32003R1701



Official Journal L 243 , 27/09/2003 P. 0005 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003

ta' l-24 ta' Settembru 2003

li jadatta l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 (2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 jistipula li prodotti, partijiet u apparat għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'l-quddiem tissehhaħ il-Konvenzjoni ta' Chicago) hekk kif ippubblikati f'Novembru 1999, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi tagħha.

(2) Il-Konvenzjoni ta' Chicago u l-annessi tagħha ġew emendati wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 titlob li jigi adattat l-Artikolu 6(1) tagħha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 54(3) ta' l-istess Regolament.

(3) Il-miżuri li hemm maħsuba fir-Regolamenti preżenti huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni mwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru. 1592/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1592/2002, huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-Prodotti, partijiet u apparat għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent stipulati fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago hekk kif ippubblikati f'Marzu 2002 fir-rigward ta' l-Ewwel Volum u Novembru 1999 fir-rigward tat-Tieni Volum, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi ta' l-Anness 16."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2003.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 24 ta' Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi President

[1] ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1.

--------------------------------------------------