32003R1646



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0016 - 0018


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2003

tat-18 ta' ġunju 2003

li jemeda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3];

Billi:

(1) ¬erti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni [4], għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-Regolament Finanzjarju Ġenerali), u partikolarment l-Artikolu 185 tiegħu.

(2) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li Jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess għad-dokumenti stipulati fl-Artikolu 255 tat-Trattat kienu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku ta' dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [6].

(3) Meta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kien adottat, it-tlett istituzzjonijiet qablu f'dikjarazzjoni konġunta li l-aġenziji u korpi simili għandhom jimplimentaw regoli konformi ma' dak ir-Regolament.

(4) Dispożizzjonijiet xierqa għandhom għalhekk jiġu nkuza f'Regolament (KE) Nru 2667/2000 sabiex jagħmlu Regolament (KE) Nru applikabbli għal Aġenzija Ewropea għar-rikostruzzjoni, bħalma suppost dispożizzjoni rigward appelli kontra rifjut ta' l-aċċess ta' dokumenti.

(5) Regolament (KE) Nru 2667/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2667/2000 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4 (14) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"14. Il-Bord li Jirregola għandu jadotta r-rapport annwali fuq l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jgħaddih mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri.

15. L-Aġenzija għandha kull sena tgħaddi lill-awtorità tal-bàġit kwalunkwe informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri evaluattivi.";

2. L-Artikolu 5(1)(e) għandu jiġI mibdul b'dan li ġej:

"(e) preparazzjoni ta' abbozz ta' dikjarazzjoni ta' stimi ta' l-introjti u l-infiq ta' l-Aġenzija u attwazzjoni tal-bàġit ta' l-Aġenzija; '"

3. L-Artikolu 7, 8 u 9 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

1. Kull sena, il-bord li Jirregola, fuq bażi ta' abbozz magħmul mid-Direttur, ghandu jippreżenta stima ta' l-introjti u l-nfiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jkun imiss. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' twaqqif, għandha tintbgħat mill-Bord li Jirregola lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.

2. L-istima għandha tintgħata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-awtorità tal-bàġit) flimkien ma' l-abbozz preliminarju tal-bàġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-istima, tieħu konsiderazzjoni tal-prijoritajiet li qablu fuqhom u tal-pariri finanzjarji totali għal assistenza tal-Komunità għar-rikostruzzjoni tas-Serbja u l-Montenegro u ta' l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Għandha tistabbilixxi fuq din il-bażi, fil-limiti proposti ta' l-ammont totali li għandu jiġi disponibbli għall-assistenza tal-Komunità tas-Serbja u l-Montengro u ta' l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonian, il-kontribuzzjoni annwali indikattiva għall-bàġit ta' L-Aġenzija.

4. Fuq bażi ta' l-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz priliminari tal-bàġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-istimi li fil-fehma tagħha huma neċessarji għal pjan ta' twaqqif u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-bàġit ġenerali, li għandu jitpoġġa quddiem l-Awtorità tal-bàġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

5. L-Awtorità tal-bàġit għandha awtorizza approprjazzjonijiet għas-sussidju ta' l-Aġenzija.

L-awtorità tal-bàġit għandha tadotta il-pjan ta' twaqqif għall-Agenzia.

6. Il-bàġit ta' l-Aġenzija għandha tiġI adottata mill-Bord li Jirregola. Għandha tiġI finalizzata wara l-adozzjoni finali tal-bàġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn ikun xieraq, għandha tiġi rranġata skond dan.

7. Il-Bord li Jirregola għandu, mill-aktar fis possibli, jinnotifika l-awtorità tal-bàġit bl-intenzjonijiet tiegħu sabiex jimplimentaw kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-fondi tal-bàġit tiegħu, partikolarment kwalunkwe proġetti relatati mal-proprjetà bħal kiri jew xiri ta' bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-bàġit tkun innotifikat l-intenzjonijiet tagħha sabiex twassal opinjoni, għandha twassal l-opinjoni lill-Bord li Jirregola fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' notifika tal-proġett.

8. Fl-interess tat-trasparenza tal-bàġit, fondi minn egħjuni barra mill-bàġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jintwerew separatament fl-introjti ta' l-Aġenzija. Fl-infiq, amministrazzjoni u spejjez ta' l-istaff għandhom ikunu separati ċari, mill-ispejjez ta' operazzjoni għal programmi skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(3).

Artikolu 8

1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-bàġit ta' l-Aġenzija.

2. Mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport fuq l-amministrazzjoni tal-bàġit u l-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji ta' l-istituzzjonijiet u jiddeċentralizza l-istituzzjonijiet skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

3. Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-bàġit u l-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport fuq il-bàġit u l-amministrazzjoni tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandhom jtintbgħatu wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Meta jirċievu l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur għandu jagħmel il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jagħtihom lill-Bord li Jirregola għal opinjoni.

5. Id-Direttur għandu, sa mhux aktard tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord li Jirregola.

6. Il-Bord li Jirregola għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri risposta għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Għandu ukoll jibgħat din ir-risposta lill-Bord li Jirregola.

9. Id-Direttur għandu jagħti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni faċli tal-proċedura ta' l-implimentazzjoni għas-sena finanzjarja li tkun qed tiġi trattata skond l-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill fuq maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti l-approvazzjoni lid-Direttur skond l-implimentazzjoni tal-bàġit għas-sena N.

Artikolu 9

Ir-regoli finanzjarji applikabli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord li Jirregola wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawn m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-istituzzjonijiet skond l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bàġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [7] sakemm ma jkunx speċifikament meħtieg għall-operat ta' l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.";

4. l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"L-Artikolu 13a

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku tad-dokumenti [8] tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li għandhom japplikaw għad-dokumenti li jinżammu mill-Aġenzija.

2. Il-Bord li Jirregola għandu jadotta l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni [9].

3. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkkostitwixxu suġġett ta' ilment lill-Ombusdman jew ta' kawża fil-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 331 E, 31.12.02, p. 167.

[2] Opinjoni mogħtija fis-27 ta' Marzu 2003 (sa issa għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 285, 21.11.02, p. 4.

[4] ĠU L 306, 07.12.00, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 12.12.01, p. 3).

[5] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1 bil-Korriġendum fil-ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43.

[6] ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

[7] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72. Korriġendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

[8] ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

[9] ĠU L 245, 29.09.03, p. 16.

--------------------------------------------------