30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

342


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Mejju 2004

dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2008

(2004/659/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni Nru. 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja tal-avveniment għall-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (1), u b'mod partikolari l-artikoli 2(3) u 4 tagħha,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' l-Għażla ta' Frar 2004 sottomess lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,

B'konsiderazzjoni għall-fatt li l-kriterji stabbiliti fl-artikolu 3 u l-anness II tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE huma mwettqa bis-sħiħ,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' April 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Liverpool nħatret bħala “l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2008” skond l-Artikolu 2 paragrafu 1 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Artikolu 2

Stavanger inħatret bħala “l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2008” skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Artikolu 3

Iż-żewġ bliet maħtura għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Mejju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. O'DONOGHUE


(1)  ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 1.