32004D0786



Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0007 - 0011


Id-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 1720/1999/KE, Nru 253/2000/KE, Nru 508/2000/KE, Nru 1031/2000/KE, Nru 1445/2000/KE, Nru 163/2001/KE, Nru 1411/2001/KE, Nru 50/2002/KE, Nru 466/2002/KE, Nru 1145/2002/KE, Nru 1513/2002/KE, Nru 1786/2002/KE, Nru 291/2003/KE u Nru 20/2004/KE bil-għan li tadatta l-ammonti ta' referenza sabiex ikun meqjus it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 129, l-Artikolu 137(2), l-Artikolu 149, l-Artikolu 150, l-Artikolu 151(5), l-Artikolu 152, l-Artikolu 153, l-Artikolu 156, l-Artikolu 166(1), l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

aġixxu b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1],

Billi:

Sabiex jittieħed qies tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, l-ammonti ta' referenza, rispettivament l-ammont globali massimu, għandhom ikunu adattati f'dawn id-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ġejjin:

- Nru 1720/1999/KE tat-12 ta' Lulju 1999 li tadotta serje ta' azzjonijiet u miżuri sabiex tkun assigurata l-interoperabbilità ta', u ta' l-aċċess tal-oqfsa trans-Ewropej għall interchange elettroniku tad-data bejn l-amministrazzjoniet (IDA) [2],

- Nru 253/2000/KE ta' l-24 ta; Jannar 2000 li tistabbilixxi it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni "Socrates" [3],

- Nru 508/2000/KE ta' l-14 ta' Frar 2000 li tistabilixxi il-programm "Culture 2000" (Kultura) [4],

- Nru 1031/2000/KE tat-13 ta' April 2000 li tistabilixxi il-programm ta' azzjoni tal-Komunità "Youth" (Żagħżagħ) [5],

- Nru 1445/2000/KE tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-applikazzjoni tat-teknika tal-istħarriġ bl-ajru u tas-serbien mill-bogħod għall-istatistika agrikola għall-1999 sal-2003 [6],

- Nru 163/2001/KE tad-19 ta' Jannar 2001 dwar l-implementazzjoni ta' programm ta' taħriġ għall-professjonali fil-programm industriali awdjo-viżżiv Ewropew (MEDIA-Training) (Taħriġ tal-MEDJA) (2001 sa 2005) [7],

- Nru 1411/2001/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar il-Qafas Ewropew għall-koperazzjoni dwar it-tħeġġiġ ta' żviluppi urbani sostenibbli [8],

- Nru 50/2002/KE tas-7 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità ħalli jinkorraġixxi koperazzjoni bejn l-Istati Membri ħalli tkun miġġielda l-esklużjoni [9],

- Nru 466/2002/KE ta' l-1 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità għat-tħeġġiġ ta' l-organizzazzjonijiet mhux-governamentali primarjment attivi fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali [10],

- Nru 1145/2002/KE ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar miżuri inċentivi tal-Komunità fil-qasam ta' l-impiegi [11],

- Nru 1513/2002/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tikkonċerna it-sitt programm qafas dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' demostrazzjoni tal-Komunità Ewropea, li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona ta' Riċerka Ewropea u ta' l-innovazzjoni (2002 sa 206) [12]; l-ammont adottat għandu jkun applikabli għall-implementazzjoni ta' l-attivitajiet kollha li hemm provvediment dwarhom fil-programm qafas, b'konformità ma l-Artikolu 166(3) tat-Trattat,

- Nru 1786/2002/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li tadatta programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003 sa 2008) [13],

- Nru 291/2003/KE tas-6 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi is-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz tal-Isport 2004 [14]

- Nru 20/2004/KE tat-8 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-finanzjament ta' l-azzjonijiet tal-Komunità bħala sostenn tal-istrateġija tal-konsumatur għas-snin 2004 sa 2007 [15].

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 15

Provveddiment ta' fondi

1. Il-qafas finanzjarju għall-azzjoni tal-Komunità permezz ta' din id-Deċiżjoni għall-perijodu taż-żmien 2002 sa 2004 għandu jkun ta' EUR 34,9 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja."

Artikolu 2

L-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 2060 miljun."

Artikolu 3

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 508/2000/KE għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-intestatura "Budget" għandha tkun mibdula bl-intestatura "Provveddiment ta' fondi"

2. L-ewwel paragrafu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm "Culture 2000" għall-perijodu taż-żmien referut fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 170,7 miljun."

Artikolu 4

L-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 605 miljun."

Artikolu 5

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1445/2000/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu 2004 sa 2007 huwa b'dan stabbilit għal EUR 14,75 miljun. EUR 11 il-miljun għandhom ikunu għall-perijodu sal-31 ta' Diċembri 2006. Għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007, l-ammont propost għandu jkun meqjus bħala ikkonfermat jekk, għall-fażi inkwistjoni, dan ikun konsistenti mal-perspettiva finanzjarja fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007."

Artikolu 6

L-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"5. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu taż-żmien referut fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 52 miljun"

Artikolu 7

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 1411/2001/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Dan il-qafas ta' kooperazzjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2001 u għandu jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2004. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-qafas ta' koperazzjoni għall-perijodu taż-żmien 2001 sa 2004 għandu jkun ta' EUR 14,8 miljun."

Artikolu 8

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 50/2002/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu taż-żmien referut fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 85,04 miljun, inkluża n-nefqa teknika u amministrattiva."

Artikolu 9

L-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni Nru 466/2002/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm għall-perijodu 2002 sa 2006 huwa b'dan stabbilit għal EUR 34,3 miljun EUR."

Artikolu 10

L-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni Nru 1145/2002/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Komunità referuti f'din id-Deċiżjoni għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 għandu jkun ta' EUR 62,3 miljun."

Artikolu 11

Id-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. L-ammont globali massimu għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm intier tas-sitt programm qafas għandu jkun ta' EUR 17883 miljun. Il-proporzjon assenjat għal kull waħda mill-attivitajiet huwa stabbilit fl-Anness II."

2. L-Anness II għandu jkun mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perijodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 353,77 miljun.. EUR 227,51 il-miljun għandhom ikunu għall-perijodu sal-31 ta' Diċembri 2006.

Għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007, l-ammont propost għandu jkun meqjus bħala ikkonfermat jekk, għall-fażi f'dan il-każ, dan ikun konsistenti mal-perspettiva finanzjarja fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007."

Artikolu 13

L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 291/2003/KE għandu jkun emendat kif ġej:

1. L-intestatura "Budget" għandha tkun mibdula bl-intestatura "Provveddiment ta' fondi".

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huwa b'dan stabbilit fi EUR 12,1 miljun."

Artikolu 14

L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Deċiżjoni Nru 20/2004/KE għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-qafas finanzjarju għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perijodu ta' żmien mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembri 207 huwa stabbilit għal EUR 81,8 miljun li minnhom EUR 60,6 miljun għandhom ikunu għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. Għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007, l-ammont propost għandu jkun meqjus bħala ikkonfermat jekk, għall-fażi in kwistjoni, dan ikun konsistenti mal-perspettiva finanzjarja fis-seħħ għall-perijodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007."

Artikolu 15

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasbourg, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' April 2004.

[2] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE (ĠU L 316, ta' l-20.11.2002, p. 1).

[3] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 451/2003/KE (ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 6).

[4] ĠU L 63, ta' l-10.3.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 626/2004/KE (ĠU L 99, tat-3.4.2004, p. 3).

[5] ĠU L 117, tat-18.5.2000, p. 1.

[6] ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2066/2003/KE (ĠU L 309, tas-26.11.2003, p. 9).

[7] ĠU L 26, tas-27.1.2001, p. 1.

[8] ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 1.

[9] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni 2003.

[10] ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 1.

[11] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 1.

[12] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1.

[13] ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1.

[14] ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 1.

[15] ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS II

AMMONT GLOBALI MASSIMU, ISHMA RISPETTIVI U TQASSIM INDIKATTIV

Dawn huma l-ammont finanzjarju globali massimu u l-ishma rispettivi indikattivi tal-attivatijiet varji, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 164 tat-Trattat:

(milljuni EUR) |

L-ewwel attività | 15174 |

It-tieni attività | 658 |

It-tielet attività | 319 |

Ir-raba' attività | 1732 |

Ammont globali massimu | 17883 |

(milljuni EUR) |

1. L-Iffukar u l-integrazzjoni tar-riċerka tal-Komunità | | | 14682 |

Prioritajiet tematiċi | | 12438 | |

Ix-xjenzi tal-ħajja, il-ġenomiċi u l-bioteknoloġija għas-saħħa | 2514 | | |

— ġenomiċi avvanzati u l-applikazzjoni tagħhom għas-saħħa | 1209 | | |

— il-ġlieda kontra l-mard ewlieni, | 1305 | | |

— teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-Informazzjoni | 3984 | | |

Nanoteknoloġiji u nanoxjenzi, materjali multi funzjonali ibbażati fuq it-tgħarif u l-proċessi u l-apparti ġodda tal-produzzjoni | 1429 | | |

L-eronawtika u l-ispazju | 1182 | | |

Il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel | 753 | | |

Żvilupp sostenibbli, it-tibdil globali u l-ekosistemi | 2329 | | |

— sistemi ta' l-eneġija sostenibbli | 890 | | |

— trasport sostenibbli ta' fuq l-art | 670 | | |

— it-tibdil globali u l-ekosistemi | 769 | | |

Iċ-ċittadini u l-governanza f'soċjetà ibbażata fuq it-tgħarif | 247 | | |

Attivitajiet speċifiċi li jkopru medda aktar wiesa ta' riċerka | | 1409 | |

Appopp tal-istrateġija u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġiet xjentifiċi u teknoloġiċi | 590 | | |

Attivitajiet ta' riċerka oriżżontali li tinvolvi lill-SME/IŻM | 473 | | |

Miżuri speċifiċi b'appoġġ tal-koperazzjoni internazzjonali | 346 | | |

Attivitajiet mhux-nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka | | 835 | |

2. It-Tisħieħ taż-Żona tar-Riċerka Ewropea | | | 2854 |

Riċerka u innovazzjoni | 319 | | |

Riżorsi umani | 1732 | | |

Infrastruttura tar-riċerka | 715 | | |

L-Ixjenza u s-soċjetà | 88 | | |

3. It-tisħieħ u l-pedamenti taż-Żona tar-Riċerka Ewropea | | | 347 |

L-appoġġ għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet | 292 | | |

L-appoġġ għal żvilupp koħerenti tal-istrateġiji | 55 | | |

Total | | | 17883.' |

"

--------------------------------------------------