32003R1643



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament (KE) Nru 1643/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Filwaqt illi jimxu skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Num. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxu Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni [5] għandhom jinġiebu joqogħdu għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Num. 16052002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6] (minn hawn il quddiem hemm referenza għaliħ bħala r-Regolament Finanzjarju ġenerali), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu.

(2) Il-prinċipji ġenerali u l-limitazzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti li hemm maħsuba fl-Artikolu 255 tat-Trattat ġew stabbiliti bir-Regolament (KE) Num. 10492001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku tad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7].

(3) Meta kien ġie addottat ir-Regolament (KE) Num. 1049/2001, it-tliet istituzzjonijiet kienu qablu f'dikjarazzjoni kollettiva li l-aġenziji u korpi simili għandu jkollhom regoli li jikkonformaw ma' dawk ta' dak ir-Regolament.

(4) Għandhom għalhekk jiġu inklużi fir-Regolament (KE) Num.1592/2002 dispożizzjonijiet addattati sabiex ir-Regolament (KE) Num. 10492001 isir japplika għall-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, l-istess għall-provvediment dwar appelli kontra li ma jistax ikun hemm aċċess għad-dokumenti.

(5) Ir-Regolament (KE) Num. 1592/2002 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Num. 1592/2002 b'dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 24(2)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaddotta l-mizuri li hemm fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jibgħatu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Istati Membri.

L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità tal-budget kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta' valutazzjoni."

2. fl-Artikolu 47:

(a) l-ewwel paragrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Ir-Regolament (KE) Num. 10492001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [8] għandu japplika għad-dokumenti fil-pussess ta' l-Aġenzija.";

(b) it-tielet paragrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-arranġamenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Num.10492001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Num. 16432003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Num. 15922002 tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni [9].";

(c) il-paragrafu li ġej irid jiġi miżjud:

"5. Deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Aġenzija konformi ma' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Num. 10492001 jistgħu jkunu l-kawża ta' lmenti li jintbagħtu lill-Ombudsman jew li tinħoloq azzjoni quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, taħt l-Artikli 195 u 230 tat-Trattat tal-KE rispettivament.";

3. fl-Artikolu 48:

(a) il-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"3. Id-Dħul u l-Ħruġ tal-finanzi għandhom jibbilanċjaw.

4. Kull sena l-Bord tat-Tmexxija, skond il-bażi ta' abbozz ta' rendikont li juri estimi tad-dħul u l-ħruġ tal-finanzi, għandu jipproduċi rendikont li juri l-Budget tad-dħul u l-ħruġ tal-finanzi ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.

5. Dan ir-rendikont ta' l-estimi, li għandu jinkludi abbozz ta' pjan tat-twaqqif flimkien mal-programm proviżorju tax-xogħlijiet, għandu jintbagħat mill-Bord tat-Tmexxija sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu lill-Kummissjoni u lill-Istati li magħhom il-Komunità tkun ikkonkludiet ftehim skond l-Artikolu 55.

6. Ir-rendikont ta' l-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (minn hawn "il-quddiem riferut bħala l-awtorità tal-Budget) flimkien ma"; l-abbozz preliminari tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

7. Konformi mar-rendikont ta' l-estimi, il-Kummissjoni, għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-Budget li jidhrilha neċessarji għall-pjan tat-twaqqif u l-ammont tas-sussidju li jrid jidħol fil-Budget ġenerali, li hija tkun ser tressaq quddiem l-awtorità tal-Budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.";

(b) il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"8. L-awtorità tal-Budget għandha tawtorizza s-somom ta' flus allokati għas-sussidju lill-Aġenzija.

9. Il-Budgetgħandu jiġi addottat mill-Bord tat-Tmexxija. Għandha titqies bħala finali wara l-approvazzjoni finali tal-Budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Isiru l-aġġustamenti fejn ikun meħtieġ.

10. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista' jkun, javża lill-awtorità tal-Budget bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet sinifikattivi għall-iffinanzjar tal-Budget, b'mod partikulari kull proġett li jirrigwarda propjeta' bħall-kiri jew xiri ta' bini. Għandu javża lill-Kummissjoni b'dan.

Fejn xi fergħa ta' l-awtorità tal-Budget tkun uriet l-intenzjoni tagħha li tixtieq tesprimi opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data ta' l-avviż tal-proġett";

4. L-Artikolu 49 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L'Artikolu 49

Implimentazzjoni ta' u kontroll fuq il-Budget

1. Id-Direttur Esekuttiv għandu jimxi fuq il-Budget ta' l-Aġenzija.

2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal inkarigat miż-żamma tal-kotba ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal korrispondenti tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal inkarigat miż-żamma tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi iddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal inkarigat mill-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-kontroll tal-Budget u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandu wkoll jiġi mibgħut lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Mal-wasla mill-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-osservazzjonijiet dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, taħt l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Esekuttiv għandu jikkompila l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbilta' tiegħu u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.

6. Id-Direttur Esekuttiv għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

7. Għandhom jiġu ippubblikati l-kontijiet finali.

8. Id-Direttur Esekuttiv għandu jibgħat risposta lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ir-risposta tieghu lill-Bord tat-Tmexxija wkoll.

9. Id-Direttur Esekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kull tagħrif neċessarju sabiex tkun tista' tiġi attwata mingħajr problemi l-proċedura tal-ħlas għas-sena finanzjarja partikulari, hekk kif preskritt fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li jkun mexa fuq maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti permess lid-Direttur Esekuttiv fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Budget għas-sena N.";

5. Artikolu 52 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 52

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu addottati mill-Bord tat-Tmexxija wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Num. 23432002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [10] sakemm dan it-tbegħid ma jkunx hemm il-ħtieġa speċifika għalih minħabba l-operat ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU C 331 E, tal- 31.12.2002, p. 85.

[2] ĠU C 285, tal-21.11.2002, p. 4.

[3] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 64.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2002 (li għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) Pożizzjoni komuni addottata mill-Kunsill fit-3 ta' Ġunju 2003 (li għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Lulju 2003.

[5] ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1.

[6] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1; rettifika f' ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43.

[7] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

[8] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

[9] ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 7.

[10] ĠU L 357 31.12.2002, s. 72; corrigendum f' ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

--------------------------------------------------