12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

117


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Settembru 2004

li tħassar id-Deċiżjoni 2002/794/KE dwar ċerti miżuri protettivi fuq il-laħam tat-tjur, il-prodotti tal-laħam tat-tjur u l-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jiġu impurtati mill-Brażil

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3297)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/629/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jwaqqaf il-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi ta' l-ikel, li jwaqqaf l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u li jwaqqaf ukoll il-proċeduri f'materji li huma marbuta mas-sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li twaqqaf il-prinċipji li jikkontrollaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha

Billi:

(1)

Taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/794/KE (3), il-kunsinni kollha tal-laħam tat-tjur, tal-prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur (“il-laħam tat-tjur”) impurtati mill-Brażil kellhom jiġu ttestjati kimikament biex jintwera n-nuqqas ta' nitrofurani u l-metaboliti tagħhom.

(2)

In-numru ta' kunsinni ta' laħam tat-tjur mill-Brażil li kienu ttestjati kien naqas minn 100 % għal 20 % bid-Deċiżjoni 2002/794/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/198/KE. Dik l-emenda kienet saret fuq il-bażi tal-garanziji li l-Brażil kien offra, r-riżultati tat-testijiet kimiċi kienu nkisbu mill-Istati Membri u minn missjoni li l-Uffiċċju Veterinarju u ta' l-Ikel kien wettaq fil-Brażil.

(3)

Mit-tnaqqis fin-numru ta' kunsinni li ġew ittestjati, il-Kummissjoni, permezz tas-sistema mgħaġġla ta' allarm, ma rċeviet l-ebda notifika oħra dwar in-nitrofurani u l-metaboliti tagħhom fil-laħam tat-tjur li kien impurtat mill-Brażil.

(4)

Id-Deċiżjoni 2002/794/KE għandha għalhekk titħassar.

(5)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/794/KE hija mħassra.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-importazzjonijiet biex dawn ikunu jaqblu ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-jum/xahar/sena [Niżżel 7 ijiem wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-1 ta'Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

(2)  ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata bit-Trattat tas-Sħubija ta' l-2003.

(3)  ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 66. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/198/KE (ĠU L 64, tat-2.3.2004, p. 39).