32004D0118



Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0034 - 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet 95/233/KE, 96/482/KE, u 2001/751/KE li jirrelataw ma’ l-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u bajd għat-tfaqqis ta’ ratiti ħajjin u bajd għat-tfaqqis; Id-Deċiżjonijiet 94/85/KE, 94/984/KE, u 2000/609/KE li jirrelataw ma’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur, laħam frisk ta’ ratiti mrobbija fl-irziezet, laħam ta’ annimali bir-rx selvaġġi u mrobbija fl-irziezet; Id-Deċiżjoni 2000/585/KE li tirrelata ma’ l-importazzjoni ta’ annimali tal-kaċċa selvaġġa u mrobbija fl-irziezet u laħam tal-fenek u d-Deċiżjoni 97/222/KE li tirrelata ma’ l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fir-rigward ta’ ċerti Stati ta’ Adeżjoni

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 125)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/118/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi ta’ spezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u majjali, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 14(3) u 21a (2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 21(1), 23(1) u 26(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur [3], u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1) u 11(1)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali ua tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet preskritti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) li jinsab mad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar il-problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali li jirrelataw mal-qtil ta’ kaċċa ferali u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam ta’ kaċċa ferali [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tniżżel ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’oriġini mill-annimali għall-konsum mill-bniedem [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) u (4) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE [7] telenka fil-prinċipju pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw tjur ħajjin u bajd għat-tfaqqis inklużi ratiti u l-bajd tagħhom.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE [8] tippreskrivi regoli aktar dettaljati għall-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u bajd għat-tfaqqis u ċ-ċertifikazzjoni relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/751/KE [9] tippreskrivi l-kondizzjonijiet għas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ratiti ħajjin u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi inklużi l-miżuri għas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jiġu applikati wara importazzjoni bħal dik, u telenka l-pajjiżi terzi li minnhom dawk l-importazzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati.

(4) Xhieda konsolidat inkluż: il-ħelsien minn mard li jaffettwa t-tjur; programmi ta’ sorveljanza u monitorjar ta’ mard tat-tjur; l-iżvilupp ta’ pjani xierqa ta’ kontinġenza għall-mard tat-tjur; u, l-iżvilupp ta’ acquis veterinarju fir-rigward tal-leġislazzjoni ġenerali veterinarja u leġislazzjoni fis-settur tat-tjur qabel l-adeżjoni fl-UE urew li l-Estonja, Malta, il-Latvja u l-Lituwanja għandhom servizzi veterinarji suffiċjentement strutturati sew u organizzati fir-rigward ta’ l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali għat-tjur ħajjin u r-ratiti.

(5) Huwa għalhekk xieraq li l-Lituwanja, l-Estonja u Malta jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi terzi li huma, fil-prinċipu, li jimportaw tjur ħajjin u bajd għat-tfaqqis inklużi ratiti u bajd kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE.

(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/751/KE għandhom ukoll jiġu emendati biex jinkludu l-Estonja, Malta, il-Latvja u l-Lituwanja.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [10] tistabbilixxi lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur hija awtorizzata.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/EC [11] tistipula l-kondizzjonijiet għas-saħħa ta’l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur minn pajjiżi terzi.

(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/EC [12] tistabbilixxi il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ ratiti mrobbija flk-irziezet.

(10) Minħabba l-istatus imtejjeb tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-Istati ta’ Adeżjoni fir-rigward tat-tjur, l-Estonja għandha tiżdied mal-lista ta’ pajjiżi terzi li huma, fil-prinċipju, awtorizzati li jimportaw laħam frisk tat-tjur fl-UE kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE. Dan għandu wkoll jippermetti lill-Estonja li tkun awtorizzata li timporta laħam ta’ annimali ferali bir-rix kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/86/KE [13].

(11) Huwa wkoll xieraq li l-Estonja, Malta u l-Latvja jiġu nklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE għall-importazzjoni ta’laħam frisk tat-tjur, u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE għall-importazzjoni ta’ ratiti ħajjin u bajd għat-tfaqqis.

(12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [14] li tippreskrivi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u ċ-ertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam ta’ kaċċa ferali u mrobbija u laħam tal-fenek minn pajjiżi terzi. Sabiex jingħata kont ta’ l-istatus imtejjeb tas-saħħa ta’ l-Istati ta’ Adeżjoni, Malta għandha tidied mal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati, u l-listi eżistenti ta’ pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom laħam ta’ kaċċa ferali u mrobbija u laħam tal-fenek jistgħu jiġu mportati fl-UE minn Stati oħra ta’ adeżjoni għandhom ukoll jiġu aġġornati.

(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [15] li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam hija awtorizzata.

(14) Ċerti Stati ta’ Adeżjoni jkomplu jippresentaw riskju tas-saħħa ta’ l-annimali assoċjat mad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi. Sabiex jiġi rifless kemm dan iżda wkoll it-titjib ta’ l-istatus imtejjeb tas-saħħa ta’ l-annimali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha 97/222/KE tiġi emendata.

(15) Huwa opportun, fejn xieraq, li jiġu aġġornati ċerti ismijiet ta’ pajjiżi, kodiċi ISO u definizzjonijiet reġjonalizzati.

(16) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DE¬IŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Annessi I u II li jinsabu mad-Deċiżjoni 95/233/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness I u l-Anness II li jinsabu ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 96/482/KE huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness III li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 3

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2001/751/KE huwa sostitwit bl-Anness IV li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 4

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 94/85/KE huwa sostitwit bl-Anness V li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 5

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 94/984/kE huwa sostitwit bl-Anness VI li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 6

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/609/KE huwa sostitwit bl-Anness VII li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 7

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/585/KE huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness VIII li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 8

L-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/585/KE huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness IX li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 9

I-Taqsima I ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE hija sostitwita bit-test ta’ l-Anness X li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 10

It-Taqsima II ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/222/KE hija sostitwita bit-test l-Anness XI li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-14 ta’ Frar 2004.

L-Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[2] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 1999/89/KE (ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17).

[4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/721/KE (ĠU L 260, tal-11.10.2003, p. 21).

[5] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[6] ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

[7] ĠU L 156, 07.7.19, p. 76.

[8] ĠU C 196, 7.8.19, p. 13.

[9] ĠU C 281, 25.10.20, p. 25.

[10] ĠU C 44, 17.2.19, p. 31.

[11] ĠU C 378, 31.12.19, p. 11.

[12] ĠU C 258, tat-12.10.2000, p. 9.

[13] ĠU C 44, tas-17.2.1994, p. 33.

[14] ĠU C 251, tas-6.10.2000, p. 1.

[15] ĠU C 98, ta’ l-4.4.1997, p. 39.

--------------------------------------------------

ANNESS I

(li jemenda d-Deċiżjoni Nru 95/233/KE)

"

ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjoni ta' tjur ħaj u bajd tat-tfaqqis, bl-esklużjoni ta' l-għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom

Din hija lista fil-prinċipju u l-importazzjonijet għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika.

Kodiċi ISO | Pajjiż |

AU | L-Awstralja |

BG | il-Bulgarija |

BR | il-Brażil |

CA | il-Kanada |

CH | l-Isvizzera |

CL | iċ-Ċili |

CY | Ċipru |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

EE | l-Estonja |

HR | il-Kroazja |

HU | l-Ungerija |

IL | l-Iżrael |

LT | il-Lituwanja |

LV | il-Latvja |

MT | Malta |

NZ | in-New Zealand |

PL | il-Polonja |

RO | ir-Rumanija |

SI | l-Islovenja |

SK | ir-Repubblika Slovakka |

TN | it-Tuneżija |

US | l-Istati Uniti ta' l-Amerika |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 95/233/KE)

"

“ANNESS II

Lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' l-għasafar li ma jtirux ħajjin u l-bajd tagħhom

Din hija lista fil-prinċipju u l-importazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika.

Kodiċi ISO | Pajjiż |

AU | l-Awstralja |

BG | il-Bulgarija |

BR | il-Brażil |

BW | il-Botswana |

CA | il-Kanada |

CH | l-Isvizzera |

CL | iċ-Ċili |

CY | Ċipru |

CZ | ir-Repubblika Ċeka |

EE | l-Estonja |

HR | il-Kroazja |

HU | l-Ungerija |

IL | l-Iżrael |

KE | il-Kenya |

LT | il-Lituwanja |

LV | il-Latvja |

MT | Malta |

NA | in-Namibja |

NZ | in-New Zealand |

PL | il-Polonja |

RO | ir-Rumanija |

SI | l-Islovenja |

SK | ir-Repubblika Slovakka |

TN | it-Tuneżija |

US | l-Istati Uniti ta' l-Amerika |

ZA | l-Afrika t'Isfel |

ZW | iż-Żimbabwe |

"

--------------------------------------------------

ANNESS III

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 96/482/KE)

"

ANNESS I

PARTI I Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi li huma awtorizzati biex jużaw il-mudell ta' ċertifikati A sa D stabbiliti fl-Anness I parti II huma markati bl-ittra X

Kodiċi- ISO | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Mudell ta' ċertifikati li għandu jintuża |

Trobbija/Produttivita A | Bajd tat-tifqis B | Flieles ta' ġurnata C | Qtil/rifornitura |

AU | Awstralja | X | X | X | X |

BG | Bulgarija | | X | X | X | X |

BR | Brażil | L-Istati ta' Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u Sáo Paulo | X | X | X | X |

CA | Kanada | | X | X | X | X |

CH | Isvizzera | | X | X | X | X |

CL | Ċili | | X | X | X | X |

CY | Ċipru | | X | X | X | X |

CZ | Repubblika Ċeka | | X | X | X | X |

EE | Estonja | | X | X | ŻX | X |

HR | Kroazja | | X | X | X | X |

HU | Ungerija | | X | X | X | X |

IL | Iżrael | | X | X | X | X |

LT | Lituwanja | | X | X | X | X |

LV | Latvja | | X | X | X | X |

MT | Malta | | X | X | X | X |

NZ | New Zealand | | X | X | X | X |

PL | Polonja | | X | X | X | X |

RO | ir-Rumanija | | X | X | X | X |

SI | l-Islovenja | | X | X | X | X |

SK | ir-Repubblika Slovakka | | X | X | X | X |

US | l-Istat Uniti ta' l-Amerika | | X | X | X | X |

"

--------------------------------------------------

ANNESS IV

(li jemenda d-Deċiżjoni Nru 2001/751/KE)

"

ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi,li jitħallew jesportaw għasafar tal-priża ħaj jew bajd tat-tfaqqis tagħhom għall-Unjoni Ewropea

Kodiċi-ISO | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Għasafar tat-trobbija li ma jtirux u għall-produzzjoni | Bajd tat-tfaqqis ta' l-għasafar li ma jtirux | Flieles ta' l-għasafar li ma jtirux ta' ġurnata | Għasafar għall-qtil li ma jtirux |

AU | Awstralja | | B | D | F | - |

BW | il-Botswana | | B | D | F | - |

BR-1 | il-Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul | A | C | E | G |

CA | il-Kanada | | A | C | E | G |

CH | l-Isvizzera | | A | C | E | G |

CL | iċ-Ċili | | A | C | E | G |

CY | Ċipru | | A | C | E | G |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | | A | C | E | G |

HR | il-Kroazja | | A | C | E | G |

EE | l-Estonja | | A | C | E | G |

HU | l-Ungerija | | A | C | E | G |

IL | l-Iżrael | | A | C | E | - |

LT | il-Lituwanja | | A | C | E | G |

LV | il-Latvja | | A | C | E | G |

MT | Malta | | A | C | E | G |

NA | in-Namibia | | B | D | F | - |

NZ | in-New Zealand | | A | C | E | G |

PL | il-Polonja | | A | C | E | G |

RO | ir-Rumanija | | A | C | E | G |

SI | l-Islovenja | | A | C | E | G |

SK | ir-Repubblika Slovakka | | A | C | E | G |

TN | it-Tuneżija | | A | C | E | - |

US | l-Istat Uniti ta' l-Amerika | | A | C | E | G |

ZA | l-Afrika t'Isfel | | B | D | F | - |

"

--------------------------------------------------

ANNESS V

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 94/85/KE – laħam tat-tjur)

"

ANNESS I

Importazzjonijiet minn pajjiżi fuq din il-lista jridu jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali

Kodiċi-ISO | Pajjiż | Laħam tat-tjur frisk | Rimarki speċjali |

AR | l-Arġentina | X | |

AU | l-Awstralja | X | |

BG | il-Bulgarija | X | |

BR | il-Brażil | X | |

BW | il-Botswana | X | Laħam ta' l-għasafar li ma jtirux biss |

CA | il-Kanada | X | |

CH | l-Isvizzera | X | |

CL | iċ-Ċili | X | |

CN | Ċina (Repubblika Popolari) | X | |

CY | Ċipru | X | |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | X | |

EE | l-Estonja | X | |

HR | il-Kroazja | X | |

HU | l-Ungerija | X | |

IL | l-Iżrael | X | |

IS | l-Islanda | X | |

KR | Korea (Repubblika) | X | |

LV | il-Latvja | X | |

LT | il-Lituwanja | X | |

MG | il-Madagaskar | X | |

MT | Malta | X | |

MY | Il-Malasja | X | Penisola tal-Punent biss |

NA | in-Namibia | X | Laħam ta' l-għasafar li ma jtirux biss |

NZ | in-New Zealand | X | |

PL | il-Polonja | X | |

RO | ir-Rumanija | X | |

SI | l-Islovenja | X | |

SK | ir-Repubblika Slovakka | X | |

TH | it-Tajlandja | X | |

TN | it-Tuneżija | X | |

TR | it-Turkija | X | |

US | l-Istat Uniti ta' l-Amerika | X | |

UY | l-Urugwaj | X | |

ZA | l-Afrika t'Isfel | X | Laħam ta' l-għasafar li ma jtirux biss |

ZW | iż-Żimbabwe | X | Laħam ta' l-għasafar li ma jtirux biss |

"

--------------------------------------------------

ANNESS VI

(jemenda d-DEĊIŻJONI Nru 94/984/KE)

"

ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi li jitħallew jużaw iċ-ċertifikati stabbiliti fl-Anness II għall-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur frisk fl-Unjoni Ewropea

Nota:

l-itri A u B jirreferu ghall-mudelli stabbiliti f'parti 2 ta' l-Anness II.

Kodiċi-ISO | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | Mudell ta' ċertifikat li għandu jintużq(A jew B) |

AR | l-Arġentina | | A |

AU | l-Awstralja | | B |

BG | il-Bulgarija | | A |

BR-1 | il-Brażil | Distrito Federal u l-Istati ta' Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo | A |

CA | il-Kanada | | A |

CH | l-Isvizzera | | A |

CL | iċ-Ċili | | A |

CN-1 | iċ-Ċina | Il-muniċipalita ta' Shanghai eskluża l-kontea ta' Chongming u d-distretti ta' Weifang, Linyi u Qingdao fil-Provinċja ta' Shangdong | B |

CY | Ċipru | | A |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | | A |

EE | l-Estonja | | A |

HR | il-Kroazja | | A |

HU | l-Ungerija | | A |

IL | l-Iżrael | | A |

LT | il-Lituwanja | | A |

LV | il-Latvja | | A |

MT | Malta | | A |

NZ | in-New Zealand | | A |

PL | il-Polonja | | A |

RO | ir-Rumanija | | A |

SI | l-Islovenja | | A |

SK | ir-Repubblika Slovakka | | A |

TH | it-Tajlandja | | A |

TN | it-Tuneżija | | A |

US | l-Istat Uniti ta' l-Amerika | | A |

"

--------------------------------------------------

ANNESS VII

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 2000/609/KE)

"

ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi,li għandhom il-permess li jesportaw laħam ta' l-għasafar tat-trobbija li ma jtirux għall-Unjoni Ewropea

Kodiċi-ISO | Pajjiż | Partijiet tat-territorju | mudell ta' ċertifikat li għandu jintuża(A jew B) |

AR | l-Arġentina | | A |

AU | l-Awstralja | | A |

BG | il-Bulgarija | | A |

BR-1 | il-Brażil | L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul | A |

BW | il-Botswana | | B |

CA | il-Kanada | | A |

CH | l-Isvizzera | | A |

CL | iċ-Ċili | | A |

CY | Ċipru | | A |

CZ | ir-Repubblika Ċeka | | A |

HR | il-Kroazja | | A |

EE | l-Estonja | | A |

HU | l-Ungerija | | A |

IL | l-Iżrael | | A |

LT | il-Lituwanja | | A |

LV | il-Latvja | | A |

MT | Malta | | A |

NA | in-Namibia | | B |

NZ | in-New Zealand | | A |

PL | il-Polonja | | A |

RO | ir-Rumanija | | A |

SI | l-Islovenja | | A |

SK | ir-Repubblika Slovakka | | A |

TH | it-Tajlandja | | A |

TN | it-Tuneżija | | A |

US | l-Istat Uniti ta' l-Amerika | | A |

ZA | l-Afrika t'Isfel | | B |

ZW | iż-Żimbabwe | | B |

"

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 2000/585/KE)

"

ANNESS I

Deskrizzjoni ta' territorji ta' ċerti pajjiżi terzi stabbilita għal raġunijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimmali

Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Verżjoni | Deskrizzjoni tat-territorju |

il-Bulgarija | BG-1 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

BG-2 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

BG-3 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

il-Brażil | BR-1 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 94/984/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

il-Botswana | BW-01 | 02/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

BW-02 | 02/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

in-Namibia | NA-01 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

ir-Russja | RU-1 | 01/99 | Ir-regjun ta' Murmansk (Murmanskaya oblast) |

ir-Repubblika Slovakka | SK-1 | 1/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

SK-2 | 1/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar |

is-Swaziland | SZ-01 | 1/2003- | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

l-Afrika t'Isfel | ZA-01 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

iż-Żimbabwe | ZW-01 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 1999/283/KE (kif emendat dan l-aħħar |

Kull pajjiz li jidher fl-ewwel kolonna ta' l-Anness II | Il-kodici ISO kif indikat fl-ewwel kolonna ta' l-Anness II | | Il-pajjiz kollu |

"

--------------------------------------------------

ANNESS IX

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 2000/585/KE)

"

ANNESS II

Garanziji għas-saħħa ta' l-annimali li għandhom jiġu mitluba fuq iċ-ċertifikazzjoni tal-laħam ta' l-annimali slavaġ u mrobbija u tal-laħam tal-fenek

NB

y y Laħam prodott minn annimali maqtulin wara s-7 ta' Lulju 2002 u qabel it-23 Diċembru ta' 2002 u laħam prodott minn annimali maqtulin wara s-7 ta' Ġunju 2003 jistà jiġi importat fil-Komunità.

x Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li qed jaderixxi isir Stat Membru tal-Komunità

Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Annimali bid-dwiefer tal-kaċċa, eskluż il-ħanżir salvaġġ | Ħanżir salvaġġ | Għasafar tal-kaċċa | Annimali slavaġġ bid-difer | leporidae (fenek u liebru) | Annimali oħra slavaġġ ta' l-art li jreddgħu |

| | Salvaġġ | Mrobbij | Salvaġġ | Mrobbi | Salvaġġ | Mrobbi | MC | SC | Salvaġġ | Fenek tat-trobbija | MC | SC |

MC | SC | MC | SC | MC | SC | MC | SC | MC | SC | MC | SC | MC | SC | MC | SC |

AR | Arġentina | AR | — | | — | | — | | — | | D | 8 | GĦ | | — | C | | H | | — |

AU | Awstralja | AU | A | 9 | F | | J | 9 | G | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

BG | Bulgarija | BG | — | | — | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

BG-1 | A | | F | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

BG-2 | A | | F | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

BG-3 | — | | — | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

BR | Brażil | BR | — | | — | | — | | — | | — | | — | | — | | C | | H | | — | |

BR-1 | — | | — | | — | | — | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

BW | Botswana | BW | — | | — | | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

BW-01 | Ay | 1, 2 | Fy | 2, 3 | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

BW-02 | Ax | 1, 2 | Fx | 2, 3 | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

CA | Kanada | CA | A | 9 | F | | J | 9 | G | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

CH | Svizzera | CH | A | | F | | J | | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

CL | Ċili | CL | A | 9 | F | | — | | — | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

CY | Ċipru | CY | A | | F | | J | | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

CZ | Repubblika Ċeka | CZ | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

EE | Estonja | EE | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

GL | Groenlandja | GL | A | | F | | — | | — | | D | | — | | — | | C | | H | | E | |

HR | Kroazja | HR | A | | F | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

HU | Ungerija | HU | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

IL | Iżrael | IL | — | | — | | — | — | — | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

LT | Lituwanja | LT | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

LV | Latvja | LV | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

MT | Malta | MT | A | | F | | J | | G | | D | | GĦ | | | | C | | H | | E | |

NA | Namibia | NA | — | | — | | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

NA-01 | A | 1, 2 | F | 2, 3 | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

NC | New Caledonia | NC | A | | F | | — | | — | | — | | — | | — | | C | | H | | — | |

NZ | New Zealand | NZ A | A | 9 | F | | J | 9 | G | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

PL | Polonja | PL | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

RO | Rumanija | RO | A | | F | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

RU | Russja | RU | — | | — | — | — | | — | | — | | — | — | — | | C | | H | | E | |

RU-1 | — | — | F | 5 | | | — | | — | | | | | | C | | H | | E | |

SI | Islovenja | SI | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

SK | Repubblika Slovakka | SK-1 | A | | F | | — | | — | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

SK-2 | A | | F | | J | 7 | G | | D | | GĦ | | — | | C | | H | | E | |

SZ | Swaziland | SZ | — | | — | | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

SZ-01 | A | 1, 2 | F | 2, 3 | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

TH | Tajlandja | TH | — | | — | | — | | — | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

TN | Tuneżija | TN | — | | — | | — | | — | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

US | Stati Uniti ta' l-Amerika | US | A | 9 | F | | J | 9 | G | | D | 8 | GĦ | | — | | C | | H | | — | |

UY | Urugwaj | UY | — | | — | | — | | — | | — | | — | | — | | C | | H | | — | |

ZA | Afrika t'Isfel | ZA | — | | — | | — | | — | | — | | — | | B | | C | | H | | — | |

ZA-01 | A | 1, 2 | F | 2, 3 | — | | — | | | | | | B | | C | | H | | — | |

ZW | Żimbabwe | ZW | — | | — | | — | | — | | — | | — | | | | C | | H | | — | |

ZW-01 | — | | — | | — | | — | | | | | | | | C | | H | | — | |

Pajjiżi terzi, li m'humiex dawn t'hawn fuq, li jidhru fil-lista ta' l-ewwel parti ta' l-ANNESS mad- Deciżjoni 79/542/KEE: kif emendat dan l-aħħar | — | — | — | — | — | — | — | C | | H | | | — |

"

--------------------------------------------------

ANNESS X

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 97/222/KE)

"PARTI I Deskrizzjoni tat-territorji reġjonaliżżati kif stabbilita għall-pajjiżi li qedin fil-lista f'partijiet II - III

Pajjiż | Territorju | Deskrizzjoni tat-territorju |

Kodiċi | Verżjoni |

AR Arġentina | AR-1 | 1/2002 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 93/402/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

AR-3 | 1/2002 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 93/402/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

BG Bulgarija | BG | | Il-pajjiż kollu |

BG-1 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

BG-2 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

BG-3 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

BR Brażil | BR | | Il-pajjiż kollu |

BR-1 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 93/402/KE(kif emendat dan l-aħħar) |

SCG Serbia u Montenegro | SCG | | Il-pajjiż kollu |

SCG-1 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

SCG-2 | — | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

MY Il-Malasja | MY | | Il-pajjiż kollu |

MY-1 | 95/1 | Il-Penisola (tal-punent) tal-Malasja biss |

SK ir-Repubblika Slovakka | SK | | Il-pajjiż kollu |

| SK-1 | 1/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar) |

| SK-2 | 1/2003 | Kif deskritt fl-ANNESS I tad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/371/KE (kif emendat dan l-aħħar)" |

--------------------------------------------------

ANNESS XI

(jemenda d-Deċiżjoni Nru 97/222/KE)

"PARTI II Pajjiżi terzi jew partijiet minnu minn fejn prodotti tal-laħam huma awtoriżżatti għall-importazzjoni ġo l-Komunità Ewropea

"— "L-ebda ċertifikat stabbilit u prodotti tal-laħam m'humiex awtorizzati.

"() "Għall-prodotti tal-laħam magħmulin minn laħam frisk ta' qżieqes domestiċi skond d-Deċiżjoni Nru 98/371/KE kif emendat dan l-aħħar.

"() "Għall-prodotti tal-laħam magħmulin mill-laħam frisk ta' l-annimali tal-kaċċa bid-dwiefer mrobbija (ħanżir).

Kodiċi- ISO | Pajjiż jew parti minn pajjiż minn fejn ħarġu | 1.Bovini domestiċi2.Annimali bid-dwiefer imrobbija (eskluż il-ħanżir) | Bovini/razza tal-mogħoż domestiċi | 1.Qżieqeż domestiċi2.Annimali bid-dwiefer imrobbija (eskluż il-ħanżir) | Annimal bid-difer domestiċi | 1.Tjur domestiku2.Annimali bir-rix tat-trobbija | Fenek domestiku u fenek tal-liebru mrobbi | Annimali bid-dwiefer slavaġġ (eskluż il-ħanżir) | Ħanżir salvaġġ | Annimal bid-difer salvaġġ | Fniek tal-liebru slavaġġ(fniek u fniek slavaġġ) | Għasafar tal-kaċċa slavaġġ | Annimali slavaġġ ta' l-art li jreddgħu (esklużi annimali bid-dwiefer, annimali b'difer wieħed u fniek tal-lebru) |

AR | Arġentina AR-1 | C | C | C | A | A | A | C | C | — | A | D | — |

Arġentina AR-3 | A | A | C | A | A | A | C | C | — | A | D | — |

AU | Awstralja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

BG | Bulgarija BG | D | D | D | A | D | A | D | D | — | A | D | — |

Bulgarija BG-1 | A | A | D | A | D | A | A | D | — | A | D | — |

Bulgarija BG-2 | A | A | D | A | D | A | A | D | — | A | D | — |

Bulgarija BG-3 | D | D | D | A | D | A | D | D | — | A | D | — |

BH | Bahrain | B | B | B | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

BR | Brażil | C | C | C | A | D | A | C | C | — | A | D | — |

Brażil BR-1 | C | C | C | A | A | A | C | C | — | A | A | — |

BW | Botswana | B | B | B | B | — | A | B | B | A | A | — | — |

BY | Belarus | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

CA | Kanada | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

CH | Isvizzera | A | A | A | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

CL | Ċili | A | A | A | A | A | A | B | B | — | A | A | — |

CN | Repubblika Popolari taċ-Cina | B | B | B | B | B | A | B | B | — | A | B | — |

CO | Kolombja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

CY | Ċipru | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

CZ | Repubblika Ċeka CZ | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

EE | Estonja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

ET | Etjopja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

GL | Groenlandja | — | — | — | — | — | A | — | — | — | A | A | A |

HK | Hong Kong | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | — | — |

HR | Kroazja | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | — |

HU | Ungerija | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

IL | Iżrael | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | D | — |

IN | Indja | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

IS | Islanda | B | B | B | A | — | A | B | B | — | A | — | — |

KE | Kenya | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

KR | Korea (Rep.) | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

LT | Lituwanja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

LV | Latvja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

MA | Marokk | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

MG | Madagaskar | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | D | — |

MK | Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | A | A | B | A | — | A | B | B | — | A | — | — |

MT | Malta | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

MU | Mawrizju | B | B | B | B | — | A | B | B | — | A | — | — |

MX | Messiku | A | D | D | A | D | A | D | D | - | A | D | — |

MY | Malasja MY | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — |

Malasja MY-1 | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

NA | Namibia | B | B | B | B | D | A | B | B | A | A | D | — |

NZ | New Zealand | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

PL | Polonja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

PY | Paragwaj | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | — |

RO | Rumanija | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | A |

RU | Russja | C | C | C | B | — | A | C | C | — | A | — | A |

SG | Singapor | B | B | B | B | D | A | B | B | — | A | — | — |

SI | Islovenja | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

SK | Repubblika Slovakka | A | A | — | A | A | A | A | — | — | A | A | A |

Repubblika Slovakka SK-1 | A | A | D | A | A | A | A | D | — | A | A | A |

Repubblika Slovakka SK-2 | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | A |

SZ | Iswaziland | B | B | B | B | — | A | B | B | A | A | — | — |

TH | Tajlandja | B | B | B | B | A | A | B | B | — | A | D | — |

TN | Tuneżija | C | C | B | B | A | A | B | B | — | A | D | — |

TR | Turkija | — | — | — | — | D | A | — | — | — | A | D | — |

UA | Ukrajna | — | — | — | — | — | A | — | — | — | A | — | — |

US | Istat Uniti ta' l-Amerika | A | A | A | A | A | A | A | A | — | A | A | — |

UY | Urugwaj | C | C | B | A | D | A | — | — | — | A | D | — |

SCG | Serbia u Monte-negro | D | D | D | A | D | A | C | C | — | A | — | — |

Serbia u Monte-negro SCG-1 | D | D | D | A | D | A | C | D | — | A | — | — |

Serbia u Monte-negro SCG-2 | D | D | D | A | D | A | C | C | — | A | — | — |

ZA | Afrika t'Isfel | C | C | C | A | D | A | C | C | A | A | D | — |

ZW | Żimbabwe | C | C | B | A | D | A | B | B | — | A | D | —" |

--------------------------------------------------