30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

272


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Mejju 2004

dwar l-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2007

(2004/654/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-deċiżjoni nru. 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa l-2019 (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 2(3) u 4 tagħha,

Wara li kkunsidra r-rapport ta' April 2004 tal-Kumitat ta' Selezzjoni sottomess lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2 paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' April 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Lussemburgu ġiet magħżula bħala “Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2007” skond l-Artikolu 2 paragrafu 1 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Artikolu 2

Is-Sibiu ġiet magħżula bħala “Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura 2007” skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Artikolu 3

Iż-żewġt ibliet magħżula għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.

Magħmul fi Brussel, nhar is-27 ta' Mejju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. O'DONOGHUE


(1)  ĠU L 166 ta' l-1.7.1999, p. 1.