l-impriżi tal-linji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija, l-awtorità tas-sigurtà, il-vittmi u l-qraba tagħhom, is-sidien tal-proprjeta' mkissra, dawk li jimmanifatturaw, is-servizzi ta' l-emerġenza involuti u r-rappreżentanti tal-ħaddiema u dawk li jużaw għandhom ikunu infurmati regolarment bl-investigazzjoni u l-progress tagħha u, sa fejn hu prattikabbli, għandhom jingħataw l-opportunità biex jissottmettu l-opinjonijiet tagħhom għall-investigazzjoni u jitħallew jikkummentaw fuq l-informazzjoni tar-rapporti abbozzati.

4. L-entità investigattiva għandha tikkonkludi l-eżamijiet tagħha fuq is-sit ta' l-aċċident fl-iqsar ħin possibbli biex b'hekk tippermetti lil-manager ta' l-infrastruttura biex jagħti lura l-infrastruttura u jiftaħha għas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 23

Ir-rapporti

1. L-investigazzjoni ta' aċċident jew inċident msemmija fl-Artikolu 19 għandha tkun is-suġġett tar-rapporti fil-forma xierqa għat-tip u s-serjetà ta' l-aċċident jew l-inċident u r-relevanza tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni. Ir-rapporti għandhom jiddikkjaraw l-għanijiet ta' l-investigazzjonijiet kif msemmija fl-Artikolu 19(1) u jkun fihom, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà.

2. L-entità investigattiva għandha tagħmel ir-rapport finali pubbliku fl-iqsar żmien possibli u normalment mhux aktar tard minn12 il-xahar wara d-data ta' l-okkorrenza. Ir-rapport għandu, jsegwi u jkun qrib, ta' l-istruttura tar-rappurtaġġ stabbilita fl-Anness V. Ir-rapport, inklużi r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà, għandu jkun komunikat lill-partijiet relevanti msemmija fl-Artikolu 22(3) u lill-entitajiet u l-partijiet konċernati fl-Istati Membri l-oħra.

3. Kull sena l-entità investigattiva għandha tippubblika sat-30 ta' Settembru bħala l-aħħar data rapport annwali li jirrapporta l-investigazzjonijiet magħmula s-sena ta' qabel, ir-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà li kienu maħruġa u l-azzjonijiet meħuda skond ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel.

Artikolu 24

L-informazzjoni li għandha tintbgħat mill-Aġenzija

1. Fi żmien ġimgħa wara d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni l-entità investigattiva għandha tinforma lill-Aġenzija b'dan. L-informazzjoni għandha tindika d-data, il-ħin u l-post ta' l-okkorrenza, kif ukoll it-tip tagħha u l-konsegwenzi fir-rigward tal-fatalitajiet, il-ħsarat u d-dannu materjali.

2. L-entità investigattiva għandha tibgħat lill-Aġenzija kopja tar-rapport finali msemmi fl-Artikolu 23(2) u tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 23(3).

Artikolu 25

Ir-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà

1. Ir-rakkomandazzjoni tas-sigurtà maħruġa minn entità investigattiva m'għandha fl-ebda każ toħloq presunzjoni ta' ħtija jew responsabbilità għall-aċċident jew l-inċident.

2. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lill-awtorità tas-sigurtà u, fejn hemm bżonn minħabba l-karattru tar-rakkomandazzjoni, lill-entitajiet u l-awtoritajiet l-oħra ta' l-Istat Membri jew lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri u l-awtoritajiet tas-sigurtà tagħhom għandhom jieħdu il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà maħruġa mill-entitajiet investigattivi huma meħuda in konsiderazzjoni b'mod xieraq, u, fejn xieraq, tittieħed azzjoni fuqhom.

3. L-awtorità tas-sigurtà u l-awtoritajiet jew l-entitajiet l-oħra, u fejn xieraq, l-Istati Membri l-oħra li ġew indirizzati lilhom ir-rakkomandazzjonijiet, għandhom jirrapportaw lura minn ta' l-anqas darba f'sena lill-entità investigattiva fuq il-miżuri li ġew meħuda jew ippjanati bħala konsegwenza tar-rakkomandazzjoni.

Il-KAPITOLU VI

IL-POTERI TA' L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 26

L-adattament ta' l-Annessi

L-Annessi għandhom ikunu adattati għall-progress tekniku jew xjentifiku, skond il-proċedura msesmmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 27

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.

2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

3. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

Artikolu 28

Il-miżuri ta' l-implimentazzjoni

1. L-Istati jistgħu iġibu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni kwalunkwe miżuri dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Id-deċiżjonijiet xierqa għandhom ikunu adottati skond il-proċedua msemmija fl-Artikolu 27(2).

2. Fuq it-talba ta' l-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà u l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà, u fi żmien xahrejn mir-riċevuta ta' talba bħal din tiddeċidi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2) jekk il-miżuri relatata tistax tibqa tapplika. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Il-KAPITOLU VII

ID-DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 29

L-emendi għad-Direttiva 95/18/KE

Id-Direttiva 95/18/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 8 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

Il-ħtiġiet relatati mal-kompetenza professjonali għandhom ikunu milħuqa meta' impriża tal-linji tal-ferrovija li tkun applikant għandha jew ser ikollha organizzazzjoni ta' l-immaniġġjar li għandha l-għerf u/jew l-esperjenza neċessarja biex teżerċita l-kontroll u s-superviżjoni sigura u affidabbli fuq it-tħaddim tat-tip tal-ħidmiet speċifikati fil-liċenza.".

2. fl-Anness, it-Taqsima II għandha tkun imħassra.

Artikolu 30

L-emenda għad-Direttiva 2001/14/KE

Id-Direttiva 2001/14/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. it-titolu għandu jitbiddel b'dan li ġej:

"Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferrovija"

2. fl-Artikolu 30(2), il-punt (f) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(f) l-arranġamenti għall-aċċess skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 fuq l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunita [15] kif emendata mid-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE fuq l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità [16]."

3. L-Artikolu 32 għandu jkun imħassar,

4. fl-Artikolu 34, il-paragrafu 2 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Fuq it-talba ta' l-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha, f'każ speċifiku, teżamina l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-intaxxar, l-allokazzjoni tal-kapaċità, u fi żmien xahrejn mir-riċevuta ta' din it-talba tiddeċidi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa tapplika. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri."

Artikolu 31

Ir-rapport u azzjonijiet iktar mill-Komunità

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-30 ta' April 2007 u kull ħames snin minn hemm "il quddiem rapport fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva."

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn meħtieġ mill-proposti għal azzjonijiet oħra mill-Komunità.

Artikolu 32

Il-multi

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli fuq il-multi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li jiġu implimentati. Il-multi stabbiliti għandhom ikunu effettivt, proporzjonali, mhux diskriminatorji u dissuażivi.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni sad-data speċifikata fl-Artikolu 33 u għandhom javżaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffetwawhom.

Artikolu 33

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu d-Direttiva sat-30 ta' April 2006 bħala l-aħħar data. Għandhom minn hemm "il quddiem jinformaw il-Kummissjoni b'dan."

Meta' l-Istati Membri jadottaw il-miżuri, għandhu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex tkun magħmula din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 34

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasbourg, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDOWELL

[1] ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 332.

[2] ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 131.

[3] ĠU C 66, tad-19.3.2003, p. 5.

[4] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Jannar 2003 (ĠU C 38 E, tat-12.2.2004, p. 92), il-Pożizzjoni Komunu tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 ĠU C 270 E, tal-11.11.2003, p. 25) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2003 (li għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Ir-Risoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.

[5] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 1).

[6] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 70. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 26).

[7] ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 29. Id-Direttiva kif emendata mid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2002/844/KE (ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 30).

[8] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 6.

[9] ĠU L 110, ta' l-20.4.2001, p. 1.

[10] ĠU L 220, ta' l-21.6.2004, p. 3.

[11] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[12] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/29/KE (ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 47).

[13] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE ta' l-20 ta' Mejju1998 fuq l-istabbiliment tal-Kumitati Settorjali ta' Djalogu li jippromwovu id-Djalogu bejn is-sieħba soċjali fuq il-livell Ewropew (ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 27).

[14] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[15] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25.

[16] ĠU L 164, tat-30.4.2004, p. 164.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-INDIKATURI KOMUNI TAS-SIGURTÀ

L-indikaturi komuni tas-sigurtà għandhom ikunu rappurtati lill-awtoritajiet tas-sigurtà:

L-indikaturi dwar l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 2(2), (a) u (b), għandhom ikunu rappurtati b'mod separat, jekk jiġu sottomessi.

Jekk fatti jew żbalji ġodda jiġu skoperti wara s-sottomissjoni tar-rapport l-indikaturi għal sena waħda partikolari għandhom ikunu emendati jew ikkoreġuti mill-awtorità tas-sigurtà ma' l-ewwel opportunità konvenjenti u bħala l-aħħar data fir-rapport annwali li jkun imiss.

Għall-indikatori li għandhom x'jaqsmu ma' l-aċċidenti taħt l-intestatura1 hawn taħt, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-istatistika tat-trasport bit-tren [1] għandu jkun applikat sakemm l-informazzjoni hija disponibbli.

1. L-indikaturi dwar l-aċċidenti

1. In-numru totali u relattiv (mal-kilometri tat-tren) ta' l-aċċidenti u l-qasma tat-tipi ta' l-aċċidenti li ġejjin:

- ħabtiet tal-ferroviji, inklużi l-ħabtiet ma' l-ostakoli fil-wiesa' taż-żewġ linji li għandha tkun vojta,

- il-ħruġ il-barra mil-linji tal-ferrovija,

- l-aċċidenti tal-livelli tal-qsim, inklużi l-aċċidenti li jinvolvu nies li jkunu mexjin fuq il-livelli tal-qsim,

- l-aċċidenti lill-persuni kkawżati mill-materjali mobbli mexjin, bl-eċċezzjoni tas-suwiċidji,

- is-suwiċidji,

- nirien fil-materjali mobbli,

- oħrajn.

Kull aċċident għandu jkun rappurtat taħt it-tip ta' l-aċċident primarju, anki jekk il-konsegwenzi ta' l-aċċidenti sekondarji huma aktar serji, eż. nar wara li l-ferrovija tkun ħarġet mill-linja tagħha.

2. In-numru totali u relattiv (mal-kilometri tat-tren) tal-persun li weġġħu serjament u nqatlu bit-tip ta' l-aċċident li hu maqsum fil-kategoriji li ġejjin:

- il-passiġġieri (anki f'relazzjoni man-numru totali tal-kilometri tal-passiġġieri),

- l-impjegati inklużi l-ħaddiema tal-kuntratturi,

- dawk li jużaw il-qsim minn fuq il-livelli,

- persuni li mhumiex awtorizzati li jkunu fil-postijiet tal-linji tal-ferrovija,

- oħrajn.

2. L-indikaturi dwar l-inċidenti u dawk l-inċidenti li jiġu evitati bi ftit

1. In-numru totali u relattiv (mal-kilometri tat-tren) tal-linji miksura, it-tgħattin tal-linji u l-fallimenti tas-sinjali għan-naħa l-ħażina.

2. In-numru totali u relattiv (mal-kilometri tat-tren) tas-sinjali mibgħuta fil-periklu.

3. In-numru totali u relattiv (mal-kilometri tat-tren) tar-roti miksura fuq il-materjali mobbli fis-servizz.

3. L-indikaturi dwar il-konsegwenzi ta' l-aċċidenti

1. L-ispejjeż totali u relattivi (mal-kilometri tat-tren) fil-euro ta' l-aċċidenti kollha fejn, jekk hu possibbli, il-piżijiet li ġejjin għandhom ikunu kkalkulati jew inklużi:

- l-imwiet u l-ħsarat,

- il-kumpens għat-telf ta' jew dannu lill-proprjetà tal-passiġġieri, l-ħaddiema jew it-terzi partijiet — inkluż id-dannu kkawżat lill-ambjent,

- il-bdil jew it-tiswija tal-materjali mobbli u l-installazzjonijiet tal-linji tal-ferrovija bil-ħsara,

- id-dewmien, it-tfixkil u l-bdil tar-rotot tat-traffiku, inklużi l-ispejjeż żejda għall-ħaddiema u t-telf tad-dħul fil-futur.

Mill-ispejjeż ta' hawn fuq għandhom jitnaqqsu l-indennizz jew il-kumpens irkuprat jew stimat li għandu jkun irkuprat minn terzi partijiet bħal ma huma s-sidien tal-vetturi involuti fl-aċċidenti fuq il-livelli tal-qsim. Il-kumpens irkuprat mill-poloz ta' l-assigurazzjoni miżmuma mill-impriżi tal-linji tal-ferrovija jew mill-managers ta' l-infrastruttura m'għandhomx ikunu msaqqsa.

2. Is-siegħat tax-xogħol mitlufa totali u relattivi (għan-numru ta' siegħat maħduma) mill-ħaddiema u l-kuntratturi bħala konsegwenza ta' l-aċċidenti.

4. L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà teknika ta' l-infrastruttura u l-implimentazzjoni tagħha.

1. Il-persentaġġ tal-linji bil-Protezzjoni Awtomatika tat-Tren (ATP) li jaħdmu, il-persentaġġ tal-kilometri tat-tren li jużaw is-sistemi tat-tħaddim ta' l-ATP.

2. In-numru tal-qsim minn fuq il-livelli (totali u għall kull linja ta' kilometru). Il-persentaġġ tal-qsim minn fuq il-livelli bil-protezzjoni awtomatika jew manwali.

5. L-indikaturi li għandhom x'jaqsmu ma' l-immaniġġjar tas-sigurtà

Il-verifika interna miksuba mill-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija kif stabbilit fid- dokumentazzjoni tas-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà. In-numru totali tal-verifiki miksuba u n-numru bħala persentaġġ tal-verifiki mitluba (u/jew ippjanati).

6. Id-definizzjonijiet

L-awtoritajiet li jirrappurtaw jistgħu jużaw id-definizzjonijeit applikati ta' l-indikaturi u l-metod għal-kalkulazzjoni ta' l-ispejjeż meta' d-data skond dan l-Anness hija sottomessa. Id-definizzjonijiet kollha u l-metodi tal-kalkulazzjoni li jintużaw għandhom ikunu spjegati fl-Anness tar-rapport annwali deskritt fl-Artikolu 18.

[1] ĠU L 14, tal-21.1.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

IN-NOTIFIKA TAR-REGOLI NAZZJONALI TAS-SIGURTÀ

Ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà li għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 8 jinkludu:

1. ir-regoli dwar il-miri nazzjonali tas-sigurtà esiżtenti u l-metodi tas-sigurtà;

2. ir-regoli dwar il-ħtiġiet fuq is-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija;

3. ir-regoli dwar il-ħtiġiet għall-awtorizzazzjoni biex jitpoġġew fis-servizz u l-manteniment tal-materjali mobbli ġodda jew sostanzjalment mibdula li mhumiex koperti s'issa bit-TSI. In-notifika għandha tinkludi r-regoli għall-iskambju tal-materjali mobbli bejn l-impriżi tal-linji tal-ferrovija, is-sistemi ta' reġistrazzjoni u l-ħtiġiet fuq il-proċeduri ta' l-ittestjar;

4. ir-regoli komuni tat-tħaddim tan-network tal-linji tal-ferrovija li mhumiex koperti mit-TSIs, inklużi r-regoli dwar is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sinjali u tat-traffiku;

5. ir-regoli li jistabbilixxu l-ħtiġiet fuq ir-regloli addizzjonali interni tat-tħaddim (ir-regoli tal-kumpanija) li għandhom ikunu stabbiliti mill-managers ta' l-infrastruttura u l-impriżi tal-linji tal-ferrovija;

6. ir-regoli dwar il-ħtiġiet fuq il-ħaddiema li jwettqu xogħolijiet kritiċi tas-sigurtà, inklużi l-kriterji ta' l-għażla, il-benesseri meiku u t-taħriġ vokazzjonali u ċ-ċertifikazzjoni sakemm għadhom mhumix koperti bit-TSI;

7. ir-regoli dwar l-investigazzjoni ta' l-aċċident u l-inċidenti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IS-SISTEMI TA' L-IMMANIĠĠJAR TAS-SIGURTÀ

1. Il-ħtiġiet fuq is-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

Is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà għandha tkun dokumentata fil-partijiet relevanti kollha u għandha partikolarment tiddeskrivi id-distribuzzjoni tar-responsabbilitajiet fl-organizzazzjoni tal-manager ta' l-infrastruttura jew l-impriżi tal-linji tal-ferrovija. Dan għandu juri kif il-kontroll mill-management fuq livelli differenti huwa sikur, kif il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fuq il-livelli kollha huma involuti u kif it-titjib kontinwu tas-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà huwa żgurat.

2. L-elementi bażiċi tas-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà

L-elementi bażiċi tas-sistemi ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà huma:

(a) politika tas-sigurtà approvata mill-kap eżekuttiv ta' l-organizzazzjoni u li tiġi kkomunikata lill-ħaddiema kollha;

(b) il-miri kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-organizzazzjoni għall-manteniment u t-titjib tas-sigurtà, u l-pjanijiet u l-proċeduri biex jintlaħqu dawn il-miri;

(ċ) il-proċeduri biex jintlaħqu l-istandards tekniċi u tat-tħaddim eżistenti, ġodda jew mibdula jew kondizzjonijet oħra preskrittivi kif stabbiliti

- fit-TSIs,

jew

- fir-regoli nazzjonali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 8 u l-Anness II,

jew

- f'regoli oħra relevanti,

jew

- fid-deċiżjonijiet ta' l-awtorità,

u l-proċedur biex ikun assigurat il-ħarsien ta' l-istandards u l-kondizzjonijiet l-oħra preskrittivi matul il-ħajja tat-tagħmir u tat-tħaddim;

(d) il-proċeduri u l-metodi biex titwettaq l-evalwazzjoni tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kontroll tar-riskji kull meta' tibdil tal-kondizzjonijiet tat-tħaddim jew materjal ġdid jimponi riskji ġodda fuq l-infrastruttura jew fuq it-tħaddim;

(e) il-provedimenti tal-programmi biex jitħarrġu l-ħaddiema u s-sistemi biex ikun żgurat li l-kompetenza tal-ħaddiema hija miżmuma u x-xogħolijiet magħmula skond dan;

(f) l-arranġamenti għal-provvediment ta' l-informazzjoni suffiċjenti fl-organizzazzjoni u, fejn xieraq, bejn l-organizzazzjonijiet li joperaw fuq l-istess infrastruttura;

(g) il-proċeduri u l-formati biex tkun dokumentata l-informazzjoni fuq is-sigurtà u l-ispeċifikazzjoni tal-proċedura għall-kontroll tal-konfigurazzjoni ta' l-informazzjoni vitali dwar is-sigurtà;

(h) il-proċeduri biex ikun żgurat li l-aċċidenti, l-inċidenti, il-kważi inċidenti u l-okkorrenzi perikolużi l-oħra jiġu rappurtati, investigati u analizzati u u li jittieħdu l-miżuri preventivi neċessarji;

(i) id-dispożizzjonijiet għal-pjanijiet ta' azzjoni u sinjali u informazzjoni fil-każ ta' emerġenza, miftiehma ma' l-awtoritajiet pubbliċi xierqa;

(j) id-dispożizzjonijiet għal verifika interni rikorrenti tas-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

ID-DIKJARAZZJONJIET GĦALL-PARTI SPEĊIFIKA GĦAN-NETWORK TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu sottomessi biex jippermettu l-awtorità tas-sigurtà biex twassal il-parti speċifika għan-network taċ-ċertifikat tas-sigurtà:

- id-dokumentazzjoni milll-impriża tal-linja tal-ferrovija fuq it-TSIs jew partijiet mit-TSIs u, fejn ikun relevanti, ir-regoli nazzjonali tas-sigurtà u regoli oħra applikabbli għall-operazzjonjiet tagħha, il-ħaddiema u l-materjali mobbli tagħha u kif ikun żgurat il-ħarsien mis-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà,

- id-dokumentazzjoni mill-impriża tal-linji tal-ferrovija fuq il-kategoriji differenti tal-ħaddiema impjegati jew kuntrattati għall-operazzjoni, inkluża l-evidenza li huma jilħqu l-ħtiġiet tat-TSIs jew ir-regoli nazzjonali u li ġew ċertifikati bil-mod xieraq,

- id-dokumentazzjoni mill-impriża tal-linji tal-ferrovija fuq it-tipi differenti tal-materjali mobbli użati għall-operazzjoni, inkluża l-evidence li huma jilħqu l-ħtiġiet tat-TSIs jew ir-regoli nazzjonali u li ġew ċertifikat bil-mod xieraq.

Biex ikun evitat ix-xogħol doppju u biex ikun imnaqqas l-ammont ta' informazzjoni dokumentazzjoni sommarja biss għandha tkun sottomessa dwar l-elementi li jħarsu t-TSIs u l-ħtiġiet l-oħra tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

IL-KONTENUT PRINĊIPALI TAR-RAPPORT DWAR L-INVESTIGAZZJONI TA' L-AĊĊIDENT U L-INĊIDENT

1. Summarju

Is-sommarju għandu jkun fih deskrizzjoni qasira ta' l-okkorrenza, meta' u fejn ġrat u l-konsegwenzi tagħha. Is-sommarju għandu jiddikjara il-kawżi diretti kif ukoll il-fatturi li kkontribwixxew u l-kawżi moħbija stabbiliti mill-investigazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali għandhom ikunu kwotati u l-informassjoni għandha tingħata lill-indirizzati.

2. Il-fatturi immedjatli ta' l-okkorrenza

1. L-okkorrenza:

- id-data, il-ħin eżatt u l-post ta' l-okkorrenza,

- id-deskrizzjoni tal-ġrajjiet u s-sit ta' l-aċċident inklużi l-isforzi tas-servizzi tas-salvataġġ u ta' l-emerġenza,

- id-deċiżjoni biex tkun stabbilita investigazzjoni, il-komposizzjoni tat-tim ta' l-investigaturi u l-andament ta' l-investigazzjoni.

2. L-isfond ta' l-okkorrenza:

- l-ħaddiema u l-kuntratturi involuti u l-partijiet u x-xhieda l-oħra,

- it-treni u l-komposizzjoni tagħhom inklużi n-numri tar-reġistrazzjoni ta' l-oġġetti tal-materjali mobbli involuti,

- id-deskrizzjoni tas-sistema ta' l-infrastruttura u tas-sinjali — it-tipi tal-linji, fejn taqleb il-linja il-ferrovija, fejn jispiċċaw il-linji, is-sinjali, il-protezzjoni tat-tren,

- il-mezz tal-komunikazzjoni,

- ix-xogħolijiet magħmula fuq is-sit jew fil-viċinanżi tas-sit,

- il-bidu tal-pjan ta' l-emerġenza tal-linji tal-ferrovija u l-katina tal-ġrajjiet tiegħu,

- il-bidu tal-pjan ta' l-emerċenza tas-servizzi pubbliċi tas-salvataġġ, il-pulizija u s-servizzi mediċi u l-katina tal-ġrajjiet tiegħu.

3. Il-fatalitajiet, il-ħsarat u d-dannu materjali:

- il-passiġġieri u t-terzi partijiet, il-ħaddiema, inklużi l-kuntratturi,

- it-tagħbija, il-bagalji u l-proprjetà l-oħra,

- il-materjali mobbli, l-infrastruttura u l-ambjen.

4. Iċ-ċirkostanzi esterni:

- il-kondizzjonijiet ta' l-ajru u r-referenżi ġeografiċi.

3. Ir-rekord ta' l-investigazzjonijiet u ta' l-inkjesti

1. Sommarju tax-xhieda (soġġett għall-protezzjoni ta' l-identità tal-persuni):

- il-ħaddiema tal-linji tal-ferrovija, inklużi l-kuntratturi,

- xhieda oħra.

2. Is-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà:

- l-organizzazzjoni qafas u kif l-ordnijiet jiġu mogħtija u magħmula,

- ħtiġiet fuq il-ħaddiema u kif dawn jiġu infurzati,

- ir-rutian għall-iċċekkjar intern u l-verifiki u r-rizultati tagħhom,

- l-approċċ bejn atturi differenti involuti ma' l-infrastruttura.

3. Ir-regoli u r-regolamenti:

- ir-regoli u r-regolamenti relevanti tal-Komunità u dawk nazzjonali,

- regoli oħra bħala regoli tat-tħaddim, struzzjonijiet lokali, il-ħtiġiet tal-ħaddiema, il-preskrizzjonijiet tal-manteniment u l-istandards applikabbli.

4. Il-funzjonament tal-materjali mobbli u l-installazzjonijiet tekniċi:

- is-sistema ta' l-ordnijiet tas-sinjali u tal-kontroll, inklużi r-reġistrazzjonijiet mir-rekorders awtomatiċi tad-data,

- l-infrastruttura,

- it-tagħmir tal-komunikazzjoni,

- il-materjali mobbli, inkluża r-reġistrazzjoni mir-rekorders awtomatiċi tad-data.

5. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tat-tħaddim:

- il-miżuri meħudin mill-ħaddiema għall-kontroll tat-traffiku u tas-sinjali,

- l-iskambju tal-messaġġi verbali in konnessjoni ma' l-okkorenzi, inkluża d-dokumentazzzjoni mir-recordings,

- il-miżuri meħuda biex ikun protett u salvagwardjat is-sit ta' l-okkorrenza.

6. irkuwit ta' l-organizzazzjoni tal-bniedem u l-magni:

- il-ħin ta' ħidma applikat għall-ħaddiema involuti,

- iċ-ċirkostanzi mediċi u personali bl-influenza fuq l-okkorrenza, inkluża l-eżistenza ta' l-istress fiżiku u psikoloġiku,

- l-ippjantar tat-tagħmir bl-impact fuq iċ-ċirkuwit tal-bniedem u l-magni.

7. Okkorrenzi li ġraw qabel tal-karattru simili.

4. L-analiżi u l-konklużjonijiet

1. Ir-rakkont finali tal-katina tal-ġrajjiet:

- l-istabbiliment tal-konklużjonijiet fuq l-okkorrenzi, ibbażati fuq il-fatti stabbiliti fl-intestatura 3.

2. Id-diskussjoni:

- l-analiżi tal-fatti stabbiliti fl-intestatura 3 bil-għan li jintlaħqu konklużjonijiet għall-kawżi ta' l-okkorrenza u l-andament tas-servizzi tas-salvataġġ.

3. Il-konklużjonijiet:

- il-kawżi diretti u immedjati ta' l-okkorrenza inklużi l-fatturi li jikkontribwixxu relatati ma' l-azzjonijiet meħuda minn persuni involuti jew il-kondizzjoni tal-materjali mobbli jew l-installazzjonijiet tekniċi,

- il-kawżi moħbija relatati mal-ħiliet, il-proċeduri u l-manteniment,

- il-kawżi importanti dwar il-kondizzjonijiet tal-qafas regolatorju u l-applikazzjoni tas-sistema ta' l-immaniġġjar tas-sigurtà.

4. L-osservazzjonijiet addizzjonali:

- in-nuqqasijiet stabbiliti waqt l-investigazzjoni, iżda mingħajr relevanza għall-konklużjonijiet tal-kawżi.

5. Il-miżuri li ġew meħuda

- Ir-rekord tal-miżuri meħuda jew adottati bħala konsegwenza ta' l-okkorrenza.

6. Ir-rakkomandazzjonijiet

--------------------------------------------------