32003R1784



Official Journal L 270 , 21/10/2003 P. 0078 - 0095


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003

tad-29 ta' Settembru 2003

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 36, u t-tielet sottoparagrafu at' 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Billi:

(1) L-operat u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrikoli għandu jiġi akkompanjat mit-twaqqif ta' politika komuni agrikola li tinkludi, partikolarment, organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli li illi jistgħu jieħdu għamliet varji skond il-prodott.

(2) Il-politika komuni agrikola ssegwi l-għanijiet dikjarati fit-Trattat. Sabiex jiġu stabbilizzati s-swieq u biex jiġi żgurat livell stabbilit (standard) mhux ħażin (fair) ta' ħajja għall-Komunità agrikola fis-settur taċ-ċereali, huwa meħtieġ li jipprovdu għal miżuri interni tas-suq li jikkomprendu, partikolarment, sistema ta' intervent u sistema komuni ta' importazzjoni u esportazzjoni.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [4] ġie emendat sostanzjalment diversi drabi. Minħabba f'aktar emendi għandu jitħassar u jiġi mibdul fl-interessi ta' ċarezza.

(4) Ir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jipprovdi li deċiżjoni fuq tnaqqis finali fil-prezz ta' l-intervent għal ċereali li jrid jiġi applikat mis-sena tas-suq 2002/2003 'l quddiem irid jittieħed fid-dawl ta' żviluppi tas-suq. Huwa importanti li prezzijiet fis-suq intern jistrieħu inqas fuq prezzijiet garantiti. Huwa għalhekk xieraq li titnaqqas bin-nofs iż-żieda ta' kull xahar sabiex titjieb il-fluwidita tas-suq.

(5) L-introduzzjoni ta' prezz waħdieni ta' intervent għal ċereali wasslet għall-akkumulu ta' ħażniet kbar ta' intervent tas-segala bħala riżultat tan-nuqqas ta' żbokki ta' rimi/qerda suffiċjenti fi swieq interni u esterni. Is-segala għandha għalhekk tiġi eskluża mis-sistema ta' intervent.

(6) L-aġenziji ta' intervent għandhom ikunu jistgħu, f'ċirkostanzi speċjali, jieħdu miżuri ta' intervent xierqa għal dawk iċ-ċirkostanzi. Sabiex tkun tista' tinżamm l-uniformita meħtieġa ta' sistemi ta' intervent, dawk iċ-ċirkostanzi speċjali għandhom jiġu stmati u l-miżuri xierqa stabbiliti fil-livell tal-Komunità lieva.

(7) Minħabba fis-sitwazzjoni speċjali fis-suq għal lamtu taċ-ċereali u tal-patata jista' jkun meħtieġ li jiġi provvdut għal ħlas lura (rifond) ta' prodozzjoni ta' natura tali li l-prodotti bażiċi wżati minn din l-industrija jkunu jistgħu jsiru disponibbli għaliha bi prezz aktar bass minn dak li jirrisulta mill-applikazzjoni tal-prezzijiet komuni

(8) Il-ħolqien ta' suq waħdieni għaċ-ċereali fil-Komunità jinvolvi l-introduzzjoni ta' sistema ta' kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Din is-sistema ta' kummerċ li tikkumplimenta s-sistema ta' intervent u li tinkludi dazji ta' importazzjoni u ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni għandha, partikolarment, tistabbilizza s-suq tal-Komunità. Is-sistema ta' kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-impriżi aċċettati skond ir-Round ta' l-Urugwaj ta' negozjati multilaterali. Is-sistema ta' ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni għandha tiġi applikata għal prodotti proċessati li jikkontjenu ċereali biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq dinji.

(9) Sabiex jiġi monitorjat il-volum ta' kummerċ f'ċereali ma' pajjiżi terzi, għandha ssir dispożizzjoni għal skema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzzjoni bid-depożitu ta' sigurta biex jiġi żgurat li t-transazzjonijiet li għalihom dawn il-liċenzi huma mitluba jiġu effettwati.

(10) Fil-biċċa 'l kbira, id-dazji tad-dwana applikabbli għal prodotti agrikoli skond il-ftehimijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (ODS) huma preskritti fit-tariffa komuni tad-dwana. Madankollu, għal xi ċereali, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi addizzjonali tagħmilha ta' ħtieġa l-adozzjoni ta' derogi.

(11) Sabiex jiġu prevjenuti jew kontrobattuti effetti ta' ħsara fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirrisultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli, importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal ħlas ta' dazju addizzjonali ta' importazzjoni, jekk ċerti kondizzjonijiet jiġu aderiti.

(12) Huwa xieraq, fuq ċerti kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tiftaħ u tamministra kwoti ta' tariffa li jirrisultaw minn ftehimijiet internazzjonali konklużi bi qbil mat-Trattat jew minn atti oħra tal-Kunsill.

(13) Dispożizzjonijiet biex jingħata ħlas lura (rifond) fuq esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji, u li jidħlu fil-limiti stabbiliti mill-Ftehim ta' l-ODK dwar l-agrikoltura [5], għandhom iservu biex jissalvagwardjaw parteċipazzjoni tal-Komunità f'kummerċ internazzjonali f'ċereali. Dawn il-ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal limiti f'termini ta' kwantita u valur.

(14) Konformita mal-limiti f'termini ta' valur għandha tiġi żgurata fil-ħin meta ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni huma fissata permezz tal-monitorjar ta' ħlasijiet skond ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija. Monitorjar jista' jiġi faċilitat bil-fissar bil-quddiem ta' bil fors ta' ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni, waqt li jippermetti l-possibilta, fil-każ ta' ħlasijiet lura (rifondi) differenzati, li tinbidel id-destinazzjoni speċifikata f'erja ġijografika li għaliha tapplika rata waħda ta' ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni. Fil-każ ta' bdil fid-destinazzjoni, il-ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni applikabbli għad-destinazzjoni attwali għandu jitħallas, b'livell massimu (saqaf) ta' l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni fissata bil-quddiem.

(15) Li tiġi żgurata konformita mal-limiti ta' kwantita teħtieġ l-introduzzjoni ta' sistema ta' min joqgħod fuqha u effettiva ta' monitorjar. Għal dan l-iskop, l-għoti ta' ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni għandha tkun suġġetta għal liċenza ta' esportazzjoni. Ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni għandhom jingħataw sal-limiti disponibbli, skond is-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott konċernat. Eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom jiġu permessi biss fil-każ ta' prodotti proċessati mhux imniżżla f'lista fl-Anness I mat-Trattat, li għalihom limiti ta' volum ma japplikawx, u fil-każ ta' operati ta' għajnuna ta' l-ikel li huma eżentati minn kull limitazzjoni. Dispożizzjoni għandha ssir għal deroga minn konformita stretta ma' regoli ta' tmexxija fejn esportazzjonijiet li jibbenfikaw minn ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni x'aktarx ma jaqbżux il-livelli (soqfa) ta' kwantita preskritti.

(16) Sal punt meħtieġ sabiex taħdem kif jixraq, għandha ssir dispożizzjoni li tirregola jew, meta s-sitwazzjoni fis-suq hekk tirrikjiedi, tipprojbixxi l-użu ta' l-arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern u lejn l-estern;

(17) Is-sistema ta' dazju tad-dwana tagħmilha possibbli li jitwarrbu l-miżuri protettivi l-oħra kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Il-mekkaniżmu tas-suq intern u tad-dazju jista', f'ċirkostani eċċezzjonali, jiġi pruvat defiċjenti. F'dawn il-każijiet, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex bla difiża kontra ċaqliq li jista' jirrisulta, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien. Dawn il-miżuri kollha għandhom jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet li jinħolqu mill-ftehimijiet ta' l-ODK.

(18) Hija u titqies l-influwenza tal-prezz dinji tas-suq fuq il-prezz intern, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal miżuri xierqa li jridu jittieħdu sabiex jiġi stabbilizzat is-suq intern.

(19) L-operat kif xieraq ta' suq waħdieni bbażat fuq prezzijiet komuni ikun perikolat mill-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw għajnuna Statali għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn din l-organizzazzjoni tas-suq komuni.

(20) Minħabba li s-suq komuni fiċ-ċereali huwa fi żvilupp kontinwu, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin forniti b'tagħrif rilevanti għal dawn l-iżviluppi.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(22) Minħabba fil-ħtieġa li jissolvew problemi prattiċi u speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata li tadotta miżuri meħtieġa f'każijiet ta' emerġenza.

(23) In-nefqa miġrura mill-Istati Membri bħala riżultat ta' l-obbliġi li joħorġu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi finanzjata mill-Komunità bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [7];

(24) L-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali għandha tagħti kont xieraq u simultanju, ta' l-għanijiet dikjarati fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

(25) Il-bidla mill-arranġamenti fir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għal dawk provvduti f'dan ir-Regolament tista' toħloq diffikultajiet, li mhumiex trattati f'dan ir-Regolament. Sabiex titratta ma' dawn id-diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri transitorji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET PRELIMINARI

Artikolu 1

L-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali għandha tikkomprendi skema għal suq intern u kummerċ ma' pajjiżi terzi, u tkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni |

| |

(a) | 0709 90 60 | Qamħ ir-rum ħelu, frisk jew imkessaħ |

0712 90 19 | Qamħ ir-rum ħelu imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, imkisser jew trab, imma mhux preparat iktar, għajr ibridu għaż-żrigħ |

1001 90 91 | Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin |

1001 90 99 | Qamħ bil-karfa, qamħ komuni u meslin ieħor għajr għaż-żrigħ |

1002 00 00 | Is-segala |

1003 00 | Ix-xgħir |

1004 00 | Il-ħafur |

1005 10 90 | Żerriegħa tal-qamħ ir-rum oħra għajr żerriegħa ibrida |

1005 90 00 | Qamħ ir-rum ieħor għajr żerriegħa |

1007 00 90 | Żerriegħa tas-sorgu, oħra għajr ibridi għaż-żrigħ |

1008 | Buckwheat, żerriegħa tal-qaraboċċ u canary seed; ċereali oħra |

(b) | 1001 10 | Qamħ duru |

(ċ) | 1101 00 00 | Dqiq mill-qamħ jew l-meslin |

1102 10 00 | Dqiq tas-segala |

1103 11 | Xgħir mitħun oħxon u qamħ mitħun oħxon tal-qamħ |

1107 | Maltu, (malt) sewwa jekk inkaljat u sewwa jekk le |

(d) | Il-prodotti mniżżla f'lista fl-Anness I |

Artikolu 2

Is-sena tas-suq għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Artikolu 1 għandha tibda fl-1 ta' Lulju u tispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri provvduti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ skond il-politika agrikola komuni u skemi ta' appoġġ għal produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba [8].

IL-KAPITOLU II

IS-SUQ INTERN

Artikolu 4

1. Prezz ta' intervent għal ċereali suġġetti għal intervent għandu jiġi fissat għal EUR 101,31 EUR/t.

Il-prezz ta' intervent validu għal qamħ ir-rum u żerriegħa tas-sorgu f'Mejju għandu jibqa' validu f'Lulju, Awissu u Settembru ta' l-istess sena.

2. Il-prezz ta' intervent għandu jirreferi għall-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa għal merkanzija mwassla l-maħżen, qabel il-ħatt. Għandu jkun validu għaċ-ċentri ta' intervent tal-Komunità nominati għal kull ċereali.

3. Il-prezz ta' intervent għandu jkun suġġett għal żidiet ta' kull xahar bi qbil mat-tabella dikjarata fl-Anness II.

4. Il-prezzijiet fissati f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu mibdula fid-dawl ta' żviluppi fi produzzjoni u s-swieq bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

Artikolu 5

1. L-aġenzija ta' intervent nominata mill-Istati Membri għandha tixtri għall-ħażna l-qamħ komuni, il-qamħ duru, ix-xgħir, il-qamħ ir-rum u s-sorgu li huma offruti lilhom u li ġew maħsuda fil-Komunità, basta iżda li l-offerti jikkonformaw mal-kondizzjonijiet preskritti, partikolarment rigward kwalità u kwantita.

2. Xiri għall-ħażna jista' jseħħ biss fil-perjodi ta' intervent li ġejjin:

(a) mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' April fil-każ tal-Greċja, l-Ispanja, l-Italja, u l-Portugall;

(b) mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju fil-każ ta' l-Isvezja;

(ċ) mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju fil-każ ta' l-Istati Membri.

Fil-każ tal-perjodu ta' intervent fl-Isvezja li jwassal għall-bdil tal-prodotti mniżżla f'lista fil-paragrafu 1 mill-Istati Membri f'intervent fl-Isvezja, regoli dettaljati għandhom jiġu adottati biex jirrettifikaw il-pożizzjoni bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

3. Xiri għall-ħażna għandu jitwettaq fuq il-bażi tal-prezz ta' intervent, jekk ikun meħtieġa wara żieda jew tnaqqis fil-prezz għal raġunijiet ta' kwalità.

Artikolu 6

Regoli dettaljati biex jiġu applikati l-Artikoli 4 u 5 għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), partikolarment rigward:

(a) l-istabbilizzazzjoni taċ-ċentri ta' intervent;

(b) il-kondizzjonijiet minimi, partikolarment rigward il-kwalità u l-kwantita meħtieġa ta' kull ċereali sabiex ikunu eliġibbli għal intervent;

(ċ) l-iskali ta' żieda u tnaqqis fil-prezz applikabbli għall-intervent;

(d) il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għat-teħid b'pusses mill-aġenziji ta' l-intervent;

(e) il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għar-rimi/qerda mill-aġenziji ta' l-intervent.

Artikolu 7

1. Fejn is-sitwazzjoni tiddetta dan, miżuri speċjali ta' intervent jistgħu jittieħdu. Dawn il-miżuri ta' intervent jistgħu jittieħdu partikolarment jekk, f'reġjuni waħda jew aktar tal-Komunità, il-prezzijiet jaqgħu, jew jheddu li jaqgħu, rigward il-prezz ta' intervent.

2. In-natura u l-applikazzjoni tal-miżuri speċjali ta' intervent u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-bejgħ jew għal kull mezz ieħor ta' rimi/qerda tal-prodotti suġġetti għal dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 8

1. Ħlas lura (rifond) ta' produzzjoni jista' jingħata għall-lamtu miksub mill-qamħ ir-rum, il-qamħ jew il-patata u għal ċerti derivattivi wżati fil-fabbrikazzjoni ta' ċertu merkanzija.

Fl-assenza ta' produzzjoni domestika sinifikanti ta' ċereali oħra għall-produzzjoni tal-lamtu, ħlas lura (rifond) ta' produzzjoni jista' jingħata għall-lamtu miksub mill-Finlandja u l-Isvezja mix-xgħir u l-ħafur, sakemm ma jinvolvix żieda fil-livell ta' produzzjoni tal-lamtu minn dawn iż-żewġ ċereali, msemmija fuq:

(a) 50000 tunnellata metrika fil-Finlandja,

(b) 10000 tunnellata metrika fl-Isvezja.

Lista tal-merkanzija riferita fl-ewwel sottoparagrafu għandha titfassal bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

2. Il-ħlas lura (rifond) riferit fil-paragrafu 1 għandu jiġi fissat perjodikament.

3. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati u l-ammont tal-ħlas lura (rifond) bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

IL-KAPITOLU III

IL-KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 9

1. Importazzjonijiet fil-Komunità, jew esportazzjonijiet minnha, ta' kull prodott imniżżel f'lista fl-Artikolu 1 għandhom ikunu suġġetti għall-presentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni jew esportazzjoni. Madankollu, tista' tiġi prevista deroga għal prodotti li m'għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' provvista tas-suq fiċ-ċereali.

Liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda biex jiġu applikati fl-Artikoli 12 sa 17.

Liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu għad-depożitu ta' sigurta li jiggarantixxi li l-prodotti huma importati jew esportati matul l-iskond ta' validita tal-liċenza. Minbarra f'każijiet ta' forza maġġuri, is-sigurta għandha tiġi sekwestrata fl-intier tagħha jew parti minnha jekk importazzjoni jew esportazzjoni mhumiex imwettqa, jew huma mwettqa parjzalment biss, f'dak il-perjodu

2. L-iskond ta' validita ta' liċenzi u regoli dettaljati oħra sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet

Artikolu 10

1. Minbarra jekk dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor, ir-rati ta' dazju ta' importazzjoni fit-Tariffa Komuni tad-Dwana għandhom japplikaw għall-prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1.

2. Minkejja paragrafu 1, id-dazju ta' importazzjoni fuq prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NK 10011000, 10019091, ex10019099 (qamħ komuni ta' kwalità għolja), 1002, ex1005, ieħor għajr żerriegħa ibrida, u ex1007 ieħor għajr ibridu għaż-żrigħ, għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu għal dawn il-prodotti fuq l-importazzjoni u jiżdied b'55 %, bil-prezz ta' importazzjon p.a.t applikabbli għall-kunsinja msemmija imnaqqas. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazju fit-Tariffa Komuni tad-Dwana.

3. Għall-għanijiet ta' kalkolu tad-dazju ta' importazzjoni riferit fil-paragrafu 2 prezzijiet ta' importazzjoni p.a.t rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti riferiti f'dak il-paragrafu.

4. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Ir-regoli dettaljati għandhom partikolarment jispeċifikaw:

(a) il-ħtiġijiet minimi għall-qamħ komuni ta' kwalità għolja,

(b) il-kwotazzjonijiet ta' prezz li jridu jitqiesu,

(ċ) il-possibilta, fejn xieraq d'każijiet speċifiċi, li operaturi jingħataw l-opportunita li jkunu jafu d-dazju applikabbli qabel il-wasla tal-kunsinji konċernati.

Artikolu 11

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), sabiex jiġu prevjenuti jew kontrobattuti effetti ta' ħsara fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirrisultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' prodott ieħor jew aktar minn dawn bir-rata ta' dazju preskritta fl-Artikolu 10 għandhom jiġu suġġetti għall-ħlas ta' dazju ta' importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu huma aderiti, sakemm l-importazzjonijiet x'aktarx ma jfixklux is-suq tal-Komunità, jew fejn l-effetti jkunu sproporzjonati għall-għan maħsub.

2. Importazzjonijiet li jsiru bi prezz aktar baxx mill-livell mgħarraf mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ("il-prezz trigger") jista' jiġi suġġett għal dazju ta' importazzjoni addizzjonali.

Jekk il-volum ta' importazzjonijiet f'kull sena li fiha l-effetti ta' ħsara riferiti fil-paragrafu 1 jinħolqu jew x'aktarx jinħolqu jaqbeż livell ibbażat fuq opportunitajiet ta' aċċess fis-suq definit bħala l-persentaġġ tal-konsum domestiku korrespondenti matul it-tliet snin ta' qabel ("il-volum trigger"), dazju addizzjonali ta' importazzjoni jista' jiġi mpost ukoll.

3. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li jridu jitqiesu biex jiġi mpost dazju ta' importazzjoni addizzjonali skond l-ewwel sottoparagrafu ta' paragrafu 2, għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' importazzjoni p.a.t. tal-kunsinja in konsiderazzjoni.

Prezzijiet ta' importazzjoni p.a.t għandhom jiġu spezzjonati għal dak il-għan kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

4. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw partikolarment il-prodotti li għalihom dazji ta' importazzjoni addizzjonali jistgħu jiġu applikati.

Artikolu 12

1. Kwoti tat-tariffa għal importazzjonijiet tal-prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li jirrisultaw minn ftehimijiet konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kull att ieħor tal-Kunsill għandhom jinfetħu u jiġu amministrati mill-Kummissjoni skond regoli dettaljati adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

2. Kwoti tat-tariffa għandhom jiġu amministratti billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom:

(a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tad-depożitu ta' applikazzjonijiet (prinċipju ta' "min jiġi l-ewwel (first come, first served)");

(b) metodu ta' distribuzzjoni bi proporzjon għall-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew depożitati (permezz tal-"metodu ta' eżami simultanju");

(ċ) metodu bbażat fuq li jitqiesu mudelli tradizzjonali ta' kummerċ (permezz tal-"metodu tradizzjonali/wasla ġdida").

Metodu oħra xierqa jistgħu jiġu adottati. Iridu jevitaw kull diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta' amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, iwieżen kif mistħoqq il-ħtiġijiet ta' provvista tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jiġi salvagwardjat l-ekwilibriju ta' dak is.

4. Ir-regoli dettaljati riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-kwoti annwali ta' tariffa, jekk jinħtieġ f'fażijiet xierqa matul is-sena, għandhom jistabbilixxu l-metodu amministrattiv li jrid jintuża u fejn xieraq, għandhom jinkludu:

(a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-orġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokument użat biex jiġu verifikati l-garanziji riferiti f'punt (a);

(ċ) il-kondizzjonijiet fuq liema għandhom jinħarġu liċenzi ta' importazzjoni u l-iskond tagħhom ta' validita.

Fil-każ ta' kwoti ta' tariffa għal importazzjoni fi Spanja ta' 2000000 tunnellata metrika ta' qamħ-ir-rum u 300000 tunnellata metrika ta' sorgu u l-kwota ta' tariffa għal importazzjoni fil-Portugal ta' 500000 tunnellata metrika ta' qamħ-ir-rum, dawk ir-regoli dettaljati għandhom jinkludu wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jitwettqu l-importazzjonijiet ta' kwota ta' tariffa u, fejn xieraq, il-ħażna pubblika tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri konċerntai u r-rimi/qerda tagħhom fis-swieq ta' dawk l-Istati Membri.

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-esportazzjonijiet

Artikolu 13

1. Sal-punt meħtieġ biex dawn il-prodotti li ġejjin ikunu jistgħu jiġu esportati fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirrisultaw minn ftehimijiet konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jiġu koperti minn ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni:

(a) il-prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li jridu jiġu esportati mingħajr aktar proċessar;

(b) il-prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li jridu jiġu esportati fil-forma ta' merkanzija mniżżla f'lista fl-Anness III.

Ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni fuq il-prodotti riferiti f'punt (b) ma jistgħux ikunu aktar għolja minn dawk applikabbli għal dawk il-prodotti esportati mingħajr aktar proċessar.

2. Il-metodu li jrid jiġi adottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati ma' ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar xieraq għan-natura tal-prodott u s-sitwazzjoni fis-suq imsemmi, li jippermetti l-użu l-aktar effiċjenti possibbli tar-risorsi disponibbli, filwaqt li titqies l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr ma' tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) huwa l-inqas sikkanti amministrattivament għal operaturi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġjiet ta' amministrazzjoni;

(ċ) jipprekludi diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni dinjija fis-suq jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jagħmlu dan meħtieġ. Il-ħlasijiet lura (rifondi) għandhom jiġu fissati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25: Ħlasijiet lura (rifondi) jistgħu jiġu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għall-offerti għal prodotti rigward liema kienet saret dispożizzjoni għal dik il-proċedura fil-passat.

Ħlasijiet lura (rifondi) fissati f'intervalli regolari, jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiġu emendati fl-intervall mill-Kummissjoni,fuq it-talba jew ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Artikolu 14

1. Ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni fuq prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1u esportati mingħajr aktar proċessar għandhom jingħataw biss fuq l-applikazzjoni u l-presentazzjoni ta' liċenza ta' esportazzjoni.

2. Il-ħlas lura (rifond) ta' esportazzjoni applikabbli għal prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 mingħajr aktar proċessar għandu jkun dak applikabbli fil-ġurnata ta' l-applikazzjoni għall-liċenza u, fil-każ ta' ħlas lura (rifond) differenzat, dak applikabbli fl-istess ġurnata:

(a) għad-destinazzjoni ndikata fil-liċenza,

jew, fejn xieraq

(b) għad-destinazzjoni attwali jekk din tkun differenti mid-destinazzjoni ndikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli m'għandux jaqbeż l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ndikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex jiġi prevjenut kull abbuż tal-flessibilita provvduta f'dan il-paragrafu.

3. L-iskop ta' paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi estiż biex japplika għal prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li huma esportati fil-forma ta' merkanzija mniżżla f'lista fl-Anness III, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti ta' kummerċ applikabbli għal ċertu merkanzija li tirrisulta mill-proċessar ta' prodotti agrikoli [9]. Regoli dettaljati ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil ma' dik il-proċedura.

4. Derogi minn paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jingħataw fil-każ ta' prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li fuqhom ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni huma mħallsa taħt operati ta' għajnuna ta' l-ikel, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 15

1. Minbarra jekk provvdut mod ieħor bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), il-ħlas lura (rifond) fuq prodotti mniżżla f'lista f'punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 1 bi qbil ma' l-Artikolu 14(2) għandu jiġi aġġustat f'linja mal-livell taż-żidiet ta' kull xahar applikabbli għall-prezz ta' intervent u, fejn xieraq, tibdiliet f'dak il-prezz.

2. Ammont korrettiv applikabbli għall-ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni jista' jitwaqqaf, bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu l-Artikolu 25(2). Madankollu, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' temenda l-ammonti korrettivi.

3. Paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu applikati, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, għal prodotti mniżżla f'lista f'punti (ċ) u (d) ta' l-Artikolu 1 u għal prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' merkanzija mniżżla f'lista fl-Anness III. F'dak il-każ, l-aġġustament riferit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi korrett billi jiġi applikat għaż-żieda ta' kull xahar koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantita tal-prodott bażiku u l-kwantita li jinstab fil-prodott proċessat esportat jew użat fil-merkanzija esportata.

4. Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, il-ħlas lura (rifond) applikabbli għal esportazzjonijiet ta' maltu fil-ħażna fl-aħħar tas-sena tas-suq preċedenti jew magħmula mix-xgħir fil-ħażna f'dak il-waqt għandu jkun dak li jkun ġie applikat rigward iċ-ċertifikat ta' esportazzjoni mnsemmi għal esportazzjonijiet matul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.

Artikolu 16

Sakemm u safejn huwa meħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi ta' produzzjoni partikolari għal ċertu xorb spirituż miksub miċ-ċereali, il-kriterji għall-għoti ta' ħlasijiet lura (rifondi) ta' esportazzjoni riferiti fl-Artikolu 13(1), u l-proċedura għal verifika, jistgħu jiġu adattati biex ikunu xierqa għal din is-sitwazzjoni partikolari.

Artikolu 17

Osservanza tal-limiti ta' volum li jirrisultaw mill-ftehimijiet konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tiġi żgurata fuq il-bażi tal-liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' riferenza li japplikaw għall-prodotti konċernati. Rigward konformita ma' l-obbligazzjonijiet li jinħolqu skond il-Ftehim ta' l-ODK dwar l-Agrikolatura, l-iskadenza ta' perjodu ta' riferenza m'għandhiex taffettwa l-validita ta' liċenzi ta' esportazzjoni.

Artikolu 18

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar id-distribuzzjoni mill-ġdid ta' kwantitajiet esportabbli li ma ġewx allokati jew utilizzati, u partikolarment dawk li jirrigwardjaw l-adattament riferit fl-Artikolu 16, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

L-Anness III għandu jiġi emendat bi qbil ma' l-istess proċedura.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 19

1. Sal punt meħtieġ għal-operat kif xieraq ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, il-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura ta' votazzjoni preskritta fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, jista' jipprojbixxi fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern jew lejn l-estern:

(a) għal prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li huma maħsuba li jintużaw fil-produzzjoni tal-prodotti mniżżla f'lista f'punti (ċ) u (d) ta' dak l-Artikolu; u

(b) f'każijiet speċjali, għal prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 li huma maħsuba li jintużaw biex tiġi prodotta merkanzija mniżżla f'lista fl-Anness III.

2. Bħala deroga minn paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk is-sitwazzjoni riferita hawnhekk tinħoloq b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità huwa mfixkel jew x'aktarx jiġi mfixkel mill-arranġamenti ta' proċessar lejn l-intern jew lejn l-estern, il-Kummissjoni għandhom, mat-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2). Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom japplikaw fil-pront. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha fi żmien ġimgħa mill-irċevuta tat-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferiti lill-Kunsill minn kull Stati Membru fi żmien ġimgħa mid-data li fiha ġew mgħarrfa. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mid-data li fiha li fiha ġie riferit għaliha, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li tkun ġiet imħassra.

Artikolu 20

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tat-tariffa ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tat-tariffa li tirrisulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nkorporata fit-Tariffa Komuni tad-Dwana.

2. Minbarra jekk provvdut xorta oħra f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet adottati li jimxu fuq dan, dan li ġej għandu jiġi projbit f'kummerċ ma' pajjiżi terzi:

(a) it-taxxa ('levy') fuq kull ordni ta' ħlas li jkollu l-effett ekwivalenti għal dazju tad-dwana;

(b) l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew kull miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 21

1. Meta l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji ta' prodott wieħed jew aktar imniżżla f'lista fl-Artikolu 1 jilħqu livell li jfixkel jew jhedded li jfixkel id-disponibbilta ta' provvista fis-suq tal-Komunità u fejn dik is-sitwazzjoni x'aktarx tkompli u tiddeterjora, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu bħala miżura ta' salvagward f'każ ta' emerġenza estrema.

2. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 22

1. Jekk, għar-raġuni ta' importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed mill-prodotti jew iktar imniżżla fil-lista fl-Artikolu 1 jiġi affettwat minn, jew imhedded, b'ċaċqliq serju li x'aktarx jipperikola l-kisba ta' l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jiġu applikati miżuri xierqa fil-kummerċ ma' pajjiżi mhux membri ta' l-ODK sakemm jieqfu dan iċ-ċaqliq jew tehdida.

2. Jekk tinħoloq is-sitwazzjoni riferita fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, mat-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inzjattiva tagħha stess, tiddeċiedi fuq il-miżuri meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b'dawn il-miżuri, li għandhom jiġu applikati fil-pront. Jekk il-Kummissjoni terċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha fi żmien tliet ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet it-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferiti lill-Kunsill minn kull Stati Membru fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mill-ġurnata li fiha ġew mgħarrfa. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Jista', huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżura msemmija fi żmien xahar wara d-data li fiha ġiet riferita mill-Kunsill.

4. Dispożizzjonijiet adottati skond dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati rigward l-obbligazzjonijiet li jinħolqu minn ftehimijiet konklużi bi qbil ma' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

IL-KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

Għajr jekk provvdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta' u kummerċ fil-prodotti mniżżla f'lista fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lil xulxin kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għal konformita ma' l-obbligazzjonijiet internazzjonali rigward iċ-ċereali.

Regoli dettaljati li jistabbilixxu liema tagħrif huwa meħtieġ kif ukoll għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni tiegħu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 25

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit ta' xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

Artikolu 26

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull mistoqija riferita lilu mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 27

Miżuri li huma kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f'emerġenza, sabiex jiġu risolti problemi prattiċi u speċifiċi għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Dawn il-miżuri jistgħu jidderogaw minn ċerti partijiet ta' dan ir-Regolament, imma sal-punt biss, u għal perjodu, li huwa strettament meħtieġ.

Artikolu 28

Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tiegħu għandhom japplikaw għan-nefqa miġrura mill-Istati Membri fit-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet skond dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jiġi applika f'tali manjiera illi jingħata qies xieraq fl-istess ħin tal-għanijiet dikjarati fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

IL-KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI U FINALI

Artikolu 30

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 huwa hawnhekk imħassar.

Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness IV.

2. Miżuri transitorji jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

Artikolu 31

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jseħħ mis-sena tas-suq 2004/2005.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 2003.

Għall-Kunsill

G. Alemanno

Il-President

[1] Opinjoni mogħtija fil-5 ta’ Ġunju 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU C 208, tat-3.9.2003, p. 39.

[3] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.62003, p. 1).

[5] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[8] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[9] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(d)

Kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni |

0714 | Manjoka, arrowroot, salep, qaqoċċ ta' Ġerusalem, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli tal-lamtu jew ta' l-inulina, friski, imkessħa, friżati jew imnixxfa, sewwa jekk imqatta' flieli jew fil-forma ta' gerbub u sewwa jekk le; sago pith |

ex1102 | Dqiq taċ-ċereali oħra għajr tal-qamħ jew tal-meslin: |

110220 | – Dqiq tal-qamħ-ir-rum (corn) |

110290 | – Oħrajn: |

11029010 | – – Dqiq tax-xgħir |

11029030 | – – Dqiq tal-ħafur |

11029090 | – – Oħrajn |

ex1103 | Xgħir, dqiq mitħun oħxon u gerbub taċ-ċereali minbarra xgħir u dqiq mitħun oħxon tal-qamħ (sottointestatura |

ex1104 | Xgħir taċ-ċereali maħdum mod ieħor (per eżempju imfesdqa, rolljati (rolled), f'taqxir (flaked), perlati, imqatta' flieli jew mitħuna fi frak oħxon), għajr ross ta' intestatura Nru 1006 u ross f'taqxir ta' intestatura 1104 19 91); ir-raħs taċ-ċereali, sħiħ, rolljat, f'taqxir jew mitħun |

110620 | Dqiq u dqiq mitħun oħxon tas-sago jew ta' għeruq jew tuberi ta' intestatura Nru 0714 |

ex1108 | Lamti; inulina: |

– Lamti: |

11081100 | – – Lamtu tal-qamħ |

11081200 | – – Lamtu tal-qamħ-ir-rum (corn) |

11081300 | – – Lamtu tal-patata |

11081400 | – – Lamtu tal-manjoka (cassava) |

ex110819 | – – Lamti oħra: |

11081990 | – – – Oħrajn |

11090000 | Glutina tal-qamħ, sewwa jekk imnixxfa u sewwa jekk le |

1702 | Zokkor ieħor, inkluż lattożju kimikament pur, maltożi, glukożi u fruttożi, f'għamla solida; xiroppi |

ex170230 | –Glukożi u xiropp tal-glukożi, li ma jikkontjenux fruttożi jew li jikkontjenu fl-istat niexef inqas minn 20 % |

– – Oħrajn: |

– – – Oħrajn: |

17023091 | – – – – Fil-għamla ta' trab abjad kristallin, sewwa jekk agglomerat u sewwa jekk le |

17023099 | – – – – Oħrajn |

ex170240 | –Glukożju u xiropp tal-glukożju li jikkontjenu, fl-istat niexef, mill-inqas 20 % imma inqas minn 50 % skond l-użin ta' fruttożi, imma għajr isoglukożi ta' sottointestatura 17024010 |

ex170290 | – Oħrajn, minbarra zokkor invertit: |

17029050 | – – Maltodextrine u xiropp tal-maltodextrine |

– – Karamella: |

– – – Oħrajn: |

17029075 | – – – – F'għamla ta' trab sewwa jekk agglomerat u sewwa jekk le |

17029079 | – – – – Oħrajn |

2106 | Tħejjijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi mkejjen oħra: |

ex210690 | – Oħrajn: |

– – Xiroppi taz-zokkor imħawwra jew bil-kulur: |

– – – Oħrajn: |

21069055 | – – – – Xiropp tal-glukożi u xiropp tal-maltodextrine |

ex2302 | Nuħħala, ponot u fdalijiet oħra, sewwa jekk fil-għamla ta' gerbub, derivati mis-għarbiel, tħin jew ħdim ieħor taċ-ċereali |

ex2303 | Fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu u fdalijiet simili, beetpulp, bagasse (fdal li jibqa' mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret) u skart ieħor mill-fabbrikazzjoni taz-zokkor, brewing ta' fondijiet tad-distillar u skart, sewwa jekk fil-għamla ta' gerbub u sewwa jekk le: |

230310 | – Fdalijiet mill-fabbrikazzjoni tal-lamtu u fdalijiet simili |

23033000 | – Brewing jew distillar ta' fondijiet u skart |

2306 | Kejk taż-żejt u fdalijiet solidi oħra, sewwa jekk mitħuna jew fil-għamla ta' gerbub u sewwa jekk le, li jirrisultaw mill-estrazzjoni ta' xaħmijiet jew ħjut tal-ħaxix, oħra għajr dawk ta' intestaturi 2304 u 2305: |

23067000 | – ta' raħs tal-qamħ-ir-rum (corn) |

2308 | Materjali tal-ħaxix u skart tal-ħaxix, fdalijiet u prodotti sekondarji tal-ħaxix, sewwa jekk fil-għamla ta' gerbub, tat-tip użat fl-għalf ta' l-annimali u sewwa jekk le, mhux speċifikati jew inklużi mkejjen oħra: |

23080040 | – Acorns u horse-chestnuts; lbieba jew karfa tal-frott, oħra għajr għeneb |

2309 | Tħejjijiet tat-tip użat fl-għalf ta' l-annimali: |

ex230910 | – Ikel tal-klieb jew tal-qtates, maħruġ għall-bejgħ bl-imnut: |

230910112309101323091031230910332309105123091053 | – – Li jikkontjeni lamtu, glukożi, xiropp tal-glukożi, maltodextrine jew xiropp tal-maltodextrine li jidħlu fl-intestaturi 17023051 sa 17023099, 17024090, 17029050 u 21069055 jew prodotti mill-ħalib minbarra tħejjijiet u tgħam li jikkontjenu 50 % jew aktar skond l-użin ta' prodotti mill-ħalib |

ex230990 | – Oħrajn: |

– – Oħrajn, inklu taħlit propju (premixes): |

230990312309903323099041230990432309905123099053 | – – – Oħrajn, li jikkontjenu lamtu, glukożi, xiropp tal-glukożi, maltodextrine jew xiropp tal-maltodextrine li jidħlu fl-intestaturi 17023051 sa 17023099, 17024090, 17029050 u 21069055 jew prodotti mill-ħalib minbarra tħejjijiet u tgħam li jikkontjenu 50 % jew aktar skond l-użin ta' prodotti mill-ħalib |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Żidiet ta' kull xahar fil-prezz ta' intervent riferit fl-Artikolu 4(3)

(EUR/tunnellata metrika) |

Lulju | — |

Awissu | — |

Settembru | — |

Ottubru | — |

Novembru | 0,46 |

Diċembru | 0,92 |

Jannar | 1,38 |

Frar | 1,84 |

Marzu | 2,30 |

April | 2,76 |

Mejju | 3,22 |

Ġunju | 3,22 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 13(1)(b) u fl-Artikolu 19(1)(b)

Kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni |

ex0403 | Xorrox tal-butir, ħalib u krema magħquda, sewwa jekk konċentrati jew jikkontjenu zokkor miżjud jew ximaterja oħra ta' ħlewwa jew ta' taħwir jew li jikkontjenu frott, ġewż jew kawkaw miżjud u sewwa jekk le: |

040310 | –Il-Jogurt: |

04031051 sa04031099 | – – Imħawwar jew bil-frott, ġewż jew kawkaw miżjud |

040390 | –Oħrajn: |

04039071 sa04039099 | – – Imħawwar jew li jikkontjeni frott, ġewż jew kaw-kaw miżjud |

ex0710 | Ħaxix ta' l-ikel (mhux misjur jew misjur bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), friżat: |

07104000 | –Qamħ ir-rum ħelu |

ex0711 | Ħaxix ta' l-ikel proviżorjament priservat (per eżempju, permezz ta' gass tad-diossidju tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubritjew f'xi soluzzjonijiet preservattivi oħra), imma mhux xieraq f'dak l-istat għal konsum immedjat: |

07119030 | –Qamħ ir-rum ħelu |

ex1704 | Ħelu miz-zokkor (inkluż ċikkulata bajda), li ma jikkontjenix il-kaw kaw, minbarra estratt ta' l-għud is-sus (liquorice) ta'intestatura 1704 90 10 |

1806 | Ċikkulata u tħejjijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw |

ex1901 | Estratt tal-maltu; tħejjijiet ta' l-ikel ta' dqiq, dqiq mitħun oħxon, lamtu jew estratt tal-maltu, li ma jikkontjenux il-kaw-kaw jewli jikkontjenu inqas minn 40 % skond l-użin ta' kaw-kaw kalkolat fuq bażi li minnu jkun tneħħa kull xaħam, mhuxspeċifikat jew inkluż imkejjen oħra; tħejjijiet ta' ikel ta' merkanzija ta' l-intestaturi Nri 0401 sa 0404, li ma jikkontjenuxil-kaw-kaw jew li jikkontjenu inqas minn 5 % skond l-użin ta' kaw-kaw kalkolat fuq bażi li minnu jkun tneħħa kull xaħam, mhuxspeċifikati jew inklużi mkejjen ieħor: |

19011000 | –Tħejjijet għall-użu tat-trabi, għall-bejgħ bl-imnut |

19012000 | –Taħlitiet u għaġejjen għat-tħejjija ta' oġġetti għall-bejgħ mill-furnata ta' l-intestatura Nru 1905 |

190190 | –Oħrajn: |

19019011 sa19019019 | – – Estratt tal-maltu |

– – Oħrajn: |

19019099 | – – – Oħrajn |

ex1902 | Għaġin (), sewwa jekk misjur jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) u sewwa jekk le,bħall-ispagetti, l-imqarrun, in-, il-lasanja, l-, ir-ravjul, il-; il-kuskus, sewwa jekk imħejjija usewwa jekk le: |

–Għaġin (pasta) mhux misjur, mhux mimli jew mħejji mod ieħor: |

19021100 | – – Li jikkontjeni l-bajd |

190219 | – – Oħrajn |

ex190220 | –Għaġin (pasta) mimli (sewwa jekk misjur jew imħejji mod ieħor u sewwa jekk le): |

– – Oħrajn: |

19022091 | – – – Misjur |

19022099 | – – – Oħrajn |

190230 | –Għaġin ieħor |

190240 | –Kuskus |

19030000 | Tapjoka u sostitwiti tagħha imħejjija minn lamtu, fil-għamla ta' tqarqiċ, qmugħ, perli, siftings jew għamliet simili |

1904 | Prepared foods miksub by the swelling or roasting of cereals or Prodotti taċ-ċereali (for example, corn f lakes); cereals (other than qamħirrum(corn)) in grain FORMA:, pre-cooked or otherwise prepared |

1905 | Ħobż, prodotti tal-għaġina, kejkijiet, biskotti/bikuttelli u xogħolijiet oħra tal-furnara sewwa jekk jikkontjenu l-kaw-kaw u sewwa jekk le; communion wafers, kaxejiet vojta ta' tip addattat għall-użu farmaċewtiku, sealing wafers, rice paper u prodotti simili |

ex2001 | Ħaxix ta' l-ikel, frott, ġewż u partijiet oħra ta' pjanti li jittieklu, imħejjija jew priservati bil-ħall jew aċidu aċetiku: |

–Oħrajn: |

20019030 | – – Sweetcorn(Zea mays var. saccharata) |

20019040 | – – , patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti li jittieklu li jikkontjenu 5 % jew aktar skond l-użintal-lamtu |

ex2004 | Ħaxix ta' l-ikel ieħor imħejji jew priservat mod ieħor bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, friżat, ieħor għajr prodotti ta' intestatura Nru 2006: |

–Patata: |

– – Oħrajn: |

20041091 | – – – Fil-għamla ta' dqiq, dqiq mitħun oħxon jew tqarqiċ |

–Ħxejjex ta' l-ikel oħrajn u taħlitiet ta' ħxejjex ta' l-ikel: |

20049010 | – – Sweetcorn(Zea mays var. saccharata) |

ex2005 | Ħaxix ta' l-ikel ieħor imħejji jew priservat mod ieħor bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, mhux friżat, ieħor għajr prodotti ta' intestatura Nru 2006: |

–Patata: |

20052010 | – – Fil-għamla ta' dqiq, dqiq mitħun oħxon jew tqarqiċ |

20058000 | –Sweetcorn(Zea mays var. saccharata) |

ex2008 | Frott, ġewż u partijiet oħra li jittieklu ta' pjanti, preparati jew priservati mod ieħor, sewwa jekk jikkontjenu zokkor miżjud jew xi materja oħra ta' ħlewwa jew spritu u sewwa jekk le; mhux speċifikati jew inklużi mkejjen oħra: |

–Oħrajn inkluż taħlitiet oħra għajr dawk tas-sottointestatura 2008 19: |

– – Oħrajn: |

– – – Li ma jikkontjenux spirtu miżjud: |

– – – – Li ma jikkontjenux zokkor miżjud: |

20089985 | – – – – – Qamħ ir-rum (corn), ieħor għajr sweetcorn (Zea mays var. saccharata) |

20089991 | – – – – – , patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti li jittieklu, li jikkontjenu 5 % jew aktarSkond l-użin ta' lamtu |

ex2101 | Estratti, essenzi u konċentrati ta' kafe, te jew u tħejjijiet b'bażi ta' dawnil-prodotti jew bil-bażi tal-kafe, te jew; ċikwejra inklajata u sostitwiti tal-kafe inkaljati oħra, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom: |

– – Tħejjijiet b' bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b' bażi ta'kafe: |

21011298 | – – – Oħrajn |

210120 | –Estratti, essenzi u konċentrati, ta' kafe, tat-te jew u tħejjijiet b'bażi ta' dawnl-estratti, l-essenzi jew il-konċentrati, jew bil-bażi tat-te jew maté: |

21012098 | – – – Oħrajn |

210130 | Ċikwejra inklajata u sostitwiti tal-kafe inkaljati oħra u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom: |

– – Ċikwejra inklajata u sostitwiti tal-kafe inkaljati oħra: |

21013019 | – – – Oħrajn |

– – Estratti, essenzi u konċentrati ta' ċikwejra inkaljata u sostitwiti tal-kafe inkaljati oħra: |

21013099 | – – – Oħrajn |

ex2102 | Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħra b' ċellola waħda, mejtin (imma vaċċini ta' intestatura Nru 3002 mhumiex inklużi); tipi mħejjija ta' baking powder: |

–Ħmira attiva |

21021031 u21021039 | – – Ħmira tal-furnara |

210500 | Ġelat u silġ ieħor li jittiekel, sewwa jekk jikkontjenu l-kaw-kaw u sewwa jekk le |

ex2106 | Tħejjijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi mkejjen oħra: |

–Oħrajn: |

21069010 | – – Fondue-ijiet tal-ġobon |

– – Oħrajn: |

21069092 | – – – Li ma jikkontjenux xaħmijiet tal-ħalib, sukrożi, isoglukożi, glukożi jew lamtu jew li jikkontjenu, skondl-użin, inqas minn 1.5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożi jew isoglukożi, 5 % glukożi jew lamtu |

21069098 | – – – Oħrajn |

2202 | Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilma arjata, li jikkontjenu zokkor jew xi materja oħra ta' ħlewwa jew imħawwra u sewwa jekk le, u xorb ieħor mhux alkoliku, imma li ma jinkludix meraq mit-tagħsir tal-frott jew tal-ħaxix ta' intestatura Nru 2009 |

2205 | Il-Vermouth u nbid ieħor mill-għeneb frisk imħawra bi pjanti jew sustanzi armati |

ex2208 | Etil alkol mhux żnaturat ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb spirituż ieħor: |

–Whiskies: |

22083032 sa22083088 | – – Oħra għajr Bourbon whiskey |

220850 | –Gin u Geneva |

220860 | –Vodka |

220870 | –Likuri u cordials |

–Oħrajn: |

– – Spirti oħra, likuri u xorb spirituż ieħor, f'kontenituri li jżommu: |

– – – 2 litri jew inqas: |

22089041 | – – – – Ouzo |

– – – – Oħrajn: |

– – – – – Spirti (minbarra likuri): |

– – – – – – Oħrajn: |

22089052 | – – – – – – – Korn |

22089054 | – – – – – – – Tequila |

22089056 | – – – – – – – Oħrajn |

22089069 | – – – – – Xorb spirituż ieħor |

– – – Aktar minn 2 litri: |

– – – – Spirti (minbarra likuri): |

22089075 | – – – – – Tequila |

22089077 | – – – – – Oħrajn |

22089078 | – – – – Xorb spirituż ieħor |

29054300 | Mannitol |

290544 | D-gluċitol (sorbitol) |

ex3302 | Taħlitiet ta' sustanzi odoriferi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoliċi) b'bażi ta'waħda minn dawn is-sustanzi jew aktar, tat-tip użat bħala materji primi fl-industrija; tħejjijiet oħra bil-bażi ta' sustanzi odoriferi, tat-tip użati għall-fabbrikazzjoni ta' xorb: |

–Ta' tip użat fl-industriji ta' l-ikel jew ix-xorb: |

– – Ta' tip użat fl-industriji tax-xorb: |

– – – Tħejjijiet li jikkontjenu l-aġenti kollha tat-taħwir li jikkaratterizzaw xarba: |

Oħrajn (ta' qawwa alkolika attwali skond il-volum ta' mhux iktar minn 0,5 %): |

33021029 | Oħrajn |

ex Kapitolu 35 | Sustanzi albuminojdi; lamti modifikati, kolla/gluwijiet; enżimi: |

3505 | Destrini (dextrins) u lamtu modifikat ieħor (per eżempju, lamti pregelatinised jew esterifikati); kolla/gluwijiet bil-bażi tal-lamtu, jew destrini jew lamti modifikati oħra |

ex3809 | Aġenti ta' l-irfinar, trasportaturi taż-żebgħa (dye carriers) biex iħaffu l-għoti tal-kulur jew fissar ta' dyestuffs u prodotti oħra u tħejjijiet (per eżempju, dressingsu mordants), ta' tip użat fl-industriji tat-tessut, tal-karti, tal-ġilda jew bħalhom, mhux speċifikati jew inklużi mkejjen oħra: |

380910 | –B' bażi ta' sustanzi amylaceouos |

382460 | Sorbitol ieħor għajr dak tas-sottointestatura 2905 44 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Tabella tal-korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE)Nru 1766/92 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | — |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

— | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 4(3) |

L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 4(4) |

L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 5(1) |

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel indent | L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu (a) |

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni indent | L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu (b) |

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet indent | L-Artikolu 5(2), l-ewwel sottoparagrafu (ċ) |

L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 4(3) | L-Artikolu 5(3) |

L-Artikolu 5, l-ewwel indent | L-Artikolu 6(a) |

L-Artikolu 5, it-tieni indent | L-Artikolu 6(b) |

L-Artikolu 5, it-tielet indent | L-Artikolu 6(ċ) |

L-Artikolu 5, ir-raba' indent | L-Artikolu 6(d) |

L-Artikolu 5, il-ħames indent | L-Artikolu 6(e) |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 8 | — |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 12(1) | L-Artikolu 12(1) |

L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel indent | L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu (a) |

L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni indent | L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu (b) |

L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, it-tielet indent | L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu (ċ) |

L-Artikolu 12(2), it-tieni u t-tielet subparagrafu | L-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 12(3) u (4) | L-Artikolu 12(3) u (4) |

L-Artikolu 13(1), (2) u (3) | L-Artikolu 13(1), (2) u (3) |

L-Artikolu 13(4), (5), (6) u (7) | L-Artikolu 14(1), (2), (3) u (4) |

L-Artikolu 13(8), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 15(1) |

L-Artikolu 13(8), it-tieni u t-tielet subparagrafu | L-Artikolu 15(2)u (3) |

L-Artikolu 13(8), ir-raba' subparagrafu | L-Artikolu 15(4) |

L-Artikolu 13(9) | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 13(10) | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 13(11) | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 14(1), l-ewwel indent | L-Artikolu 19(1)(a) |

L-Artikolu 14(1), it-tieni indent | L-Artikolu 19(1)(b) |

L-Artikolu 14(2) u (3) | L-Artikolu 19(2) u (3) |

L-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 20(1) |

L-Artikolu 15(2), l-ewwel indent | L-Artikolu 20(2)(a) |

L-Artikolu 15(2), it-tieni indent | L-Artikolu 20(2)(b) |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 22(1) |

L-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu | — |

L-Artikolu 17(2), (3) u (4) | L-Artikolu 22(2), (3) u (4) |

L-Artikolu 18 | — |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 20 | — |

L-Artikolu 21, l-ewwel sentenza | L-Artikolu 24(1) |

L-Artikolu 21, it-tieni sentenza | L-Artikolu 21(2) |

L-Artikolu 22 | — |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 26 |

— | L-Artikolu 27 |

— | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 26(1) | L-Artikolu 30(1) |

L-Artikolu 26(2) | — |

L-Artikolu 26(3) | L-Artikolu 32(2) |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 31 |

L-Anness A | L-Anness I |

L-Anness B | L-Anness III |

L-Anness Ċ | L-Anness IV |

L-Anness D | L-Anness II |

--------------------------------------------------