32003R2132



Official Journal L 320 , 05/12/2003 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2132/2003

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf għall-bhejjem u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], and in particular l-Artikolu 10 thereof,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 [2], aġenziji ta’ l-intervent organizzaw stedina permanenti għal sejħa ta’ offerti għall-ħalib tat-trab xkumat mqiegħed fil-ħażna qabel l-1 ta’ Mejju 2002.

(2) Minħabba l-kwantità li għad hemm disponibbli u l-qagħda tas-suq, id-data għandha tiġi emendata għall-1 ta’ Ġunju 2002.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, "l-1 ta’ Mejju 2002" hija hawnhekk mibdula fi "l-1 ta’ Ġunju 2002".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 121).

[2] ĠU L 340, tal-31.12.99, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2002 (ĠU L 341, tas-17.12.2, p. 11).

--------------------------------------------------