32004L0042

Id-Direttiva 2004/42/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda id-Direttiva 1999/13/EC

Official Journal L 143 , 30/04/2004 P. 0087 - 0096
CS.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
ET.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
HU.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
LT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
LV.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
MT.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
PL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
SK.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385
SL.ES Chapter 15 Volume 08 P. 376 - 385


Id-Direttiva 2004/42/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiĊi volatili minħabba l-uŻu ta' solventi f'Ċertu ŻebgĦa u lostri u prodotti ta' lostru mil-Ġdid ta' vetturi u li jemenda id-Direttiva 1999/13/EC

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Jaġġixxu skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Id-Direttiva 2001/81/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar l-ogħla limiti nazzjonali ta' emissjoni għal ċertu pollutanti atmosferiċi [3] tiffissa l-ogħla limiti għal emizzjonijiet ta' ċertu pollutanti, inkluż komposizzjonijiet organiċi volatili (hawnhekk iżjed 'il quddiem: "VOCs"), li jridu jintlaħqu sal-2010 bħala parti mill-istrateġija integrata tal-Komunità biex tikkumbatti l-aċidifikazzjoni u l-ożonu mal-livell ta' l-art, imma ma tinkludix valuri ta' limitu ta' emissjonijiet għal dawk il-pollutanti minn egħjun speċifiċi.

(2) Sabiex jikkonformaw mal-limiti nazzjonali għal emissjonijiet ta' VOCs, l-Istati Membri jridu jimmiraw għal numru ta' kategoriji differenti ta' egħjun ta' dawn l-.

(3) Din id-Direttivi tikkumplimenta miżuri meħudin f'livell nazzjonali sabiex tiżgura konformità ma' l-ogħla livell ta' emissjonijet ta' VOCs.

(4) Fl-assenza ta' dispożizzjonijiet tal-Komunità, leġislazzjoni fl-Istati Membri biex jimponu valuri ta' limitu għal VOCs f'ċertu kategoriji ta' prodotti jistgħu jvarjaw. Disparitajiet ta' din ix-xorta, flimkien ma' l-assenza ta' leġislazzjoni ta' din ix-xorta f'xi wħud mill-Istati Membri, jista' jkun responsabbli għal kreazzjoni ta' ostakli bla bżonn għan-negozju u ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

(5) Għaldaqstant, liġijiet nazzjonali u dispożizzjonijiet li, għall-għanijiet li jikkumbattu l-ożonu fil-livell ta' l-art, jistabilixxu valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOCs fil-prodotti koperti minn din id-Direttiva, jeħtieġu li jkunu armonizzati sabiex ikun żgurat li ma jirristrinġux il-moviment liberu ta' dawn il-prodotti.

(6) Peress illi l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' VOCs, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, għax l-emissjonijiet ta' VOCs fi Stat Membru wieħed jaffetwaw il-kwalità ta' l-arja fi Stati Membri oħra u għalhekk tnaqqis ta' emissjonijiet ta' VOCs, b'raġuni ta' l-iskala u effetti ta' l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif inhu miktub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif inhu miktub f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx oltre dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan il-għan.

(7) Il-kontenut ta' VOC fiż-żebgħa, lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid tal-vetturi jagħtu lok għal emissjonijiet sinjifikanti fl-arja, li jikkontribwixxu għal formazzjoni lokali u transkonfinarji ta' sustanzi fotokimiċi li jossidaw fis-saff tat-tarf tat-troposfera.

(8) Il-kontenut ta' VOC f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid tal-vetturi għandhom għalhekk jiġu mnaqqsa kemm hu teknikament u ekonomikament possibbli meta wieħed jikkunsidra il-kondizzjonijiet klimatiċi.

(9) Livell għoli ta' protezzjoni ambjentali jirrikjedi l-iffissar u s-seħħ ta' valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOCs użati fi prodotti koperti minn din id-Direttiva.

(10) Għandu jsir proviżjoni għal miżuri transitorji għal prodotti magħmulin qabel ma jidħlu fis-seħħ il-kondizzjonijiet meħtieġa minn din id-Direttiva.

(11) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu liċenzi individwali għal bejgħ u xiri għal skopijiet speċifiċi ta' prodotti fi kwantitajiet strettament limitati li ma jkunux skond il-valuri ta' limiti ta' solventi hekk kif inhu stabbilit b'din id-Direttiva.

(12) Din id-Direttiva tikkomplimenta il-provisjonijet tal-Komunità dwar it-tikkettjar ta' sustanzi u preparazzjonijiet kimikali.

(13) Il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumaturi u/jew ħaddiema u l-protetzjoni ta' l-ambjent tax-xogħol m'għandux jaqa' taħt l-iskop ta' din id-Direttiva, u għaldaqstant miżuri meħuda minn L-Istati Membri għal dawn l-għanijiet ma għandhomx ikunu affettwati b'din id-Direttiva.

(14) Valuri ta' limitu tal-kontenut iridu jkunu sorveljati sabiex jiġi determinat jekk il-konċentrazzjonijiet ta' masses ta' VOCs li jinstabu f'kull kategorija ta'żebgħa, lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid tal-vetturi koperti minn din id-Direttiva jaqgħux fil-limiti permessi.

(15) Minħabba li l-kontenut ta' VOC fi prodotti użati għal ċertu attivitajiet ta' lostru mil-ġdid tal-vetturi issa huma regulati taħt din id-Direttiva, Direttiva tal-Kunsill 1999/13/EC tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposizzjonijiet organiċi volatili dovuti għal użu ta' solventi f'ċertu attivitajiet u stallazzjonijiet [4] għandha tiġi emendatha għal din ir-raġuni.

(16) L-Istati Membri għandhom, madankollu, jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri nazzjonali għal kontroll ta' emissjonijiet minn attiviatjiet ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi li jinvolvu il-kisi ta' vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' type approval' ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5], jew parti minnhom, li jsiru bħala parti ta' tiswija ta' vettura, konservazzjoni u dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura.

(17) Din id-Direttiva ma ghandhiex tapplika għal prodotti mibjugħin għal użu esklussiv fi stallazzjonijiet awtorizzati skond id-Direttiva 1999/13/EC fejn il-miżuri ta' limitu ta' emissjonijiet jipprovdu mezzi alternattivi biex jintlaħaq tnaqqis li hu għal inqas ekwivalenti ta' emissjonijiet ta' VOC.

(18) L-Istati Membri għandhom jiffissaw regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti ta' din id-Direttiva u biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(19) L-Istati Membri għandhom jirraportaw lil Kummissjoni dwar l-esperjenza li jiksbu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(20) Għandha ssir reviżjoni kemm ta' l-għan għat-tnaqqis tal-kontentu ta' VOC fil-prodotti barra mill-iskop ta' din id-Direttiva kif ukoll tal-possibilta li jitnaqqsu aktar il-valuri ta' limitu ta' VOC previsti.

(21) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentatha din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [6],

ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA:

Artikolu 1

Skop u Ambitu

1. L-Iskop ta' din id-Direttiva hija li tillimita il-kontenut totali ta' VOCs f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw il-vetturi mil-ġdid sabiex ma jitħalliex jew jitnaqqas it-tniġġis ta' l-arja bħala riżultat tal-kontribuzzjoni ta' VOCs għal formazzjoni ta' ożonu troposferiku.

2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet elenkati fil-paragrafu 1, din id-Direttiv tapprossima l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi għal ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid.

3. Din id-Direttiva għandha tgħodd għal prodotti elenkati fl-Anness I.

4. Din id-Direttiva ma tippreġudikax u ma taffetwax miżuri, inklużi ħtieġijiet ta' tikkettjar, meħudin fuq livell ta' Komunità jew nazzjonali biex jipproteġu saħħet il-konsumaturi u tal-ħaddiema u l-ambjent tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 2

Tifsir

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

"L-awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli taħt il-proviżjonijiet legali ta' l-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligazzjonijet li joriġinaw minn din id-Direttiva;

"Sustanzi" tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposizzjonijiet tiegħu, kif jinstabu fl-istat naturali tagħhom jew kif inhuma prodotti mill-industrija, sew fil-forma solida jew likwida jew li tixbaħ il-gass;

"Preparazzjoni" tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

"Komposizzjoni organika" tfisser kwalunkwe komposizzjoni li fiha jkun jinstab ta' lanqas l-element karbonju u element wieħed jew aktar ta' idroġenu, ossiġnu, kubrit, fosfru, silicon, nitroġenu jew aloġenu, bl-eċċezzjoni ta' ossidi tal-karbonju u karbonati inorganicċi u bikarbonati;

"Komposizzjonijiet organiċi volatili" tfisser kwalunkwe komposizzjoni organika li tiftaħ tagħli fuq temperatura ta' anqas minn jew ekwivalenti għal 250 °C meta mkejjel bi pressjoni standarda ta' 101,3 kPa;

"Kontenut ta' VOC" tfisser il-massa ta' komposizzjonijiet organiċi volatili, miktubin fi grammi/litru (g/l) fil-formulazzjoni tal-prodott meta jkun fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest. Il-massa ta' komposizzjonijiet organiċi volatili fi prodott speċifiku li jagħmlu reazzjoni kemikali waqt it-tnixxif sabiex jifforma parti mil-kisi ma għandux jitqies bħala parti mill-kontenut ta' VOC;

"Solvent organiku" jfisser kwalunkwe VOC li huwa użat waħdu jew flimkien ma' aġenti oħra biex iħollu jew jiddilwaw materja prima, prodotti, jew materjal ta' skart, jew li huwa użat bħala aġent tat-tindif biex iħoll kontaminaturi, jew bħala medja ta' tixrid, jew bħala aġġustatur ta' viskożità, jew bħala aġġustatur tat-tensjoni tal-wiġġ, jew biex jaħdem il-plastik, jew bħala preservattiv;

"Kisi" tfisser kwalunkwe preparazzjoni, inklużi is-solventi organiċi kollha jew preparazzjonijiet li fihom ikunu jinsabu solventi organiċi meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tagħhom, li huwa użat biex jipprovdi rita b'effett dekorattiv, protettiv jew xi effett funzjonali ieħor fuq wiċċ;

"Rita" tfisser saff kontinwu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kisja waħda jew aktar fuq sottostrata;

"Kisi li jinġarru bl-ilma (WB)" tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' l-ilma;

"Kisi li jinġarr b'solventi (SB)" tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' solventi organiċi;

"Mqiegħed fis-suq" tfisser li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni, kemm għal bdil ta' ħlas jew le. Importazzjoni lejn it-teritorju tal-Komunità ser ikun mifhum li jkun tqiegħed fis-suq għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Rekwiżiti

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I huma mqiegħda fis-suq fit-teritorju tagħhom wara d-dati stabbiliti fl-Anness II biss jekk ikollhom kontenut ta' VOC li ma jeċċedix il-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II u li jikkonformaw ma' l-Artikolu 4.

Sabiex ikun stabbilit il-konformità mal-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II, għandhom jintużaw il-metodi analitiki li msemmija fl-Anness III.

Għal prodotti elenkati fl-Anness I li magħhom ikunu ġew miżjuda solventi jew komposizzjonijiet oħrajn li fihom ikun jinsabu solventi sabiex il-prodott ikun magħmul u lest, il-valuri ta' limitu fl-Anness II għandhom japplikaw għal kontenut ta' VOC fil-prodott fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest.

2. Bħala deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw milli jikkonformu mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq prodotti mibjugħin għal użu ekslussiv f'attività koperta mid-Direttiva 1999/13/EC liemha attività issir fi stallazzjoni reġistrata jew awtorizzata skond l-Arikoli 3 u 4 ta' dik id-Direttiva.

3. Għall-iskopijiet ta' restorazzjoni jew manutenzjoni ta' bini u vetturi klassiċi li huma innominati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma ta' valur storiku jew kulturali partikolari, Stati Membri jistgħu jagħtu liċenzi individwali għal bejgħ u xiri f'kwantitajiet strettament limitati ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-valuri ta' limitu ta' VOC hekk kif inhu stabbilit fl-Anness II.

4. Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiv li jintwerew li kienu magħmulin qabel id-dati stabbiliti fl-Anness II u li ma jaderixxux mar-rekwiżiti ta' paragrafu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq għal perjodu ta' tnax-il xahar wara d-data li fiha ir-rekwiżit li japplika għal prodott imsemmi tidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Tikkettjar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I ikollhom tikketta meta jkunu mqiegħdha fis-suq. It-tikketta għandha tindika:

(a) is-sottokategorija tal-prodottt u il-valur ta' limitu ta' VOC relevanti f'g/l skond ir-referenza li hemm fl-Anness II;

(b) il-kontenut massimu ta' VOC fi g/l tal-prodott f'kondizzjoni magħmul u lest.

Artikolu 5

L-awtorità lokali kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li tkun responsabbli biex taderixxi ma' l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mhux aktar tard mit-30 t'April 2005.

Artikolu 6

Sorveljar

L-Istati Membri għandhom iniedu programm ta' sorveljanza għall-iskop li jivverifika il-konformità ma' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Rapportar

L-Istati Membri għandhom jirraportaw ir-riżultati tal-program ta' sorveljanza sabiex juru konformità ma' din id-Direttiva u l-kategoriji u kwantitajiet ta' prodotti liċenzati skond l-Artikolu 3(3). L-ewwel żewġ rapporti għandhom jingħataw lill-Kummissjoni 18-il xahar wara d-dati ta' konformità mal-valuri ta' limitu tal-kontenut ta' VOC stabbiliti fl-Anness II; sussegwentament rapport għandu jingħata kull ħames snin. Il-Kummisjoni ser tiżviluppa format komuni minn qabel għas-sottomissjoni tad-data ta' sorveljanza skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12(2). Data ta' kull sena trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummisjoni meta tintalab.

Artikolu 8

Ċirkolazzjoni libera

L-Istati Membri m'għandhomx, fuq il-bażi ttrattat minn din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva li, fil-kondizzjoni tagħhom magħmula u lesta, jikkkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

Reviżjoni

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

1. sa mhux aktar tard mis-sena 2008, rapport ibbażat fuq ir-riżultati tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/81/EC. Dan ir-rapport għandu jeżamina:

(a) l-iskop wiesa u l-potenzal biex isir tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti barra mill-iskop ta' din id-Direttiva inklużi aerosoli għal żebgħa u lostri;

(b) il-possibiltà ta' l-introduzzjoni ta' aktar tnaqqis (fażi II) fil-kontenut ta' VOC fi prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi;

(ċ) kwalunkwe element ġdid konness ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-applikazzjoni ta' fażi II kif inhu previst għal żebgħa u lostri;

2. mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-data ta' implimentazzjoni tal-valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOC fl-Anness II fażi II, rapport li jikkunsidra, partikolarment, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 u ta' kwalunkwe żviluppi teknoloġiċi fil-manifattura taż-żebħa, lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid. Dan ir-rapport għandu jeżamina l-iskop wies u l-potenzal li jsir aktar tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti fl-iskop ta' din id-Direttiva, inkluż il-possibiltà ta' distinzjoni bejn żebgħ li tintużha għal ġewwa u għal barra f'sottokategoriji (d) u (e) ta' l-Anness1, punt 1.1. u l-Anness II, taqsima A.

Dawn ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, bi proposti biex jemendu din id-Direttiva.

Artikolu 10

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u ser jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regoli u miżuri mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżawha mingħajr dewmin dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwhom.

Artikolu 11

Adattamenti għal progress tekniku

Kwalunkwe emendi neċessarji sabiex jiġi addattat l-Anness III sabiex jitqies progress tekniku għandu jiġi addottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmijha fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

Kumitat

1. Il-Kummissjoni ser tkun assistitha mill-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/EC, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" il-Kumitat '.

2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom jgħoddu, wara li jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Emenda tad-Direttiva 1999/13/EC

1. Id-Direttiva 1999/13/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fl-Anness I, fit-taqsima msemmija "Lostri mil-ġdid ta' vetturi", l-inċiż li ġej għandu jiġi mħassar:

"— il-kisi ta' vetturi tat-triq hekk kif inhu definit fid-Direttiva 70/156/KEE, jew parti minnhom, meta jsir bħala parti mit-tiswija ta' vettura, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura, jew '."

2. Minkejja paragrafu 1, L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri ta' kontroll ta' emissjonijiet minn attivitajiet ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi mħassra mill-iskop tad-Direttiva 1999/13/EC.

Artikolu 14

Transposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolazzjonijiet u disposizzjonijet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżaw lill-Kummisjoni ta' dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu supplimentati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Destinatarji

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul ġo Strasbourg, 21 t'April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 220, 16.09.03, p. 43.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2003 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-7 ta' Jannar 2004 (ĠU C 79 E, 30.3200,p.1) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 309, 27.11.01, p. 22.

[4] ĠU L 85, tad-29.3.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendate bir-Regolazzjoni (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, tad-19.2.2004, p. 36).

[6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

SKOP

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,żebgħa u lostri tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt, eskluż areosoli. Dawn huma kisi li huma applikati fuq il-bini, it-tiżjin u tgħammir tagħhom, u strutturi assoċjati għal skopijiet dekorattivi, funzjonali u prottetivi.

1.1. Sottokategoriji:

"kisjiet matti għal ħitan interni u soqfa" tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' ġewwa u sofqa bi grad ta' tleqqija < = 25@60o.

"kisjiet li jleqqu għal ħitan interni u soqfa" tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' ġewwa u soqfa bi grad ta' tleqqija > 25@60o.

"kisjiet għal ħitan esterni ta' sustrat minerali" tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' barra tal-ġebel, briks jew stokk;

"dekorazzjoni interna/esterna u kisi minn barra għal injam; metal jew plastik" tfisser kisjiet li jiproduċu rita opâka u huma ddiżinjati għal użu fuq dekorazzjoni u kisi minn barra.Dawn il-kisjiet huma ddiżinjati għal sustrat ta' l-injam, metal jew plastik. Din is-sottokategorija tinkludi żebgħa li tintuża għal passati ta' taħt u kisjiet intermedjari;

"lostri ta' dekorazzjoni interna/esterna u kulur għall-injam" tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq dekorazzjoni li tipproduċi rita trasparenti jew semi-trasparenti għal dekorazzjoni u protezzjoni ta' injam, metal u plastik. Din is-sottokategorija tinkludi kuluri opâki għall-injam. Kuluri opâki għall-injam tfisser kisjiet li jipproduċi rita opâka għad-dekorazzjoni u protezzjoni ta' l-injam, kontra l-azzjoni tat-temp, hekk kif definit f'EN 927-1, fi ħdan il-kategorija semi-stabbli;

"kuluri għal injam b'binja minima" tfisser kuluri għall-injam li, skond EN 927-1:1996, għandhom ħxuna medja ta' anqas minn 5 μm meta jiġi ttestjat skond ISO 2808: 1997, metodu 5A;

"żebgħa ta' l-ewwel passata" tfisser kisjiet bi proprjetajiet ta' siġillar u/jew imblokkar iddiżinjati għal użu fuq l-injam jew ħitan u soqfa;

"żebgħa ta' l-ewwel passata li tissolidifika" tfisser kisjiet iddiżinjati sabiex jistabillizzaw partikoli sfużi ta' sustrat jew jagħddi proprjetatiet idrofobiki u/jew jipproteġu l-injam kontra tebgħa kaħlija;

"kisjiet bi prestazzjoni ta'pakkett wieħed" tfisser kisjiet bi prestazzjoni bbażatha fuq materjal li jifforma rita. Dawn huma ddiżinjati għal applikazzjonijiet li jinħtieġielhom prestazzjoni speċjali, bħalma huma l-ewwel passata żebgħa u l-aħħar passata żebgħa fuq il-plastik, kisja ta' l-ewwel passata żebgħa għal sustrati li fihom il-ħadid, kisja żebgħa ta' l-ewwel passata għal metalli reattivi bħalma huma iż-żingu u l-aluminju, lostri ta' kontra il-korrużjoni, kisjiet ta' l-art, inklużi għal artijiet ta' l-injam u siment, reżistenza kontra l-graffiti, li jżomm in-nar lura, stândardi ta' iġjene fl-industrija ta' l-ikel u xorb jew fis-servizzi tas-saħħa;

"kisjiet bi prestazzjoni ta' żewġ pakketti" tfisser kisjiet bl-istess użu bħal kisjiet ta' prestazzjoni ta' pakkett wieħed, imma b'komponent ieħor (eż. ammini terzjarji) miżjud qabel l-applikazzjoni;

"kisjiet b'ħafna kuluri" tfisser kisjiet iddiżinjati biex jagħtu effett ta' żewġ kuluri jew ta' ħafna kuluri, direttament ma' l-ewwel applikazzjoni;

"kisjiet b'effetti dekorattivi" tfisser kisjiet iddiżinjati biex jagħtu effetti estetiċi speċjali fuq sustrati jew kisjiet ta' taħt miżbugħin apposta u sessegwentament ittrattati b'diversi għodda matul il-perjodu ta' tnixxif.

2. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, "prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid" tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt. Dawn huma użati għal kisi ta' vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE:, jew parti minnhom, liemha xogħol ikun magħmul bħala parti minn tiswija ta' vetturi, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura.

2.1. Sottokategorija:

"preparatorji u tindif" (i) prodotti preparatorji jinkludu likwidu għat-tlaħliħ ta' l-azzarin (prodott iddiżinjat biex inaddfu apparat li jraxxax iż-żebgħa u apparat ieħor), apparat li jqaxxar iż-żebgħa, apparat li jneħħi ix-xaħam (inkluż tipi ta' kontra l-istatika għal plastik) u neħħejja tas-silikone;

(ii) "naddâf minn qabel" tfisser prodott tat-tindif iddiżinjat għat-tneħħija ta' kontaminazzjoni tal-wiċċ waqt il-preparazzjoni għal u qabel l-applikazzjoni ta' materjal tal-kisi;

"Mili tal-bôdi/waqqafa" tfisser komposizzjonijiet li għandhom massa akbar minn normal iddiżinjati biex ikunu applikati sabiex jimlew imperfezzjonijiet fondi tal-wiċċ qabel l-applikazzjoni tal-kisi tal-wiċċ/milli;

"żebgħa ta' l-ewwel passata" (i) "kisi tal-wiċċ/milli" tfisser kisja ddiżinjata biex tkun applikatha eżatt qabel l-applikazzjoni tal-passata ta' fuq għall-għan li tireżisti l-korrużjoni, biex jiżgura adeżjoni tal-passata ta' fuq, u biex tippromwovi l-formazzjoni ta' lostru tal-wiċċ uniformi billi jimla mperfezzjonijiet żgħar fil-wiċċ;

(ii) "żebgħa ta' l-ewwel passata għal użu ġenerali fuq il-metall" tfisser kisja ddiżinjatha għal applikazzjoni bħala żebgħa ta' l-ewwel passata, bħalma huma promoturi ta' adeżjoni, siġillanti, kisi tal-wiċċ, passati ta' taħt, żebgħa ta' l-ewwel passata għal użu fuq il-plastik, mxarrab fuq mxarrab, milli mingħajr ramel u apparat li jraxxax biex jimla;

(iii) "żebgħa ta' l-ewwel passata għat-taħsil" tfisser kisjiet li fihom ikun jinstab mhux anqas minn 0,5 % bil-piż ta' l-aċidu fosforu ddiżinjat biex ikun applikat direttament fuq uċuh tal-metall għerjin biex jipprovdi reżistenza kontra l-korrużjoni u adeżjoni; kisjiet użati bħala żebgħa ta' l-ewwel passata li jista' jiġi ssaldjat; u bħala soluzzjonijiet niggieża għal uċuh galvanizzati u taż-żingu;

"passata ta' fuq" (i) "kisjiet ta' taħt" tfisser kwalunkwe kisjiet pigmentati ddiżinjati sabiex jipprovdu kulur ukwalunkwe effeti ottiċi mixtieqa, imma mhux it-tleqqija jew reżistenza tal-wiċċ tas-sistema tal-kisi;

(ii) "kisja trasparenti" tfisser kisja trasparenti ddiżinjata sabiex tipprovdi it-tleqqija aħħarija u proprjetajiet ta' reżistenza tas-sistema tal-kisi;

"lostri speċjali" tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni bħala passati tal-wiċċ li jeħtieġu proprjetajiet speċjali, bħalma huma effetti metallicċi jew tal-perla, f'saff wieħed, kulur solidu ta' prestazzjoni għolja u kisjiet trasparenti (eż. kontra t-tibrix u kisja trasparenti miżjud bil-fluworin, passata ta' taħt riflettiva, lostri li m'humiex lixxi (eż. martell), kontra ż-żlieq, kolla ta' taħt il-bòdi, kisjiet kontra t-tixlif, lostri interni; u aerosoli.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

A. VALURI TA’ LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA’ VOC GĦAL ŻEBGĦA U LOSTRI

| Sottokategoriji ta’ Prodotti | Tip | Fażi I (g/l [1]) (minn 1.1.2007) | Fażi II (g/l [1]) (minn 1.1.2010) |

a | Ħitan matti interni u soqfa (Tleqqija <25@60o) | WB | 75 | 30 |

SB | 400 | 30 |

b | Ħitan ileqqu interni u soqfa (Tleqqija >25@60o) | WB | 150 | 100 |

SB | 400 | 100 |

c | Ħitan esterni ta' sustrat minerali | WB | 75 | 40 |

SB | 450 | 430 |

d | Żebgħa ta' tiżjin intern/estern u kisi minn barra għal injam u metal | WB | 150 | 130 |

SB | 400 | 300 |

e | Lostri ta' tiżjin u kulur ta' l-injam interni/esterni inkluż kuluri opâk igħalinjam | WB | 150 | 130 |

SB | 500 | 400 |

f | Kuluri interni u esterni għal injam b'binja minima | WB | 150 | 130 |

SB | 700 | 700 |

g | Żebgħa ta' l-ewwel passata | WB | 50 | 30 |

SB | 450 | 350 |

h | Żebgħa ta' l-ewwel passata li tissolidifika | WB | 50 | 30 |

SB | 750 | 750 |

i | Kisjiet bi prestazzjoni ta' pakkett wieħed | WB | 140 | 140 |

SB | 600 | 500 |

j | Kisjiet bi prestazzjoni reattiva ta' żewġ pakketti għal użu aħħari speċifikat bħalma huma l-artijiet | WB | 140 | 140 |

SB | 550 | 500 |

k | Kisjiet bb'ħafna kuluri | WB | 150 | 100 |

SB | 400 | 100 |

l | Kisjiet b'effetti dekorattivi | WB | 300 | 200 |

SB | 500 | 200 |

B. VALURI TA' LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA' VOC GĦAL PRODOTTI TA' LOSTRU MILL-ĠDID TAL-VETTURI

| Sottokategorija tal-Prodott | Kisjiet | VOC g/l [2] (1.1.2007) |

a | Preparatorji u tindif | Preparatorji | 850 |

Naddâf minn qabel | 200 |

b | Mili tal-bôdi/waqqafa | Tipi kollha | 250 |

c | Żebgħa ta' l-ewwel passata | Kisi tal-wiċċ u żebgħa ta' l-ewel passata ġenerali (metal) | 540 |

Żebgħa ta' l-ewwel passata għat-taħsil | 780 |

d | Passata ta' fuq | Tipi kollha | 420 |

e | Lostri speċjali | All types | 840 |

[1] g/l magħmul u lest

[2] g/l tal-prodott magħmul u lest. Ħlief għal sottokategorija (a) kwalunkwe kontenut ta’ ilma għandu jiġi skontat.

--------------------------------------------------

ANNEX III

METODI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3.1

Il-Parametru | L-Unità | Test |

Metodu | Data ta’ publikazzjoni |

Kontenut ta’ OC | g/l | ISO 11890-2 | 2002 |

Kontenut ta’ OC fejn hemm preżenza ta’ OC fejn hemm preżenza ta’ dilwenti reattivi | g/l | ASTMD 2369 | 2003 |

--------------------------------------------------