32004D0338



Official Journal L 106 , 15/04/2004 P. 0022 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Marzu 2004

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

(2004/338/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 121(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea "il-Kunsill Ewropew għandu jipprovdi lill-Unjoni b'impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u għandu jiddefinixxi l-linji ta' gwida politiċi ġenerali tiegħu".

(2) Biex jaqdi bis-sħiħ dik il-funzjoni li tipprovdi impetu u tiddefinixxi l-linji ta' gwida politiċi ġenerali l-Kunsill Ewropew qabel, fil-laqgħa tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2002 f'Sevilja, fuq ċertu numru ta' regoli għall-preparazzjoni, tmexxija u konklużjoni tal-proċedimenti tagħha. Għar-raġunijiet ta' trasparenza u effiċjenza espliċita għandha ssir referenza fil-Proċeduri dwar Regoli tal-Kunsill ta' dawk ir-regoli organizzazzjonali, li għandhom ikunu is-suġġett ta' miżuri prattiċi għall-għan ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

(3) Huwa importanti li l-Kunsill għandu jsegwi regoli fuq l-organizzazzjoni tax-xogħol tiegħu li jippermettu lilu li jagħmel użu aħjar tal-ħin limitat neċessarju disponibbli. Għal dak il-għan, fit-18 ta' Marzu 2003 il-Kunsill adotta kodiċi ta' kondotta intiża li jtejjeb l-effiċjenza tal-preparazzjoni u kondotta ta' laqgħat tal-Kunsill u l-korpi preparatorji. Dik il-kodiċi ta' kondotta għandha tkun inkorporata fir-Regoli tal-Proċedura biex dan ikun jorbot legalment,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (2002/682/KE, Euratom) [1] għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej, li għandhom jiġu fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2004. "

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL

Artikolu 1

Notifika u post ta' laqgħat

1. Il-Kunsill għandu jiltaqa' meta mlaqqa' mill-President fuq l-inizjattiva tiegħu jew wara talba ta' wieħed mill-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni [1].

2. Seba' xhur qabel il-bidu taż-żmien tal-kariga tagħha, wara li ssir konsultazzjoni mal-Presidenzi ta' qabel u ta' wara ż-żmien tal-kariga, fejn xieraq, il-Presidenza għandha tagħti tagħrif fuq id-dati li hi għandha ppajanati għal laqgħat li l-Kunsill għandu jagħmel biex itemm ix-xogħol leġislattiv tiegħu jew biex jieħu deċiżjonijiet operazzjonali.

3. Il-Kunsill għandu jkollu is-sede tiegħu fi Brussel. Waqt ix-xhur ta' April, Ġunju u Ottubru il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu [2].

F'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet sostanzjati kif xieraq, il-Kunsill jew il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), li jaġixxi unanimament, jista' jiddeċiedi li laqgħa tal-Kunsill issir x'imkien ieħor.

Artikolu 2

Konfigurazzjonijiet tal-Kunsill, rwol tal-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni u programmar

1. Il-Kunsill jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet differenti skond il-materja tas-suġġett li tkun qed tiġi trattata. Il-Kunsill fil-konfigurazzjoni tiegħu bħala Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni (hawnhekk iżjed 'il quddiem "Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni"), imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fil-paragrafu 2 (a), għandu jiddetermina l-lista ta' dawn il-konfigurazzjonijiet, li hi stabbilita fl-Anness I.

2. Il-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni għandu jkopri dawn iż-żewġ aspetti ta' attivitajiet li ġejjin, li għalihom għandha żżomm laqgħat separati, b'aġendi separati u hekk jista' jkun f'dati differenti, li jittrattaw rispettivament:

(a) preparazzjoni għal u segwiment għall-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, inkluża l-kordinazzjoni meħtieġa tax-xogħol preparatorju kollu, kordinazzjoni ġenerali ta' politika, kwistjonijiet istituzzjonali u amministrattivi, dokumenti orizzontali li jaffettwaw ħafna mill-aspetti ta' politika ta' l-Unjoni u kull dokumenti fdati lilha mill-Kunsill Ewropew, li jirrigwardaw r-regoli operazzjonali għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

(b) l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni fit-totalita' tagħha, jiġifieri politika komuni barranija u sigurtà, politika dwar sigurtà u difiża Ewropea, kummerċ barrani, koperazzjoni ta' żvilupp u għajnuna umanitarja.

3. Għall-iskop ta' preparamenti tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) għandu:

(a) ifassal abbozz ta' aġenda annotata fuq proposta mill-Presidenza mill-anqas erba' ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew;

(b) jżomm laqgħa preparatorja finali lejliet il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew u japprova l-aġenda.

Kontribuzzjonijiet għall-proċedimenti tal-Kunsill Ewropew minn konfigurazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu mressqa lill-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni, imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), mhux aktar tard minn żewġ ġimgħat qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Minbarra għal raġunijiet urġenti u imprevedibbli marbuta, per eżempju, ma' okkażjonijiet inernazzjonali kurrenti, l-ebda konfigurazzjoni tal-Kunsill jew kumitat preparatorju tal-Kunsill ma jista' jiltaqa' bejn il-laqgħa preparatorja finali imsemmija fil-paragrafu 2(b) u l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Il-miżuri meħtieġa għall-organizzazzjoni prattika ta' proċedimenti tal-Kunsill Ewropew għandhom jittieħdu mill-Presidenza flimkien mas-Segretarjat Ġenerali, skond ir-regoli li fuqu l-Kunsill Ewropew innifsu qabel.

4. Il-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni, imlaqqa' f'laqgħa imsemmija fil-paragrafu 2(a), għandu jirrakomanda lill-Kunsill Ewropew l-adozzjoni ta' programm strateġiku multi-annwali għat-tlett snin li ġejjin, li għandu jkun ibbażat fuq proposta konġunta imfassla mill-Presidenzi konċernati, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

5. Fid-dawl ta' dak il-programm strateġiku multi-annwali, u wara konsultazzjonijiet xierqa, iż-żewġ Presidenzi li jkunu sejrin jieħdu l-ħatra is-sena ta' wara għandhom flimkien jissottomettu abbozz ta' programm operazzjonali annwali ta' l-attivitajiet tal-Kunsill matul dik is-sena. L-abbozz tal-programm għandu jkun sottomess kull sena f'Diċembru lill-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni. L-abbozz tal-programm għandu wkoll jikkonsidra, inter alia, punti relevanti li jqumu mid-djalogu fuq il-prijoritajiet politiċi tas-sena, immexxija fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Iż-żewġ Presidenzi konċernati għandhom jiffinalizzaw il-programm fuq il-bażi tad-diskussjoni tal-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fil-paragrafu 2(a).

6. Il-Presidenza li dieħla fil-kariga għandha tistabbilixxi aġendi temporanji indikattivi għal laqgħat tal-Kunsill skedati għall-perjodu tas-sitt xhur li jkunu ġejjin, li juru x-xogħol leġislattiv u d-deċiżjonijiet operazzjonali ppjanati. Dawn l-aġendi temporanji indikattivi għandhom ikunu stabbiliti mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu taż-żmien tal-kariga, fuq il-bażi tal-programm operazzjonali annwali u wara li ssir konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Fejn meħtieġ, laqgħat tal-Kunsill oħra jistgħu ikunu provduti, addizzjonalment ma' dawk ippjanati preċedentement.

Aġendi temporanji indikattivi simili għal laqgħat tal-Kunsill skedati għall-perjodu tas-sitt xhur li jmiss wara dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu stabbiliti mill-Presidenza konċernata, wara li ssir konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Presidenza li jmiss, mhux aktar tard minn ġimgħa qabel il-bidu taż-żmien tal-kariga tagħha.

Jekk matul perjodu ta' sitt xhur xi waħda mill-laqgħat ippjanati waqt dak il-perjodu turi li ma tkunx aktar ġustifikata, il-Presidenza m'għandhiex tlaqqagħa.

[3]

Aġenda

1. Waqt li jieħu in konsiderazzjoni l-programm annwali tal-Kunsill, il-President għandu jfassal l-aġenda temporanja għal kull laqgħa. L-aġenda għandha tkun mibgħuta lill-membri l-oħra tal-Kunsill u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 14- il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

2. L-aġenda temporanja għandu jkun fiha l-punti li dwarhom talba għal inklużjoni fuq l-aġenda, flimkien ma' xi dokumenti relatati magħha, kienet irċevuta mis-Segretarjat Ġenerali minn membru tal-Kunsill jew mill-Kummissjoni mill-anqas 16-il jum qabel il-bidu ta' dik il-laqgħa. L-aġenda temporanja għandha wkoll tindika permezz ta' asterisk (*) il-punti li fuqhom il-Presidenza, membru tal-Kunsill jew il-Kummissjoni jista'/tista' jitlob/titlob vot. Tali indikazzjoni għandha tkun magħmula ladarba il-ħtiġiet kollha proċedurali previsti fit-Trattati jkunu ġew imħarsa.

3. Punti relatati ma' l-adozzjoni ta' att jew pożizzjoni komuni fuq proposta leġislattiva jew proposta għal miżura biex tkun adotta skond Titolu VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu imdaħħlin fl-aġenda temporanja għal deċiżjoni sakemm il-perjodu ta' sitt xhur previst f'punt 3 tal-Protokoll fuq ir-rwol ta' parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea ikunu għaddew.

Il-Kunsill jista' unanimament jidderoga mill-perjodu ta' sitt xhur fejn id-dħul ta' punt huwa soġġett għall-eċċezzjoni fuq bażi ta' urġenza prevista f'punt 3 ta' dak il-Protokoll.

4. Punti li dwarhom id-dokumenti kienu mibgħuta lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni mhux aktar tard mid-data li fiha l-aġenda temporanja kienet mibgħuta biss jistgħu jkunu mdaħħlin f'dik l-aġenda.

5. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jittrasmetti lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni talbiet għall-inklużjoni ta' punti fl-aġenda u dokumenti li dwarhom limiti speċifiċi hawn fuq ma kienux rispettati.

Jekk, sa' l-aħħar tal-ġimgħa li tippreċedi l-ġimgħa qabel il-laqgħa tal-Kunsill, Coreper ma tkunx temmet l-eżaminar tagħha ta' punti leġislattivi fit-tifsira ta' l-Artikolu 7, il-Presidenza għandha, kemm-il darba il-konsiderazzjonijet ta' urġenza ma jitolbux mod ieħor u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, tneħħihom mill-aġenda temporanja.

6. L-aġenda temporanja għandha tkun maqsuma f'Parti A u Parti B. Punti li fuqhom approvazzjoni mill-Kunsill tkun possibbli mingħajr diskussjoni għandhom ikunu inklużi f'Parti A, iżda din ma teskludix il-possibilta' ta' xi membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni milli jesprimi opinjoni fiż-żmien ta' l-approvazzjoni ta' dawn il-punti u milli jkollu d-dikjarazzjonijiet inklużi fil-minuti.

7. L-aġenda għandha tkun adotta mill-Kunsill fil-bidu ta' kull laqgħa. L-inklużjoni fl-aġenda ta' punt apparti dawk li jidhru fuq l-aġenda temporanja għandha tirrikjedi unanimità fil-Kunsill. Punti mdaħħla b'dan il-mod jistgħu jitqegħdu għall-vot jekk il-ħtiġiet proċedurali kollha previsti mit-Trattati ikunu ġew imħarsa.

8. Madankollu, punt tat-tip "A" għandu jkun irtirat mill-aġenda, kemm-il darba il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, jekk pożizzjoni fuq punt tat-tip "A" tista' twassal għal aktar diskussjoni relatata jew jekk membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni hekk titlob.

9. Kull talba għall-inklużjoni ta' punt tat-tip "affarijiet oħra" għandha tkun akkumpanjata minn dokument ta' spjega.

Artikolu 4

Rappreżentazzjoni ta' membru ta' Kunsill li ma jistax jattendi

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 dwar id-delegazzjoni ta' drittijiet ta' vot, membru tal-Kunsill li jkun miżmum milli jattendi laqgħa jista' jagħmel arranġamenti biex ikun rappreżentat.

Artikolu 5

Laqgħat

1. Laqgħat tal-Kunsill m'għandhomx ikunu pubbliċi minbarra f'każi imsemmija fl-Artikolu 8.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun invitata biex tieħu sehem f'laqgħat tal-Kunsill. L-istess japplika għall-Bank Ċentrali Ewropew f'każi fejn hi teżerċita id-dritt ta' inizjattiva. Il-Kunsill jista', madankollu, jiddeciedi li jiddelibera mingħajr il-preżenza tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew.

3. Il-membri tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali li jassistuhom. L-ismijiet u l-funzjonijiet ta' dawk l-uffiċjali għandhom ikunu notifikati bil-quddiem lis-Segretarjat Ġenerali. In-numru massimu ta' persuni f'kull delegazzjoni fil-kamra ta-laqgħat tal-Kunsill fl-istess ħin, inklużi membri tal-Kunsill, jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kunsill.

4. Dħul għal laqgħat tal-Kunsill għandu jkun soġġett għall-produzzjoni ta' permess mogħti mis-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 6

Segretezza professjonali u preżentazzjoni ta' dokumenti fi proċedimenti legali

1. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8 u 9 u għal dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku ta' dokumenti, id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu koperti mill-obbligazzjoni ta' segretezza professjonali, minbarra fejn il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor.

2. Il-Kunsill jew Coreper jistgħu jawtorizzaw il-preżentazzjoni għal użu fi proċedimenti legali ta' kopja ta' jew estratt minn dokumenti tal-Kunsill li ma jkunux ġew diġa rilaxxati għall-pubbliku skond id-dispożizzjonijiet dwar aċċess pubbliku għal dokumenti.

Artikolu 7

Każi fejn il-Kunsill jaġixxi fil-kapaċità leġislattiva tiegħu

Il-Kunsill jaġixxi fil-kapaċità leġislattiva tiegħu skond it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 207(3) tat-Trattat tal-Komunità Ewropea meta hi tadotta regoli li jorbtu legalment fl-jew għall-Istati Membri, permezz ta' regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet qafas jew deċiżjonijiet, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati, bl-eċċezzjoni ta' diskussjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri interni, atti amministrattivi jew dwar il-budget, atti li jikkonċernaw relazzjonijiet interistituzzjonali jew internazzjonali jew atti li ma jorbtux (bħal konklużjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew riżoluzzjonijiet).

Fejn proposti leġislattivi jew inizjattivi jkunu sottomessi lilu il-Kunsill għandu jibqgħu lura milli jadotta atti li m'humiex previsti mit-Trattati, bħal riżoluzzjonijiet jew dikjarazzjonijiet, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 9.

Artikolu 8

Deliberazzjonijiet tal-Kunsill miftuħa għall-pubbliku u għal dibattiti pubbliċi

1. Deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar atti li għandhom ikunu adotti skond il-proċedura ta' ko-deċiżjoni skond l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku kif ġej:

(a) il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti leġislattivi l-aktar importanti tagħha u d-dibattitu ta' wara fil-Kunsill għandu jkun miftuħ għall-pubbliku. Il-lista ta' proposti bħal dawn għandha tkun adotta fil-bidu ta' kull perjodu ta' sitt xhur mill-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a), fuq rakkomandazzjoni mill-Presidenza, wara li tkun konsultata l-Kummissjoni;

[4].

F'każi bħal dawn, id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku permezz ta' trażmissjoni tal-laqgħa tal-Kunsill b'mezzi awdioviżwali, li għandha ssir f'kamra tat-tip overflow. Ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jkun indikat permezz ta' mezzi viżwali.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu kemm jista' jkun possibbli jinforma l-pubbliku minn qabel bid-dati u l-ħin approssimattiv li fihom tali trażmissjonijiet awdioviżwali jkun sejrin isiru u għandu jieħu l-miżuri prattiċi kollha biex tkun assigurata implimentazzjoni xierqa ta' dan il-paragrafu.

2. Il-Kunsill dwar Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni imlaqqa' f'laqgħa kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) għandu jżomm dibattitu politiku pubbliku kull sena fuq il-programm operazzjonali annwali tal-Kunsill u, jekk xieraq, fuq il-programm ta' xogħol annwali tal-Kummissjoni. Dan id-dibattitu politiku annwali għandu jkun is-suġġett ta' trażmissjoni pubblika permezz ta' mezzi awdioviżwali.

3. Fuq deċiżjoni meħuda mill-Kunsill jew minn Coreper, li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jżomm mill-anqas dibattitu pubbliku wieħed fuq proposti leġislattivi ġodda importanti barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

Il-Kunsill jew Coreper jistgħu jiddeċiedu permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq bażi ta' każ b'każ li dibattiti pubbliċi oħra għandhom ikunu miżmuma fuq kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-interessi ta' l-Unjoni.

Għandha tkun f'idejn il-Presidenza, kull membru tal-Kunsill jew il-Kummissjoni li tipproponi/jipproponi kwistjonijiet jew suġġetti speċifiċi għal dibattiti bħal dawn.

Tali dibattiti għandhom ikunu s-suġġett ta' trażmissjoni pubblika permezz ta' mezzi awdioviżwali.

Artikolu 9

Tħabbir pubblikament ta' voti, spjegi ta' voti u minuti

1. Addizzjonalment ma' każi fejn deliberazzjonijiet tal-Kunsill huma miftuħa għall-pubbliku skond l-Artikolu 8(1), fejn il-Kunsill jaġixxi fil-kapaċità tiegħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 7, ir-riżultati ta' voti u spjegi ta' voti mill-membri tal-Kunsill, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f'dawk il-minuti relatati ma' l-adozzjoni ta' atti leġislattivi, għandhom ikunu magħmula pubbliċi.

L-istess regola għandha tapplika għal:

(a) riżultati ta' voti u spjegi ta' voti, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f'dawk il-minuti relatati ma' l-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 251 jew 252 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea;

(b) riżultati ta' voti u spjegi ta' voti minn membri tal-Kunsill jew ir-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni stabbilit b'L-Artikolu 251 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f'dawk il-minuti relatati mal-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

(ċ) riżultati ta' voti u spjegi ta' voti, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u l-punti f'dawk il-minuti relatati ma' l-istabbiliment mill-Kunsill ta' konvenzjoni fuq il-bażi ta' Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Barraminhekk, ir-riżultati ta' voti għandhom ikunu magħmula pubbliċi:

(a) meta l-Kunsill jaġixxi skond Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta' deċiżjoni unanima tal-Kunsill jew ta' Coreper meħuda wara talba ta' wieħed mill-membri tagħhom.

(b) meta l-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni fit-tifsira ta' Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta' deċiżjoni unanima tal-Kunsill jew ta' Coreper meħuda wara talba ta' wieħed mill-membri tagħhom.

(ċ) f'każi oħra, permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill jew ta' Coreper meħuda wara talba ta' wieħed mill-membri tagħha.

Meta r-riżultat ta' vot fil-Kunsill tkun magħmula pubblika skond subparagrafi (a), (b) u (ċ), l-ispjegi ta' voti magħmula meta l-vot kien ittieħed għandha wkoll tkun magħmula pubblika wara t-talba tal-membri konċernati tal-Kunsill, b'konsiderazzjoni xierqa għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura, ċertezza legali u l-interessi tal-Kunsill.

Dikjarazzjonijiet imdaħħla fil-minuti tal-Kunsill u punti f'dawk il-minuti relatati ma' l-adozzjoni ta' l-atti imsemmija f'subparagrafi (a), (b) and (ċ) għandhom ikunu magħmula pubbliċi permezz ta' deċiżjoni ta-Kunsill jew ta' Coreper wara talba ta' wieħed mill-membri tagħhom.

3. Voti m'għandhomx ikunu magħmula pubbliċi fil-każ ta' diskussjonijiet li jwasslu għal voti indikattivi jew għall-adozzjoni ta' atti preparatorji.

Artikolu 10

Aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 11

Arranġamenti dwar votazzjoni u quorum

1. Il-Kunsill għandu jivvota fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu.

Il-President għandu, barraminnhekk, jkun meħtieġ li jiftaħ proċedura ta' votazzjoni fuq l-inizjattiva ta' membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, sakemm maġġoranza tal-membri tal-Kunsill jiddeċiedu hekk.

2. Il-membri tal-Kunsill għandhom jivvotaw fl-ordni ta' l-Istati Membri stabbilita fl-Artikolu 203 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea, waqt li jibdew bil-membru li, skond dik l-ordni, jiġi wara l-membru fil-kariga ta' President.

3. Fejn vot jittieħed, kull membru tal-Kunsill jista' wkoll jaġixxi għan-nom ta' mhux aktar minn membru wieħed ieħor [5].

4. Il-preżenza ta' maġġoranza tal-membri tal-Kunsill li huma, skond it-Trattati, intitolati li jivvotaw hi meħtieġa biex il-Kunsill ikun jista' jivvota. Meta l-vot jittieħed, il-President, assistit mis-Segretarjat Ġenerali, għandu jivverifika li jkun hemm quorum.

[6]

Proċedura bil-miktub

1. Atti tal-Kunsill fuq materja urġenti tista' tkun adotta permezz ta' voti bil-miktub fejn il-Kunsill jew Coreper jiddeċiedi unanimament li juża dik il-proċedura. F'ċirkostanzi speċjali, il-President jista' wkoll jipproponi l-użu ta' dik il-proċedura; f'każ bħal dan, voti bil-miktub jistgħu jkunu wżati fejn il-membri kollha tal-Kunsill jaqblu ma' dik il-proċedura.

2. Ftehim mill-Kummissjoni għall-użu ta' proċedura bil-miktub għandu jkun meħtieġ fejn vot bil-miktub hu fuq materja li l-Kummissjoni ġabet quddiem il-Kunsill.

3. Sommarju ta' atti adotti bil-proċedura bil-miktub għandha tkun imfassla kull xahar mis-Segretarjat Ġenerali.

[7].

5. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jistabbilixxi li l-proċeduri bil-miktub kienu mitmuma.

Artikolu 13

Minuti

1. Il-Minuti ta' kull laqgħa għandhom jkunu kompilati u, meta approvati, għandhom ikunu ffirmati mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u sigurta' komuni (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "is-Segretarju-Ġenerali") jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali. Huma jistgħu jiddelegaw il-poter tagħhom li jiffirmaw lid-Diretturi-Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali.

Il-minuti għandhom bħal regola ġenerali jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

- id-dokumenti sottomessi lill-Kunsill,

- id-deċiżjonijiet meħuda jew il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kunsill,

- id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kunsill u dawk li d-dħul tagħhom kienet mitluba minn membru tal-Kunsill jew il-Kummissjoni.

2. L-abbozz tal-minuti għandu jkun kompilat mis-Segretarjat Ġenerali fi żmien 15-il jum u sottomess lill-Kunsill jew lil Coreper għal approvazzjoni.

3. Qabel tali approvazzjoni kull membru tal-Kunsill, jew il-Kummissjoni, jista'/tista' titlob li aktar dettalji jkunu mdaħħla fil-minuti dwar xi punt fuq l-aġenda. Dawn it-talbiet jistgħu jkunu magħmula f'Coreper.

Artikolu 14

Deliberazzjonijiet u deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' dokumenti u abbozzi imfassla fil-lingwi previsti mir-regoli tal-lingwa li huma viġenti

1. Minbarra fejn deċiż mod ieħor unanimament mill-Kunsill fuq raġunijiet ta' urġenza, il-Kunsill għandu jiddelibera u jieħu deċiżjonijiet biss fuq il-bażi ta' dokumenti u abbozzi kompilati fil-lingwi speċifikati fir-regoli viġenti dwar lingwi.

2. Kull membru tal-Kunsill jista' jopponi diskussjoni jekk it-tests (texts) ta' xi emendi proposti m'humiex kompilati f'tali lingwi imsemmija fil-paragrafu 1 kif hu jew hi tista' tispeċifika.

Artikolu 15

Iffirmar ta' atti

It-test ta' l-atti adotti mill-Kunsill u dik ta' l-atti adotti konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkun iffirmat mill-President fil-kariga fiż-żmien ta' l-adozzjoni tagħhom u mis-Segretarju-Ġenerali jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali. Is-Segretarju-Ġenerali u l-Viċi Segretarju-Ġenerali jistgħu jiddelegaw il-poter tagħhom li jiffirmaw lid-Diretturi-Ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 16

[8]

Assenza tal-possibiltà li wieħed jipparteċipa fil-vot

Għall-għanijiet ta' applikar ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, konsiderazzjoni tittieħed, skond l-Anness III, ta' każi li fihom, skond it-Trattati, wieħed jew aktar membri tal-Kunsill ma jistgħux jipparteċipaw fil-vot.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni ta' atti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarju-Ġenerali jew mill-Viċi Segretarju-Ġenerali:

(a) l-atti imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE;

(b) l-atti imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 163 tat-Trattat ta' Euratom;

(ċ) il-posizzjonijiet komuni adotti mill-Kunsill skond il-proċeduri imsemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE, u r-raġunijiet relatati ma' dawk il-posizzjonijiet komuni;

(d) id-deċiżjonijiet qafas u deċiżjoniijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(e) il-konvenzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Referenza għandha ssir fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta' konvenzjonijiet bħal dawn;

(f) il-konvenzjonijiet iffirmati bejn Stati Membri fuq il-bażi ta' l-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE.

Referenza għandha ssir fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta' konvenzjonijiet bħal dawn;

(g) ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità.

Referenza għandha ssir fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim bħal dawn;

(h) ftehim internazzjonali konklużi skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor fuq raġunijiet ta' l-Artikoli 4 u 9 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [9].

Referenza għandha ssir fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim bħal dawn.

2. Sakemm il-Kunsill jew Coreper ma jiddeċiedix mod ieħor, dawn li ġejjin għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarju-Ġenerali jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali:

(a) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membru skond l-Artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE;

(b) inizjattivi preżentati lill-Kunsill minn Stat Membri skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(ċ) il-posizzjonijiet komuni imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d) direttivi oħra barra dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE, deċiżjonijiet barra dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet.

3. Il-Kunsill jew Coreper għandhom jiddeċiedu unanimament, fuq bażi ta' każ b'każ, jekk għandhomx ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarju-Ġenerali jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali l-istrateġiji komuni, l-azzjonijiet konġunti u l-posizzjonijiet komuni imsemmija fl-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

4. Il-Kunsill jew Coreper għandhom jiddeċiedu, fuq bażi ta' każ b'każ u waqt li jieħdu in konsiderazzjoni pubblikazzjoni possibbli ta' l-att bażiku, jekk dawn li ġejjin għandhomx ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mis-Segretarju-Ġenerali jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali:

(a) il-miżuri li jimplimentaw l-azzjonijiet konġunti imsemmija fl-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(b) l-azzjonijiet konġunti, il-posizzjonijiet komuni jew xi deċiżjoni oħra adotta fuq il-bażi ta' strateġija komuni, kif previst fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(ċ) xi miżuri li jimplimentaw id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u xi miżuri li jimplimentaw konvenzjonijiet imfassla mill-Kunsill skond l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d) atti tal-Kunsill oħra, bħal deċiżjonijiet jew riżoluzzjonijiet sui generis.

5. Fejn ftehim konkluż bejn il-Komunitajiet u wieħed jew aktar Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonili jistabbilixxi korp vestit bil-poteri ta' deċiżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, meta tali ftehim ikun konkluż, jekk deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn dak il-korp għandhomx ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 18

Notifikazzjoni ta' atti

1. Direttivi oħra barra dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u deċiżjonijiet barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE għandhom ikunu notifikati lill-indirizzati tagħhom mis-Segretarju-Ġenerali, il-Viċi Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali li jaġixxi għan-nom tagħhom.

2. Meta ma jkunux pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, l-atti li ġejjin għandhom ikunu notifikati lill-indirizzati tagħhom mis-Segretarju-Ġenerali, il-Viċi Segretarju-Ġenerali jew Diretur-Ġenerali li jaġixxi għan-nom tagħhom:

(a) rakkomandazzjonijiet;

(b) l-istrateġiji komuni, azzjonijiet konġunti u posizzjonijiet komuni imsemmija fl-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(ċ) il-posizzjonijiet komuni imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d) miżuri li jimplimentaw l-atti adotti fuq il-bażi ta' l-Artikoli 12 u 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

3. Is-Segretarju-Ġenerali, il-Viċi Segretarju-Ġenerali jew Direttur-Ġenerali li jaġixxi għan-nom tagħhom għandu jibgħat lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-Kummissjoni kopji awtentiċi tad-direttivi tal-Kunsill apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 254(1) u (2) tat-Trattat tal-KE u deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

Artikolu 19 [10]

Coreper, kumitati u kumitati tax-xogħol

[11] tassigura konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni u tara li l-prinċipji u r-regoli li ġejjin ikunu osservati:

(a) il-prinċipji ta' legalità, sussidjarjetà, propozjonalità u l-provediment ta' raġunijiet għal atti;

(b) regoli li jistabbilixxu l-poteri ta' l-istituzzjonijiet u korpi ta' l-Unjoni;

(ċ) disposizzjoniiet dwar l-estimi;

(d) regoli fuq proċedura, trasparenza u l-kwalità ta' abbozzi.

2. Il-punti kollha fuq l-aġenda għal laqgħa tal-Kunsill għandhom ikunu eżaminati minn qabel minn Coreper sakemm din ta' l-aħħar ma tiddeċiedix mod ieħor. Coreper għandha tagħmel ħilitha biex tilħaq ftehim fil-livell tagħha biex ikun sottomess lill-Kunsill għall-adozzjoni. Hi għandha tassigura preżentazzjoni adekwata tad-dokumenti lill-Kunsill u, fejn xieraq, għandha tippreżenta linji ta' gwida, għażliet jew soluzzjonijiet suġġeriti. Fil-każ ta' xi emerġenza, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament, jista' jiddeċiedi li jsolvi il-materja mingħajr eżaminar minn qabel.

3. Kumitati jew kumitat tax-xogħol jistgħu ikunu stabbiliti, jew bl-approvazzjoni ta', Coreper bil-ħsieb li jwettqu ċertu xogħol preparatorju jew studji definiti minn qabel.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jaġġorna u jippublika l-lista ta' korpi preparatorji. Il-kumitati u l-kumitati tax-xogħol fuq din il-lista biss jistgħu jiltaqgħu bħala korpi preparatorji.

4. Coreper għandu jkun presedut, skond il-punti fuq l-aġenda, mir-Rappreżentant Permanenti jew il-Viċi Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru li jkollu f'idejħ il-Presidenza tal-Kunsill. Kemm-il darba il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor, id-diversi kumitati previsti fit-Trattati għandhom ukoll ikunu preseduti minn delegat ta' dak l-Istat Membru. L-istess għandu japplika għall-kumitati u kumitati tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 3, sakemm Coreper ma jiddeċiedix mod ieħor.

5. Għall-preparazzjoni ta' laqgħat ta' konfigurazzjonijiet ta' Kunsilli li jiltaqgħu darba kull sitt xhur, fejn huma miżmuma matul l-ewwel nofs ta' dan il-perjodu, il-laqgħat tal-kumitati minbarra dak ta' Coreper u dawk ta' kumitati tax-xogħol miżmuma waqt is-sitt xhur preċedenti għandhom ikunu preseduti minn delegat ta' l-Istat Membru li jkun imissu li jippresiedi l-laqgħat tal-Kunsill in kwistjoni.

6. Meta dokument ikun essenżjalment sejjer jiġi trattat matul perjodu ta' sitt xhur, delegat ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza f'idejħ waqt dak il-perjodu ta' sitt xhur jista', matul il-perjodu ta' sitt xhur preċedenti, jippresiedi l-laqgħat tal-kumitati, minbarra dawk ta' Coreper, u kumitati tax-xogħol meta dawn jiddiskutu dak id-dokument. L-implimentazzjon prattika ta' dan is-subparagrafu għandha tkun is-suġġett ta' ftehim bejn iż-żewġ Presidenzi konċernati.

Fil-każ speċifiku ta' l-eżaminar ta' l-estimi tal-Komunità għal sena finanzjarja speċifika, laqgħat ta' korpi preparatorji tal-Kunsill, minnbarra Coreper, li jkunu jittrattaw il-preparazzjoni ta' punti fuq l-aġenda tal-Kunsill dwar l-eżaminar ta' l-estimi għandhom ikunu preseduti minn delegat ta' l-Istat Membru li jkun sejjer ikollu il-Presidenza tal-Kunsill f'idejħ matul it-tieni perjodu ta' sitt xhur tas-sena qabel is-sena finanzjarja in kwistjoni. L-istess għandu jgħodd, bil-ftehim tal-Presidenza l-oħra, għall-presidenza tal-laqgħat tal-Kunsill fiż-żmien li l-punti dwar l-estimi in kwistjoni huma diskussi. Il-Presidenzi konċernati għandhom jikkonsultaw fuq arranġamenti prattiċi.

[12]:

(a) deċiżjoni biex tinżamm laqgħa tal-Kunsill f'post minbarra Brussel jew Lussemburgu (L-Artikolu 1(3));

(b) awtorizzazzjoni biex tkun preżentata kopja ta' jew estratt minn dokument tal-Kunsill għal użu fi proċedimenti legali (L-Artikolu 6(2));

(ċ) deċiżjoni biex jinżamm dibattitu pubbliku fil-Kunsill (L-Artikolu 8(3));

(d) deċiżjoni biex jinħarġu fil-pubbliku riżultati ta' voti fil-każi stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u (3);

(e) deċiżjoni biex tintuża l-proċedura bil-miktub (L-Artikolu 12(1));

(f) approvazzjoni jew emenda tal-minuti tal-Kunsill(L-Artikolu 13(2) u (3));

(g) deċiżjoni biex ikun pubblikat jew biex ma jkunx pubblikat test jew att fil-Ġurnal Uffiċjali (L-Artikolu 17(2), (3) u (4));

(h) deċiżjoni biex tkun konsultata istituzzjoni jew korp;

(i) deċiżjoni li tistabbilixxi jew testendi limitu ta' żmien għal konsultazzjoni ta' istituzzjoni jew korp;

(j) deċiżjoni biex ikunu estiżi l-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 251(7) tat-Trattat tal-KE;

(k) approvazzjoni tal-kliem ta' ittra li tkun sejra tiġi mibgħuta lil istituzzjoni jew korp.

Artikolu 20

Il-Presidenza u t-tmexxija professjonali tad-diskussjonijiet

1. Il-Presidenza għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura u biex tassigura li d-diskussjonijiet huma mmexxija b'mod professjonali. B'mod partikolari, il-Presidenza għandha tassigura li d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness IV dwar il-metodi ta' ħidma għal tkabbir tal-Kunsill ikunu mħarsa.

Biex tassigura li d-diskussjonijiet ikunu mmexxija b'mod xieraq hi tista' wkoll, sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor, tieħu kull miżura xierqa meħtieġa biex tikseb l-aħjar użu possibbli tal-ħin disponibbli waqt laqgħat u b'mod partikolari:

(a) tirrestrinġi n-numru ta' kull delegazzjoni preżenti fil-kamra tal-laqgħa għal diskussjoni ta' punt partikolari, u tiddeċiedi jekk tawtorizzax il-ftuħ ta' kamra overflow;

(b) tistabbilixxi l-ordni li fiha l-punti għandhom jittieħdu u tistabbilixxi t-tul tad-diskussjonijiet fuqhom;

(ċ) torganizza l-ħin allokat għal diskussjoni ta' punt partikolari, b'mod partikolari billi tillimita l-ħin li waqtu li parteċipanti jistgħu jitkellmu u tistabbilixxi l-ordni li fiha huma jistgħu jitkellmu;

(d) tistaqsi d-delegazzjonijiet biex jippreżentaw bil-miktub il-proposti tagħhom għal emenda ta' test li jkun qed jiġi diskuss qabel data speċifika, flimkien ma' spjega qasira jekk meħtieġ;

(e) tistaqsi d-delegazzjonijiet li għandhom posizzjonijiet identiċi jew simili fuq punt partikolari, test jew parti minnhu biex jagħżlu wieħed minnhom biex jesprimi il-pożizzjoni komuni tagħhom fil-laqgħa jew bil-miktub qabel il-laqgħa.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19(4) sa' (6) u għal poteri tagħha u r-responsabbiltà politika globali tagħha, il-Presidenza għandha tkun assistita mir-rappreżentant ta' l-Istat Membru li jmissu li jkollu l-Presidenza f'idejħ. Għat-talba tal-Presidenza u waqt li jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha, dan ta' l-aħħar għandu jissosstitwiha kif u meta meħtieġ, għandu jeħliesha, fejn meħtieġ, minn ċerti kompiti u għandu jassigura l-kontinwità tal-proċedimenti tal-Kunsill.

Artikolu 21

[14]

Rapporti minn kumitati u kumitati tax-xogħol

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-Presidenza għandha torganizza l-laqgħat tad-diversi kumitati u kumitati tax-xogħol biex ir-rapporti tagħhom ikunu disponibbli quddiem il-laqgħat ta' Coreper fejn huma għandhom ikunu eżaminati.

Sakemm konsiderazzjonijiet ta' urġenza ma jinħtieġux mod ieħor, il-Presidenza għandha tipposponi għal laqgħa sussegwenti ta' Coreper xi punti leġislattivi fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 li fuqhom il-kumitat jew kumitat tax-xogħol ma jkunx temm id-diskussjoniiet tiegħu mill-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa ta' Coreper.

Artikolu 22

[15]

Biex jassisti lill-Kunsill fix-xogħol tiegħu li jassigura l-kwalità ta' abbozzi ta' l-atti leġislattivi li hi tadotta, is-Servizz Legali għandu jkun responsabbli biex jiċċekkja l-kwalità ta' abbozzi ta' proposti u abbozzi ta' atti fl-istadju xieraq, kif ukoll biex iġib abbozzi ta' suġġerimenti għall-attenzjoni tal-Kunsill u l-korpi tiegħu, skond il-Ftehim Interistituzzjonali tat-22 ta' Diċembru 1998.

Matul il-proċess leġislattiv, dawk li jissottomettu testi konnessi mal-proċedimenti tal-Kunsill għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-kwalità ta' l-abbozzi.

Artikolu 23

Is-Segretarju-Ġenerali u s-Segretarjat Ġenerali

1. Il-Kunsill għandu jkun assistit mis-Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju-Ġenerali, li għandu jkun assistit mill-Viċi Segretarju-Ġenerali responsabbli għat-tmexxija tas-Segretarjat Ġenerali. Is-Segretarju-Ġenerali u l-Viċi Segretarju-Ġenerali għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata.

2. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali [16].

Taħt l-awtorità tiegħu, is-Segretarju-Ġenerali u l-Viċi Segretarju-Ġenerali għandhom jieħdu il-miżuri meħtieġa kollha biex jassigura it-tmexxija bla xkiel tas-Segretarjat Ġenerali.

3. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun involut mill-viċin u kontinwament fl-organizzar, waqt li jikkordina u jassigura l-koerenza fix-xogħol tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-programm annwali tiegħu. Taħt ir-responsabbiltà u l-gwida tal-Presidenza, is-Segretarjat għandu jassisti lil din ta' l-aħħar biex issib soluzzjonijiet.

Skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, is-Segretarju-Ġenerali għandu jassisti lill-Kunsill u lill-Presidenza f'materji li jikkonċernaw il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluż il-kordinazzjoni tax-xogħol tar-Rappreżentanti Speċjali.

Jekk xieraq, is-Segretarju-Ġenerali jista' jistaqsi lill-Presidenza biex tlaqqa' kumitat jew kumitat tax-xogħol, b'mod partikolari fir-rigward ta' materji li jikkonċernaw il-politika barranija u ta' sigurtà komuni, jew biex tpoġġi punt fuq l-aġenda għal kumitat jew kumitat tax-xogħol.

4. Is-Segretarju-Ġenerali jew il-Viċi Segretarju-Ġenerali għandhom jissottomettu lill-Kunsill l-abbozz ta' l-estimi ta' l-infieq tal-Kunsill fi żmien suffiċjenti biex jassiguraw li l-limiti ta' żmien stabbiliti mid-dispożizzjonijiet finanzjarji jintlaħqu.

5. Is-Segretarju-Ġenerali, assistit mill-Viċi Segretarju-Ġenerali, għandu jkollu responsabbiltà sħiħa biex jamministra l-approprjazzjonijiet imdaħħla f'Taqsima II - Kunsill - tal-budget u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura li huma amministrati kif xieraq. Hu/hi għandu/għandħa jimplimenta/timplimenta l-approprjazzjonijiet in kwistjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 24

Sigurtà

Ir-regoli dwar sigurtà għandhom ikunu adotti mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 25

Dmirijiet bħala depożitarju ta' ftehim u konvenzjonijiet

F'każ li s-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ikun nominat bħal depożitarju ta' ftehim konkluż skond l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew konkluż mill-Komunità u wieħed jew aktar Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali, ta' konvenzjoni konkluża bejn Stati Membri jew ta' konvenzjoni stabbilita skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-atti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta' dawk il-ftehim jew konvenzjonijiet għandhom ikunu depożitati fl-indirizz tal-Kunsill.

F'tali każijiet is-Segretarju-Ġenerali għandu jaqdi id-dmirijiet ta' depożitarju u għandu wkoll jassigura li d-dati tad-dħul fis-seħħ ta' tali ftehim jew konvenzjonijiet ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 26

Rappreżentazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill jista' jkun rappreżentat quddiem il-Parlament Ewropew jew il-kumitati tiegħu mill-Presidenza jew, bil-qbil ta' dan ta' l-aħħar, mill-Presidenza li jkun imiss jew mis-Segretarju-Ġenerali. Il-Kunsill jista' wkoll ikun rappreżentat quddiem dawk il-kumitati mill-Viċi Segretarju-Ġenerali jew uffiċjali anzjani tas-Segretarjat Ġenerali, li jaġixxu fuq struzzjonijiet mill-Presidenza.

Il-Kunsill jista' wkoll jippreżenta il-veduti tiegħu lill-Parlament Ewropew permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub.

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-forma ta' atti

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-forma ta' atti stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 28

Korrispondenza ndirizzata lill-Kunsill

Korrispondenza lill-Kunsill għandha tkun mibgħuta lill-President fl-indirizz li ġej tal-Kunsill:

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Rue de la Loi/Wetstraat 175

B - 1048 Brussel.

ANNESS I

LISTA TA' KONFIGURAZZJONIJIET TA' KUNSILL

1. Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni [1]

2. Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji [2]

3. Affarijiet dwar Ġustizzja u Intern [3]

4. Xogħol, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet dwar il-Konsumatur

5. Kompetittività (Suq Intern, Industrija u Riċerka) [4]

6. Trasport, Telekomunikazzjonijiet u Enerġija

7. Agrikoltura u Sajd

8. Ambjent

9. Edukazzjoni, Żgħaħagħ u Kultura [5]

Sta għal kull Stat Membru li jistabilixxi l-mod li bih ikun rappreżentat fil-Kunsill, b'konformità ma' l-Artikolu 203 tat-Trattat tal-KE.

[6].

Fil-każ tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni, kull gvern għandu jkunu rappreżentat fil-laqgħat differenti ta' din il-konfigurazzjoni mill-Ministru jew segretarju ta' l-Istat ta' l-għażla tiegħu.

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR AĊĊESS PUBBLIKU GĦAL DOKUMENTI TAL-KUNSILL

Artikolu 1

Għan

Kull persuna naturali jew legali għandu jkollha aċċess għal dokumenti tal-Kunsill soġġett għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stabbiliti f'Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d- dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan l-Anness.

Artikolu 2

Konsultazzjoni dwar dokumenti ta' parti terza

1. Għall-għan biex ikun applikat l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 9(3) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001 u kemm-il darba hu ċar, wara eżaminar tad-dokument fid-dawl ta' l-Artikolu 4(1), (2) (3) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, li m'għandux ikun żvelat, il-parti terza konċernata għandha tkun konsultata jekk:

(a) id-dokument hu dokument sensittiv kif spjegat fl-Artikolu 9(1) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001;

(b) id-dokument joriġina mill-Istat Membru u

kien sottomess lill-Kunsill qabel it-3 ta' Diċembru 2001, jew

l-Istat Membru konċernat talab li ma jkunx żvelat mingħajr il-qbil tiegħu minn qabel.

2. Fil-każi l-oħra kollha, fejn il-Kunsill jirċievi applikazzjoni għal dokument ta' parti terza fil-pussess tiegħu, is-Segretarjat Ġenerali, għall-għan li japplika l-Artikolu 4(4) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandu jikkonsulta lill-parti terza konċernata sakemm mhux ċar, wara eżami tad-dokument fid-dawl ta' l-Artikolu 4(1), (2) u (3) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, li għandu jkun jew ma għandux ikun żvelat.

3. Il-parti terza għandha tkun konsultata bil-miktub (inkluż permezz ta' e-mail) u tingħata limitu ta' żmien raġjonevoli għar-risposta tagħha, waqt li jittieħed in konsiderazzjoni il-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 7 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001. Fil-każi imsemmija fil-paragrafu 1, il-parti terza għandha tkun mitluba tagħti l-opinjoni tagħha bil-miktub.

4. Fejn id-dokument ma jaqax fl-ambitu ta' paragrafu 1(a) jew (b) u s-Segretarjat Ġenerali, fid-dawl ta' l-opinjoni negattiva tal-parti terza, mhux sodisfatt li l-Artikolu 4(1) jew (2) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001 hu applikabbli, il-Kunsill għandu jkun infurmat bil-materja.

Jekk il-Kunsill jkollu l-intenzjoni tar-rilaxx tad-dokument, il-parti terza għandha tkun infurmata immedjatament bil-miktub bl-intenzjoni tal-Kunsill li jirrilaxxa d-dokument wara perjodu ta' żmien ta' mhux anqas minn 10 tijiem tax-xogħol. Fl-istess ħin, għandha tinġibed l-attenzjoni tal-parti terza għal l-Artikolu 243 tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Talbiet għal konsultazzjoni riċevuti minn istituzzjonijiet oħra jew Stati Membri

Talbiet għal konsultazzjonijiet mal-Kunsill magħmula minn xi istituzzjoni oħra jew Stat Membru dwar applikazzjoni għal dokument tal-Kunsill għandhom ikunu mibgħuta permezz ta' e-mail lil access@consilium.eu.int jew permezz ta' fax fuq Nru (32-2) 285 6361.

Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħti l-opinjoni tiegħu għan-nom tal-Kunsill fil-pront, waqt li jieħu in konsiderazzjoni xi limitu ta' żmien meħtieġ għal deċiżjoni li għandha tittieħed mill-istituzzjoni jew l-Istat Membru konċernat, u mhux aktar tard minn ħames tijiem tax-xogħol.

Artikolu 4

Dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri

Kull talba minn Stat Membru skond l-Artikolu 4(5) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha ssir bil-miktub lis-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 5

Riferenza ta' talbiet minn Stati Membri

Meta xi Stat Membru jirreferi għal xi talba lill-Kunsill, din għandha tkun ittrattata skond l-Artikoli 7 u 8 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan l-Anness. F'każ ta' rifjut għal aċċess totali jew parzjali, l-applikant għandu jkun infurmat li kull applikazzjoni konfermatorja trid tkun indirizzata direttament lill-Kunsill.

Artikolu 6

Indirizz għal applikazzjonijiet

Applikazzjonijiet għal aċċess għal xi dokument għandhom ikunu ndirizzati bil-miktub lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli, Rue de la Loi/Wetstraat 175, B-1048 Brussel, permezz ta' e-mail lil access@consilium.eu.int jew permezz ta' fax fuq Nru (32-2) 285 6361.

Artikolu 7

Proċessar ta' applikazzjonijiet inizjali

Bla ħsara għal l-Artikolu 9(2) u (3) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, kull applikazzjoni għal aċċess ta' dokument tal-Kunsill għandha tkun trattata mis-Segretarjat Ġenerali.

Artikolu 8

Proċessar ta' applikazzjonijiet konfermatorji

Bla ħsara għal l-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) No 1049/2001, kull applikazzjoni konfermatorja għandha tkun deċiża mill-Kunsill.

Artikolu 9

Ħlasijiet

Ħlasijiet biex ikun prodotti u mibgħuta kopji tad-dokumenti tal-Kunsill għandhom ikunu stabbiliti mis-Segretarju-Ġenerali.

Artikolu 10

Reġistru Pubbliku għal dokumenti tal-Kunsill

1. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jkun responsabbli biex jipprovdi aċċess pubbliku tar-reġistru tad-dokumenti tal-Kunsill.

2. Barra minn referenzi għal dokumenti, fir-reġistru għandu jkun indikat liema dokumenti kompilati wara l-1 ta' Lulju 2000 kienu diġa ġew rilaxxati għall-pubbliku. Bla ħsara għal Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u fuq iċ-ċaqlieq ħieles ta' tali data [1] u l-Artikolu 16 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-kontenut tagħhom għandu jkun disponibbli fuq l-Internet.

Artikolu 11

Dokumenti direttament aċċessibbli għall-pubbliku

1. Dan l-Artikolu għandu jgħodd għad-dokumenti kollha tal-Kunsill, sakemm dawn m'humiex klassifikati u mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li ssir applikazzjoni bil-miktub skond l-Artikolu 6 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2. Għall-għan ta' dan l-Artikolu:

- "ċirkolazzjoni" għandha tfisser distribuzzjoni tal-verżjoni finali ta' dokument lill-membri tal-Kunsill, ir-rappreżentanti jew id-delegati tagħhom;

- "dokument leġislattiv" tfisser kull dokument li jikkonċerna l-eżaminar u l-adozzjoni ta' att leġislattiv fit-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

3. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dokumenti li ġejjin hekk kif huma jkunu ġew ċirkolati:

(a) dokumenti li la l-Kunsill u lanqas Stat Membru ma hu l-awtur tagħhom, li jkunu ġew magħmula pubbliċi mill-awtur tagħhom jew bil-qbil tiegħu;

(b) aġenda temporanja għal laqgħat tal-Kunsill fil-konfigurazzjonijiet diversi tiegħu;

(ċ) kull test adott mill-Kunsill u intiż biex ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

4. Sakemm huma m'humiex biċ-ċar koperti minn xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, is-Segretarjat Ġenerali jista' wkoll iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dawn id-dokumenti li ġejjin hekk kif huma jkunu ġew ċirkolati:

(a) aġenda temporanja ta' kumitati u kumitati tax-xogħol;

(b) dokumenti, bħal noti ta' informazzjoni, rapporti, rapporti ta' progress u rapporti fuq l-istat ta' diskussjonijiet fil-Kunsill jew wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu li ma jirriflettux posizzjonijiet individwali ta' delegazzjonijiet, esklużi opinjonijiet u kontribuzzjonijiet ta' Servizz Legali.

5. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku id-dokumenti leġislattivi li ġejjin, flimkien mad-dokumenti imsemmija f'paragrafi 3 u 4, hekk kif huma jkunu ġew ċirkolati:

(a) noti u kopji ta' ittri li jikkonċernaw atti leġislattivi ndirizzati lill-Kunsill minn istituzzjonijiet jew korpi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea jew, bla ħsara għal l-Artikolu 4(5) ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, minn Stat Membru;

(b) noti sottomessi lil Coreper u/jew lill-Kunsill għal approvazzjoni (noti dwar punti "I/A" u "A"), kif ukoll abbozzi ta' atti leġislattivi li jirreferu għalihom;

(ċ) deċiżjonijiet adotti mill-Kunsill waqt il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE u t-testi konġunti approvati mill-Kumitat Konċiljatorju.

6. Wara l-adozzjoni ta' waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5(ċ) jew adozzjoni finali ta' l-attt konċernat, is-Segretarjat Ġenerali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kull dokumenti leġislattivi relatati ma' dan l-att li kienu kompilati qabel waħda minn tali deċiżjonijiet u li m'humiex koperti b'xi waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), it-tieni subparagrafu, ta' Regolament (KE) Nru 1049/2001, bħal noti ta' informazzjoni, rapporti, rapporti ta' progress u rapporti dwar l-istat ta' diskussjonijiet fil-Kunsill jew f'wieħed mill-korpi preparatorji (riżultati ta' proċedimenti), esklużi opinjonijiet u kontribuzzjonijiet ta' Servizz Legali.

Wara talba ta' Stat Membru, dokumenti li huma koperti bl-ewwel subparagrafu u li jirriflettu l-pożizzjoni individwali tad-delegazzjoni ta' dak l-Istat Membru fil-Kunsill m'għandhomx ikunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku taħt dawn id-diposizzjonijiet.

ANNESS III

1. Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura li ġejjin u għal deċiżjonijiet li dwarhom, skond it-Trattati, membri tal-Kunsill jew ta' Coreper ma jistgħux jipparteċipaw fil-vot, ma tridx tittieħed konsiderazzjoni ta' voti minn tali membri:

(a) l-Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu (żamma ta' laqgħa f'post apparti minn Brussel jew il-Lussemburgu);

(b) l-Artikolu 3(7) (inklużjoni fuq l-aġenda ta' xi punt barra minn dawk li jidhru fuq l-aġenda temporanja);

(ċ) l-Artikolu 3(8) (żamma bħala punt "B" fuq l-aġenda ta' xi punt "A", li inkella kien irid ikun irtirat mill-aġenda);

(d) l-Artikolu 5(2), fir-rigward tal-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew biss (deliberazzjonijiet mingħajr il-preżenza tal-Bank Ċentrali Ewropew);

(e) l-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (ċ), it-tieni u t-tielet subparagrafi (tħabbir pubblik ta' riżultati ta' voti, spjegi ta' voti, dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u punti f'dawk il-minuti relatati ma' l-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni skond Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; tħabbir pubbliku ta' riżultati ta' voti, spjegi ta' voti, dikjarazzjonijiet fil-minuti tal-Kunsill u punti f'dawk il-minuti relatati ma' każi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2);

(f) l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (ftuħ ta' proċedura dwar votazzjoni);

(g) l-Artikolu 12(1) (użu ta' proċedura bil-miktub);

[1];

(i) l-Artikolu 17(2)(a) u (b) (nuqqas ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' inizjattiva preżentata minn Stat Membru skond l-Artikolu 67(1) tat-Trattat tal-KE jew l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea);

(j) l-Artikolu 17(2)(ċ) u (d) (nuqqas ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' pożizzjoni komuni adotta fuq il-bażi ta' l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew ċerti direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet);

(k) l-Artikolu 17(4)(ċ) (pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' xi miżuri li jimplimentaw deċiżjonijiet jew konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea);

(l) l-Artikolu 17(5) (jekk ikunux pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali deċiżjonijiet meħuda minn korp stabbilit taħt ftehim internazzjonali).

2. Membru tal-Kunsill jew ta' Coreper ma jistax jagħmel użu tad-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura li ġejjin li in konnessjoni ma deċiżjonijiet li għalihom, skond it-Trattati, dak il-membru ma jistax jipparteċipa fil-vot:

(a) l-Artikolu 3(8) (possibiltà għal membru tal-Kunsill li jitlob irtirar ta' xi punt "A" mill-aġenda);

(b) l-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu (possibiltà għal membru tal-Kunsill li jitlob il-ftuħ ta' proċedura dwar votazzjoni);

(ċ) l-Artikolu 11(3) (possibiltà għal membru tal-Kunsill li jaġixxi għan-nom ta' xi ħadd ieħor f'vot);

(d) l-Artikolu 14(2) (possibilta' għal membru tal-Kunsill li jopponi diskussjoni jekk it-tests ta' xi emenda proposta m'humiex kompilati fil-lingwa hu jew hi jkun speċifika/tkun speċifikat).

ANNESS IV

METODI TA' ĦIDMA GĦAL KUNSILL IMKABBAR

Preparazzjoni għal laqgħat

1. Il-Presidenza għandha tassigura li fajl ikun sottomess lil Coreper minn grupp ta' ħidma jew kumitat biss fejn hemm prospetti raġjonevoli ta' kisba ta' progress jew kjarifika ta' posizzjonijiet f'dak il-livell. Minn naħa l-oħra, files jistgħu jkunu riferuti lil grupp ta' ħidma jew kumitat bl-istess mod biss fejn meħtieġ, u f'kull każ biss bl-intenzjoni li jkunu ttrattati problemi preċiżi u definiti sewwa.

2. Il-Presidenza għandha tieħu l-passi meħtieġa biex imexxu l-quddiem ix-xogħol bejn laqgħat. Hi tista', per eżempju, bil-qbil tal-grupp ta' ħidma jew kumitat, tidħol bl-aktar mod effiċjenti meħtieġ għal konsultazzjonijiet fuq problemi speċifiċi bil-ħsieb li tirraporta lura lill-grupp ta' ħidma jew kumitat konċernat dwar soluzzjonijiet possibbli. Hi tista' wkoll tmexxi konsultazzjonijiet bil-miktub billi titlob lid-delegazzjonijiet biex reaġixxu f'forma ta' kitba għal proposta qabel il-laqgħa li jmiss tal-grupp ta' ħidma jew kumitat.

3. Meta xieraq, id-delegazzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-posizzjonijiet li huma x'aktarx jieħdu f'laqgħa li jmiss f'forma ta' kitba qabel il-laqgħa. Meta dik tinkludi proposti għal test emendat, id-delegazzjonijiet għandhom jissuġġerixxu kliem speċifiku. Kull meta jkun possibbli, dħul bil-miktub għandu jkun sottomess konġuntement billi d-delegazzjonijiet iżommu posizzjonijiet identiċi.

4. Coreper għandu jevita li jittratta materja diġa koperta fil-preparazzjoni tal-proċedimenti tagħha. Dak għandu jgħodd b'mod partikolari għal punt "I", dwar informazzjoni fuq l-organizzazzjoni u l-ordni tax-xogħol tagħha u għal informazzjoni dwar l-aġenda u l-organizzazzjoni ta' laqgħat li jmiss tal-Kunsill. Kull meta jkun possibbli, id-delegazzjonijiet għandhom iqajjmu xi affarijiet (punti) oħra meta l-proċedimenti ta' Coreper ikun qed jiġu ppreparati iżjed milli f'Coreper innifsu.

5. Il-Presidenza għandha twassal lid-delegazzjonijiet, kemm jista' jkun malajr possibbli meta l-proċedimenti ta' Coreper ikun qed jiġu ppreparati, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti preparazzjoni sħiħa tal-proċedimenti ta' Coreper, inkluża informazzjoni fuq dak li l-Presidenza tippretendi li tikseb mid-diskussjonijiet fuq kull punt ta' l-aġenda. Minn naħa l-oħra, il-Presidenza għandha, kif xieraq, tinkoraġġixxi d-delegazzjonijiet biex jikkomunikaw lid-delegazzjonijiet l-oħra, meta l-proċedimenti ta' Coreper ikunu qed jiġu ppreparati, informazzjoni fuq il-posizzjonijiet li huma jkunu sejrin jieħdu f'Coreper. F'dan il-kuntest il-Presidenza għandha tiffinalizza l-aġenda ta' Coreper. Il-Presidenza tista' tlaqqa' aktar frekwentement il-gruppi li jippreparaw il-proċedimenti ta' Coreper, fejn meħtieġ miċ-ċirkostanzi.

Tmexxija ta' laqgħat

6. L-ebda punt m'għandu jitpoġġa fuq l-aġenda sempliċiment għal preżentazzjoni mill-Kummissjoni jew minn membru tal-Kunsill, minbarra fejn hemm ippjanat dibattitu fuq inizjattivi maġġuri ġodda.

7. Il-Presidenza għandha toqgħod lura milli tpoġġi fuq l-aġenda ta' Coreper punti għall-informazzjoni biss. Tali informazzjoni, eż. fuq ir-riżultat ta' laqgħat f'forum ieħor jew ma' Stat terz jew istituzzjoni oħra, kwistjonijiet proċedurali jew organizzazzjonali, eċċ. għandha minnflok tkun trażmessi lid-delegazzjonijiet meta l-proċedimenti ta' Coreper ikunu qed jiġu ppreparati, meta possibbli bil-miktub, u m'għandiex tkun ripetuta f'Coreper.

8. Fil-bidu ta' laqgħa, il-Presidenza għandha tagħti kull informazzjoni meħtieġa oħra dwar it-tmexxija tal-laqgħa u b'mod partikolari għandha tindika t-tul ta' ħin li beħsieba tiddedika għal kull punt. Hi għandha toqgħod lura milli tagħmel introduzzjonijiet twal u tevita li tirrepeti informazzjoni li hi diġa magħrufa mid-delegazzjonijiet.

9. Fil-bid ta' diskussjoni fuq punt sostanttiv, il-Presidenza għandha, skond it-tip ta' diskussjoni li hi meħtieġa, tindika lid-delegazzjonijiet it-tul massimu ta' l-interventi tagħhom fuq dak il-punt. Fil-biċċa l-kbira l-interventi m'għandhomx jeċċedu żewġ minuti.

10. Dawriet sħaħ tal-mejda għandhom ikunu projbiti bħala prinċipju, huma jistgħu jintużaw f'ċirkostanzi eċċezzjonali fuq kwistjonijiet speċifiċi b'limitu ta' ħin fuq interventi stabbiliti mill-Presidenza.

11. Il-Presidenza għandha tiffoka kemm jista' jkun possibbli fuq diskussjonijiet, b'mod partikolari billi titlob lid-delegazzjonijiet biex reaġixxu biex jintlaħaq kompromess fuq tests jew proposti speċifiċi.

12. Waqt u fl-aħħar tal-laqgħat il-Presidenza għandha toqgħod lura milli tagħmel sommarji twal tad-diskussjonijiet u għandha tillimita ruħha biex tikkonkludi fil-qosor fuq ir-riżultati (sustanza u/jew proċedura) miksuba.

13. Id-delegazzjonijiet għandhom jevitaw li jirrepetu punti magħmula minn kelliema preċedenti. L-interventi tagħhom iridu jkunu qosra, sostanttivi u relevanti.

14. Delegazzjonijiet ta' l-istess fehma huma inkuraġġiti biex jagħmlu konsultazzjonijiet bil-ħsieb li ssir preżentazzjoni minn kelliem wieħed dwar pożizzjoni komuni fuq punt speċifiku.

15. Meta jkunu qed jiġu diskussi t-testi, id-delegazzjonijiet għandhom jagħmlu abbozzi ta' proposti konkreti, bil-miktub, iżjed milli jesprimu biss in-nuqqas ta' qbil ma' proposta partikolari.

16. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-Presidenza, id-delegazzjonijiet għandhom joqgħodu lura milli jittkelmu meta jaqblu ma' proposta partikolari; f'dan il-każ is-silenzju jittieħed bħala qbil fil-prinċipju.

ANNESS V

DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-FOROM TA' ATTI

A. Forma tar-Regolamenti:

1. Regolamenti adotti konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill u regolamenti tal-Kunsill għandhom jinkludu:

(a) fit-titoli tagħhom, "Regolament", segwit minn numru tas-serje, id-data ta' l-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni dwar is-suġġett tagħhom;

(b) "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea" jew "Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea", kif xieraq;

(ċ) referenza għad-dispożizzjonijiet li għalihom ir-regolament ikun adott, preċeduta minn "Wara li kkunsidraw";

(d) ċitazzjoni li tinkludi referenza għal proposti sottomessi u għal opinjonijiet miksuba u konsultazzjonijiet miżmuma;

(e) dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom ir-regolament huwa bbażat, preċeduta minn "Billi:", waqt li l-deklamazzjonijiet għandhom ikunu numerati;

(f) "adottaw dan ir-Regolament" jew "adotta dan ir-Regolament", kif xieraq, segwit mit-termini tar-regolament li jirregola.

2. Ir-Regolaments għandhom ikunu maqsuma fl-Artikoli, jekk xieraq miġbura f'kapitoli u taqsimiet.

3. L-Artikolu finali ta' regolament għandu jiffissa data ta' dħul fis-seħħ, fejn dik id-data hi qabel jew wara l-20 jum tal-pubblikazzjoni li jmiss.

4. L-aħħar Artikolu ta' Regolament għandu jkun segwit bi:

(a) (i) "Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha";

jew

[1];

(b) "Magħmul fi …", segwita bid-data li fiha ir-regolament kien adott;

u

(ċ) fil-każ ta':

(i) regolament adott konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

"Għall-Parlament Ewropew

Il-President

F'isem il-Kunsill

Il-President"

segwita bl-isem tal-President tal-Parlament Ewropew u tal-President-in-Uffiċċju tal-Kunsill fiż-żmien meta r-regolament ikun adott;

(ii) Regolament tal-Kunsill:

"F'isem il-Kunsill

Il-President"

segwita bl-isem tal-President-in-Uffiċċju tal-Kunsill fiż-żmien meta r-regolament ikun adott.

B. Forom ta' direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet (Trattat tal-KE)

1. Direttivi u deċiżjonijiet adotti konġuntement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u direttivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill, għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom "Direttiva" jew "Deċiżjoni".

2. Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet maħruġa mill-Kunsill għandhom jinkludu fit-titoli tagħhom "Rakkomandazzjoni" jew "Opinjoni".

3. Id-dispożizzjonijiet relatati mar-regolamenti stabbiliti fl-A hawn fuq għandhom jgħoddu mutatis mutandis, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, għad-direttivi u d-deċiżjonijiet.

Ċ. Forom ta' strateġiji komuni tal-Kunsill Ewropew, azzjonijiet konġunti u posizzjonijiet komuni imsemmija f'L-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Strateġiji komuni, azzjonijiet konġunti u posizzjonijiet komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 12 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jkollhom waħda minn dawn l-intestaturi li ġejjin, kif xieraq:

(a) "Strateġij Komuni tal-Kunsill Ewropew", numru tas-serje (sena/numru/CFSP), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett:

(b) "Azzjoni Konġunta tal-Kunsill", numru tas-serje (sena/numru/CFSP), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett;

(ċ) "Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill", numru tas-serje (sena/numru/CFSP), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett.

D. Forom ta' posizzjonijiet komuni, deċiżjonijiet tat-tip framework, deċiżjonijiet u konvenzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Posizzjonijiet Komuni, deċiżjonijiet qafas, deċiżjonijiet u konvenzzjonijiet fit-tifsira ta' l-Artikolu 34(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jkollhom waħda minn dawn l-intestaturi li ġejjin, kif xieraq:

(a) "Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill", numru tas-serje (sena/numru/JHA), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett;

(b) "Deċiżjoni tat-tip Framework tal-Kunsill", numru tas-serje (sena/numru/JHA), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett;

(ċ) "Deċiżjoni tal-Kunsill", numru tas-serje (sena/numru/JHA), id-data ta' l-adozzjoni u s-suġġett;

(d) "Konvenzjoni stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea" u s-suġġett.

"

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 2004.

F’isem il-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tadotta Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 230, tat-28.8.2002, p. 7).

[1] Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 204 tat-Trattat tal-KE.

[2] Dan il-paragrafu jirriproduċi punt (b) ta' l-Uniku Artikolu tal-Protokoll fuq il-lokazzjoni tas-siġġijiet ta' l-istituzzjonijiet u ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Europol anness mat-Trattati.

[3] Dwar l-Artikolu 1 u 3:"Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tispeċifika li laqgħa straordinarja tal-Kunsill tista' titlaqqa' fi żmien qasir f'każi li jinħtieġu deċiżjoni rapida, il-Kunsill hu konxju mill-ħtieġa li materji relatati mal-politika barranija u ta' sigurtà komuni jkunu trattati b'ħeffa u effiċjentement. L-arranġamenti fl-Artikolu 3 m'għandhomx jipprevjenu din il-ħtieġa milli tkun imwettqa."

[4] Dwar l-Artikolu 8(1)(b):"L-Artikolu 8(1)(b) għandu jkun implimentat b'dan il-mod: il-Presidenza għandha tindika fl-aġenda temporanja, billi tuża l-kliem "Deliberazzjoni pubblika", dawk il-punti li fuqhom il-Kunsill għandu jieħu vot fl-aħħar tad-deliberazzjoni.Dan l-arranġament prattiku m'għandux ikollu effett fuq ir-regola skond l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill."

[5] Dan il-paragrafu jirriproduċi l-Artikolu 206 tat-Trattat tal-KE.

[6] Dwar l-Artikolu 12:"Il-Kunsill jaqbel li jikkonsidra l-parir li jinkludi fir-Regoli ta' Proċedura l-għażla li tintuża proċedura simplifikata bil-miktub meta l-Kunsill ikun qed jaġixxi skond Titolu VI of tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea."

[7] Dwar l-Artikolu 12(4):"Il-Kunsill irid jiġbed l-attenzjoni li x-xibka (network) COREU trid tkun użata skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1995 dwar il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill."

[8] Dwar l-Artikolu 16 u l-Anness III:"Il-Kunsill jaqbel li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 u l-Anness III japplikaw għal atti għall-adozzjoni li għaliha xi membri tal-Kunsill m'humiex, skond it-Trattati, intitolati li jivvotaw. Madankollu, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mhux koperta minn dawk id- dispożizzjonijiet.Fl-ewwel applikazzjoni ta' l-Artikolu 43 u 44 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill għandu, fid-dawl ta' esperjenza miksuba f'oqsma oħra, jikkonsidra xi adattazzjonijiet meħtieġa għal l-Artikolu 16 ta' l-Anness III ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura."

[9] ĠU L 145, 31.05.2001, p. 43.

[10] Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 114 tat-Trattat tal-KE u għal deċiżjonijiet eżistenti tal-Kunsill miġjuba fih (GU J L 358, tal-31.12.1998, p. 109, u ĠU L 5, ta' l-1.1.1999, p. 71).

[11] Dwar l-Artikolu 19(1):"Coreper għandu jassigura konsistenza u osservazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, b'mod partikolari għal materji fejn preparazzjoni sostantiva tkun ittieħdet f'fora oħra."

[12] Dwar l-Artikolu 19(7):"Jekk membru tal-Kunsill jikkonsidra li abbozz ta' deċiżjoni proċedurali sottomessa lil Coreper għall-adozzjoni skond l-Artikolu 19(7) tqajjem kwistjoni ta' sustanza, l-abbozz tad-deċiżjoni irid ikun sottomess lill-Kunsill."

[13] Dawn id-dispożizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 114 tat-Trattat tal-KE u għal Deċiżjonijiet eżistenti tal-Kunsill miġjuba fih (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 109, u ĠU L 5, ta' l-1.1.1999, p. 71).

[14] Dwar l-Artikolu 21:"Rapporti minn kumitati tax-xogħol u dokumenti użati oħra bħala bażi għal diskussjonijiet ta' Coreper għandhom ikunu mibgħuta lid-delegazzjonijiet fil-ħin biex jippermettu l-eżaminar tagħhom."

[15] Dwar l-Artikolu 22:"Membri tal-Kunsill iridu jikkumentaw fuq proposti għal kodifikazzjoni uffiċjali tat-tests (texts) fi żmien 30 jum miċ-ċirkolazzjoni ta' tali proposti mis-Segretarjat Ġenerali.Membri tal-Kunsill iridu jassiguraw li dawk id-dispożizzjonijiet ta' proposta għall-abbozzar mill-ġdid tat-tests leġislattivi li ttieħdu mill-att preċedenti mingħajr emenda sostantiva ikunu eżaminati skond il-prinċipji stabbiliti fil-proposti ta' l-eżaminar ta' kodifikazzjoni."

[16] Paragrafu 1 and paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, jirriproduċu l-Artikolu 207(2) tat-Trattat tal-KE.

[1] Inkluża l-politika Ewropea dwar sigurtà u difiża u l-kooperazzjoni dwar żvilupp.

[2] Inkluż l-estimi (budget).

[3] Inkluża l-protezzjoni ċivili.

[4] Inkluż it-turiżmu.

[5] Inklużi l-affarijiet awdioviżwali.

[6] Dwar l-Anness I, it-tieni subparagrafu:"Il-Presidenza trid torganizza l-aġendi tal-Kunsill billi tiġbor flimkien punti relatati ta' l-aġenda, biex tiffaċilita l-attendenza mir-rappreżentanti nazzjonali relevanti, b'mod partikolari fejn konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill għandha tittratta grupp ta' suġġetti evidentement distingwibbli."

[1] ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1.

[1] Dwar l-Anness III, paragrafu 1(h):"Il-Kunsill jikkonferma li l-prattika preżenti fejn it-tests li jservu bħal bażi għad-deliberazzjonijiet tiegħu huma kompilati fil-lingwi kollha għandha tibqa' tapplika."

[1] Dwar l-Anness IV, paragrafu A.4(a)(ii):"Il-Kunsill irid jiġbed l-attenzjoni li, fil-każi previsti fit-Trattati fejn att m'huwiex applikabbli għal jew fl-Istati Membri, hu meħtieġ li jiġu ċċarati l-applikazzjoni territorjali fir-raġunijiet mogħtija u l-kontenut ta' l-att konċernat."

--------------------------------------------------