32003R2277



Official Journal L 336 , 23/12/2003 P. 0068 - 0074


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2277/2003

tat-22 ta' Diċembru 2003

li jemenda Annessi I u II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], u partikolarment it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13 tiegħu,

billi:

(1) Il-listi ta' għalf, materjali miżjuda ma' l-għalf biex jagħtu sustanza jew kulur, ċerti sustanzi u proċessi użati f'alimentazzjoni għall-annimali f'għalf kif stabbiliti fl-Anness II, partijiet C u D tar-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91 gew riveduti, skond il-punt 4.15 ta' l-Anness I, parti B għal dak ir-Regolament.

(2) Ċerti materjali ta' għalf konvenzjonali li joriġinaw minn pjanti ma għadhomx meħtieġa iżjed fil-biedja organika fil-livell tal-Komunità. Madankollu, il-biċċa kbira tal-materjali ta' għalf konvenzjonali u partikolarment uċuh ta' proteini tar-raba huma indispensabbli, għallinqas f'xi Stati Membri. Barra minn dan, prodotti konvenzjonali li jinħadmu mill-ħalib għadhom meħtieġa fil-biedja organika u materjali oħrajn huma meħtieġa biex jassiguraw il-ġid ta' bhejjem imrobbija organikament.

(3) L-użu ta' ċerti preservattivi huwa permess biss fil-biedja organika bħala żieda għall-għalf għat-tiħżin. L-użu ta' dawk is-sustanzi madankollu huwa meħtieġ f'xi Stati Membri biex jiġu preservati wċuh tar-raba. Barra minn dan, għal raġunijiet teknoloġiċi, aktar addittivi għall-għalf minn gruppi tal-legaturi, materjali li jipprevedu t-tagħqid u oħrajn li jikkoalugaw huma meħtieġa.

(4) Il-listi ta' materjali ta' għalf u adittivi ta' l-għalf għandhom b' hekk ikunu emendati.

(5) Regoli armonizzati għal prodotti organiċi għall-bhejjem huma reċenti sew. Il-ġabra ta' ġene ta' l-ispeċi ta' bejjem mitmuh organikament għadu żgħir. Barra minn dan, fil-każ partikolari tat-tjur, is-sistemi ta' produzzjoni jikkomprendu stadji differenti, li huma aktarx taħt it-tmexxija ta' setturi speċjalizzati differenti. Minħabba l-komplessità ta' dawk is-sistemi, iċ-ċiklu intier tal-produzzjoni tat-tjur għadu sa issa ma ġie ikkompletat minn ebda Stat Membru. Sabiex tiġi assigurata bijodiversità adegwata ta' bhejjem imrobbija organikament u sabiex jitħaffef l-iżvilupp tal-prodotti oganiċi għall-bhejjem, hemm il-ħtieġa li jiġi mtawwal il-perjodu transitorju li fih annimali konvenzjonali jistgħu jiddaħħlu fis-sistema tal-biedja organika.

(6) Għall-issupplimentar ta "zvilupp naturali u għat-tiġdid ta" merħla jew grupp ta "bhejjem, għandha tittieħed attenzjoni partikolari għal razez konvenzjonali f`periklu li jintilfu għall-biedja."

(7) Wieħed mill-prinċipji tas-sistema ta' biedja organika huwa li tiġi assigurata rabta bejn il-produzzjoni tal-bhejjem u r-raba li jinħarat. Għall-ispeċi kollha ta' annimali mrobbija organikament, l-għalf għandu jiġi l-aktar mir-razzett organiku stess, u fejn dan ma jkunx possibbli, jinħadem b' koperazzjoni ma rziezet organiċi oħra.

(8) l-Annessi I u II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom b'hekk jiġu emendati skond dan.

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffi ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, pġ. 1; Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

1. L-Anness I, parti B tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(a) punt 3.4 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Bħala tieni deroga, meta xi merħla jew qatgħa tkun kostitwita għall-ewwel darba u annimali organikament imrobbija ma jkunux disponibbli f'għadd suffiċjenti, annimali imrobbija mhux organikament jistgħu jiddaħħlu f'unità ta' produzzjoni organika, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

- tiġieġ ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa u li jkun għall-produzzjoni tal-bajd,

- tjur għall-produzzjoni tal-laħam għandhom ikunu ta' mhux aktar minn tlett ijiem,

- bufli għat-tgħammir għandhom ikunu ta' mhux aktar minn sitt xhur,

- oġgħla u friegħ għat-tgħammir għandhom jitrabbew skond ir-regoli ta' dan ir-Regolament malli jinfatmu u fi kwalunkwe każ għandhom ikunu ta' inqas minn sitt xhur,

- ħrief u gidi għat-tgħammir għandhom jitrabbew skond ir-regoli ta' dan ir-Regolament malli jinfatmu u f'kull każ għandhom ikunu ta' inqas minn 60 jum,

- ħannus għat-tgħammir għandhom jitrabbew skond dan ir-Regolament malli jinfatmu u għandhom jiżnu inqas minn 35 kg.";

(b) punt 3.5 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Din id-deroga, li għandha tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità jew korp ta' ispezzjoni, tapplika għall perijodu transitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004.";

(ċ) punt 3.6 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Bħala tielet deroga, ir-rinovament jew kosituzzjoni mill-ġdid tal-merħla jew qatgħa għandha tkun awtorizzata mill-awtorità jew korp ta' kontroll meta annimali mrobbija organikament ma jkunux disponibbli, u fil-każi li ġejjin:

(a) rata għolja ta' imwiet ta' annimali kkawżata minn ċirkustanzi sanitarji jew katastrofiċi;

(b) tiġieġ għall-produzzjoni tal-bajd li ma jkollomx aktar minn 18-il ġimgħa;

(ċ) tjur għall-produzzjoni tal-laħam ta' inqas minn tlett ijiem;

(d) ħannus għat-tgħammir, malli jinfatmu ta' piż ta' inqas minn 35 kg.

Il-każi (b), (c) u (d) huma awtorizzati għall-perijodu transitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004.";

(d) punt 3.10 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Dawn il-persentaġġi jistgħu jiġu miżjuda, sa 40 % skond l-opinjoni u l-qbil ta' l-awtorità jew korp ta' ispezzjoni, fil-każi speċjali li ġejjin:

- meta ssir estensjoni maġġura ta' razzett għat-trobbija ta' l-annimali,

- meta razza tiġi mibdula,

- meta tiġi żviluppata speċjalizzazzjoni ġdida ta' bhejjem,

- meta razzez ikunu fil-periklu li jintilfu għall-biedja. Annimali ta' dawk ir-razez mhux bilfors ikunu qatt ma welldu.";

(e) punt 4.3 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Ukoll, l-annimali għandhom jitrabbew skond ir-regoli mniżżla f'dan l-Anness, bl-użu ta' għalf mill-unità jew, meta dan ma jkunx possibbli, bl-użu ta' għalf minn unitajiet jew intrapriżi oħrajn soġġetti għall-provvedimenti ta' dan ir-Regolament. Barra minn dan, fil-każ ta' erbivori, ħlief waqt il-perjodu ta' kull sena meta l-annimali jkunu qegħdin jiċċaqilqu minn reġjun ta' klima kiesħa għal ieħor ta' klima sħuna, għallinqas 50 % ta' l-għalf għandu jiġi mill-kumpless tar-razzett stess jew fil-każ li dan ma jkunx possibbli, għandu jkun prodott b'koperazzjoni ma' irziezet oħrajn organiċi.";

(f) punt 4.8 huwa mibdul b'dan li ġej:

"B'deroga mill-paragrafu 4.2, għal perjodu transitorju li jiskadi fl-24 Awissu 2005, l-użu ta' proporzjon limitat ta' għalf konvenzjonali huwa awtorizzat fejn il-bdiewa jistgħu juru għas-sodisfazzjon tal-korp jew awtorità ta' ispezzjoni ta' l-Istat Membru li mhumiex f'qagħda li jiksbu l-għalf esklussivament minn produzzjoni organika. Il-persentaġġ massimu ta' għalf konvenzjonali awtorizzat kull sena huwa ta' 10 % fil-każ ta' erbivori u ta' 20 % għal speċi oħrajn. Dawn il-figuri għandhom ikunu kalkolati ta' kull sena bħala persentaġġ tal-materjal aridu ta' l-għalf minn oriġini agrikola. Il-persentaġġ massimu awtorizzat ta' għalf konvenzjonali fir-razzjon ta' kuljum, ħlief waqt il-perjodu meta l-annimali jkunu jiċċaqilqu minn reġjun ta' kesħa għal reġjun ta' sħana, għandu jkun ta' 25 % ikkalkolat bħala persentaġġ tal-materjal aridu.";

(g) punt 4.10 huwa mħassar;

(h) punt 4.17 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Prodotti biss illistjati fl-Anness II, parit D, taqsima 1.3 (enzimi), 1.4 (mikroorganiżmi), 1.5 (preservattivi), 1.6 (legaturi, materjal li jipprevedi t-taqgħid u koagulanti), 1.7 (sustanzi antiossidanti), 1.8 (adittivi għall-ħżin), 2 (ċerti prodotti użati fin-nutriment ta' l-annimali) u 3 (materjal li jgħin fl-għalf) jista' jintuża fil-għalf għall-annimali għall-għanijiet indikati dwar il-kategoriji msemmija aktar 'il fuq. Antibijotiċi, kokkidijostatiċi, sustanzi mediċinali, sustanzi adittivi li jkabbru, jew sustanzi oħrajn intiżi biex jistimulaw it-tkabbir jew produzzjoni ma għandhomx jintużaw fl-għalf ta' l-annimali."

2. L-ANNESS II, parti C għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Materjal ta' għalf minn oriġini ta' pjanti

1.1. Ċereali, grani, il-prodotti u prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

il-ħafur bħala grani, troffi, il-qxur u nuħħala; xgħir bħala ċereali, proteini u middlings; "rice germ expeller"; dekkuk bħala ċereali; segala bħala ċereali u "middlings"; sorgħum bħala ċereali; qamħ bħala ċereali, "middlings", granza (jew nuħħala), għalf tal-glutina, glutina u żerriegħa; triticale bħala żerriegħa; qamħirrum bħala żerriegħa, granza (jew nuħħala), middlings, germ expeller and glutina; zkuk tax-xgħir; brewers' grains.

1.2. Żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt, frott żejtni, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

żerriegħa tal-kolza, expeller u qoxra taż-żrieragħ; sojja f'forma ta' żerriegħa, qxur mixwi; ġirasol bħala żerriegħa u expeller; Qoton bħala żerrigħa u expeller; żerriegħa tal-kittien bħala żerriegħa u expeller; ġulġliena bħala expeller; il-qalba tal-palma bħala expeller; żerriegħa tal-qara ħamra bħala expeller; żebbuġ, polpa taż-żebbuġ; żjut magħmula mill ħxejjex (estratt fiżikament).

1.3. Iż-żerriegħa tal-ħaxix li jittiekel, il-prodotti u prodotti sekondarji tagħhom. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Ċiċri bħala żerriegħa, middlings u granza; ervil bħala żerriegħa, middlings and granza; ġulbiena bħala żerriegħa mgħoddija mit-trattament ta' sħana, middlings u granza; piżelli bħala żerriegħa, middlings, u granza; ful bħala żerriegħa, middlings u granza; ful għall-għalf taż-żiemel bħala żerriegħa, middlings u granza, ġulbiena bħala żerriegħa, middlings u granzi, u lupini bħala żerriegħa, middlings u granza.

1.4. Tuberu, għeruq, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Polpa tal-pitravi taz-zokkor, patata, patata ħelwa bħala tuberu, polpa tal-patata (prodott sekondarju mill-estrazzjoni tal-lamtu tal-patata), lamtu tal-patata, proteini u dqiq tal-patata.

1.5. Żerriegħa oħra u Frott, u t-tipi tal-Prodotti tagħhom. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Ħarrub, miżwed tal-ħarrub, smida tiegħu, qara ħamra, polpa taċ-ċitru; tuffieħ, sfarġel, lanġas, ħawħ, bajtar, għeneb u l-polpa tiegħu; qastan, expeller tal-ġellewż, qxur u expeller tal-kawkaw; ġandra.

1.6. Għalf għaż-żwiemel u għalf oħxon. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Xnien, smida tax-xnien, silla, smida tas-silla, ħaxix (miksub mill-pjanti ta' l-għalf), smida tal-ħaxix, għalf tal-ħaxix, tiben taċ-ċereali, u ħaxix taż-żerriegħa għall-għalf.

1.7. Pjanti oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Ġulepp, smida ta` l-alġi (miksub mit-tnixxif u bl-għasir ta' l-alġi u maħsula biex jitnaqqas il-kontenut tal-jodju), trabijiet u estratti tal-pjanti, estratti tal-proteini tal-pjanti (forniti biss lill-annimali ta' età żgħira), ħwawar u ħaxix aromatiku.

1.8. Il-materjal ta' l-għalf li ġejjin biss jistgħu jintużaw sat-30 ta' Ġunju 2004: ross bħala frak, ross maqsum, granza tar-ross, għalf tas-segala, granza tas-segala, expeller taż-żerriegħa tar-rapa ta' nevew, qoxra taż-żerriegħa tal-kolza ta' nevew u tapjoka.

2. Materjal għall-għalf li joriġina mill-annimali

2.1. Ħalib u prodotti tal-ħalib. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Ħalib mhux imsajjar kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/46/KEE [1], trab tal-ħalib, ħalib xkumat, trab tal-ħalib xkumat, xorrox tal-butir, trab tax-xorrox tal-butir, xorrox, trab tax-xorrox, trab tax-xrrox mingħajr ħafna zokkor, trab tal-proteina tax-xorrox (estratt bi trattament fiżiku), trab talkaseina, trab lattosju, baqta u ħalib qares.

2.2. Il-ħut, annimali oħrajn tal-baħar, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Smida tal-ħut.

2.3. Il-bajd u l-prodotti tal-bajd għall-użu bħala għalf għat-tjur, preferibbilment mill-istess azjenda.

3. Materjal li jingħalef ta' oriġini minerali

Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Sodju:

melħ tal-baħar, mhux raffinat

melħ mhux raffinat, mill blat

sulfat tas-sodju

soder

bikarbonat

melħ komuni tal-mejda;

Potassju:

klorat tal-potassju;

Kalċju:

l-ispeċi fil-ġeneru lithothamnion u maerl

il-qxur ta' annimali tal-baħar (fosthom l-għadam ta' l-ispeċi fil-familji sepidae u sepiolidae)

karbunat tal-kalċju

kalċju tal-ħalib

kalċju tal-glukosju;

Fosfru:

fosfat bla kalċju mingħajr flworin

fosfat ta' monokalċju mingħajr flworin

fosfat ta' monosodju

fosfat tal-kalċju-manjesju

fosfat tal-kalċju-sodju;

Manjesju:

Ossidu tal-manjesju (anhydrous magnesia)

sulfat tal-manjesju

klorur tal-manjesju

karbonat tal-manjesju

fosfat tal-manjesju;

Sulfat:

sulfat tas-sodju.

Bone dicalcium phosphate precipitate jista' jintuża sat-30 ta' Ġunju 2004."

3. L-ANNESS II, parti D għar-Regolamenti (KEE) Nru 2092/91 huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Adittivi għall-għalf

1.1. oligoelementi. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

E1 Ħadid:

karbonat (II) li fih il-ħadid

sulfat (II) monoidrat u/jew ettaidrat

ossidu ferriku (III):

E2 Jodju:

kalċju jodat, anidru

kalċju jodat, eżadrat

jodur tas-sodju;

E3 Kobalt:

(II) sulfhat monoidrat tal-kobalt u/jew ettaidrat

Karbonat bażiku tal-kobalt (II), monoidrat;

E4 ram:

ossidu tar-ram (II)

karbonat bżiku tar-ram (II), monoidrat

sulfat tar-ram (II), pentaidrat;

E5 Manganeiż:

karbonat tal-manganiż (II)

ossidu tal-manganiż uossidu manganiku

sulfat tal-manganiż (II), mono- u/jew tetraidrat;

E6 Żingu:

karbonat taż-żingu

ossidu taż-żingu

sulfat-taż-żingu mono- u/jew eptaidrat;

E7 Molybdenum:

ammonju molybdeniku, sodju molybdeniku;

E8 Selenju:

sodju selenat

sodju selenit.

1.2. Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament definiti sew li għandhom effett simili. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Vitamini awtorizzati taħt id-Direttiva 70/524/KEE [2]:

- preferibbilment derivati minn imterja prima li tinsab b'mod naturali fil-għalf, jew

- vitamini sintetiċi identiċi għal vitamini naturali biss għal annimali monogastriċi.

B' deroga mill-ewwel, u matul perjodu transitorju li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2005, l-awtorità lokali kompetenti ta' kull Stat Membru tista' tawtorizza l-użu ta' vitamini sintetiċi tat-tipi A, D u E għal annimali li jixtarru sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

- il-vitamini sintetiċi huma identiċi għal vitamini naturali, u

- l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Istati Membri hija bażata fuq kriterji preċiżi u avżata lill-Kummissjoni.

Prodotti jistgħu jibbenifikaw minn din l-awtorizzazzjoni biss jekk ikunu urew għas-sodisfazzjon tal-korp jew awtorità ta' ispezzjoni ta' l-Istat Membru li s-saħħa u l-ġid ta' l-annimali tagħhom ma jistgħux ikunu garantiti mingħajr l-użu ta' dawn il-vitamini sintetiċi.

1.3. Enżimi. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

Enżimi awtorizzati taħt id-Direttiva 70/524/KEE.

1.4. Mikroorganiżmi. Dawn il-mikro-organiżmi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

mikroorganiżmi awtorizzati taħt id-Direttiva 70/524/KEE.

1.5. Preservattivi. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

E 200 Aċidu sorbiku

E 236 Aċidu Formiku

E 260 Aċidu Aċetiku

E 270 Aċidu Lattiku

E 280 Aċidu Propjoniku

E 330 Aċidu ċitriku.

L-użu ta' aċidu formiku, propjoniku u aċetiku fil-produzzjoni ta' għalf tal-ħaxix ikun permess biss meta l-kondizzjonijiet tat-temp ma jippermettux fermentazzjoni adegwata.

1.6. Legaturi, materjal li jippreveni t-tagħqid u sustanzi li jgħaqqdu. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

E 470 kalċjusteariku ta' oriġini naturali

E 551b Silika li twaħħal bla kolla

E 551c Kieselgur

E 558 Bentonite

E 559 Tafal tal-kawlina

E 560 Taħlit naturali ta' steariti u kloriti

E 561 Vermikuliti

E 562 Sepjoliti

E 599 Pèrlajt.

1.7. Sustanzi anti-ossidanti. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

E 306 Estratti ta' oriġini naturali li tikkontjeni ħafna Tokoferol

1.8. Adittivi għall-għalf tal-ħaxix maħżun. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

mid-19 ta' Ottubru 2004 'il quddiem, enżimi, ħmira u batterji awtorizzati mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 dwar l-adittivi għall-użu għall-alimentazzjoni ta' l-annimali.

2. Ċerti prodotti użati fl-alimentazzjoni ta' l-annimali

Dawn il-prodotti li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

ħmira tal-birra.

3. Materjal li jgħin fil-proċessi użati fl-għalf

3.1. Materjal li jgħin fil-proċessi użati fl-għalf tal-ħaxix maħżun. Dawn is-sustanzi li ġejjin biss huma inklużi f'din il-kategorija:

- Melħ tal-baħar, melħ ħarex mill-blatt, xorrox, zokkor, polpa tal-pitravi taz-zokkor, dqiq taċ-ċereali u ġulepp,

- sat-18 ta' Ottubru 2004, enżimi, ħmira, u baterji lattiċi, aċetiċi, formiċi, u propjoniċi."

[1] ĠU L 268, 14.9.1992, pġ. 1.

[2] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva 70/524/KEE titħassar b'effett mid- 19.10.2004. Minn dik id-data, Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar adittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (ĠU L 268, tat-18.10.2003, pġ. 29) għandhom jgħoddu.

--------------------------------------------------