32003R1192



Official Journal L 167 , 04/07/2003 P. 0013 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003

tat-3 ta' Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika kollha fuq trasport bil-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 91/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika ta' trasport bil-ferrovija [1], u partikolarment l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1) Bi qbil ma' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, id-definizzjonijiet f'dak ir-Regolament jistgħu jiġu addottati mill-Kummissjoni.

(2) Definizzjonijiet addizzjonali huma meħtieġa għall-għanijiet tal-ġbir tal-fatti magħrufa (data) fuq il-bażi ta' definizzjonijiet komuni fl-Istati Membri kollha biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni ta' l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija.

(3) Bi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-kontenuti ta' l-Annessi jistgħu jiġu addottati mill-Kummissjoni.

(4) L-ispeċifikazzjoni ta' Tabella H1 teħtieġ li tiġi modifikata biex tiġi żgurata dikjarazzjoni ċara tal-kopertura ta' l-istatistika.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(6) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Rgolament huma bi qbil ma' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta l-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2],

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "pajjiż li jirrapporta" ifisser l-Istat Membru li jittrasmetti fatti magħrufa (data) lill-Eurostat;

2. "awtoritajiet nazzjonali" ifissru istituti nazzjonali ta' l-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistiċi tal-Komunità;

3. "ferrovija" tfisser linja ta' komunikazzjoni magħmula bil-ferrovija esklussivament għall-użu ta' vetturi tal-ferrovija;

4. "vettura tal-ferrovija" tfisser tagħmir mobbli li jopera esklussivament fuq il-binarji, li jimxi jew fuq is-saħħa tiegħu stess (vetturi tractive) jew jinġibed minn vettura oħra (karozzi tal-linja privati, karrijiet tar-railcar, vannijiet u vaguni);

5. "railwimpriżi ferrovjarji" ifissru xi impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija. Impriżi li n-negozju tagħhom biss huwa li jipprovdu servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi;

6. "trasport ta merkanzija bil-ferrovija" ifisser il-moviment ta' merkanzija permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' tagħbija u l-post tal-ħatt;

7. "trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija" ifisser il-moviment ta' passiġġieri permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' l-imbark u l-post ta' l-iżbark; It-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi;

8. (magħruf ukoll bħala "subway", "linja tal-ferrovija metropolitana" jew "sotterran") ifisser linja tal-ferrovija ta' l-elettriku għat-trasport ta' passiġġieri bil-kapaċita għal volum kbir ta' traffiku u karatterizzat permezz ta' drittijiet ta' mogħdija esklussivi, ferroviji b'ħafna vaguni, aċċellerazzjoni b' veloċita għolja u rapida, sinjalar sofistikat kif ukoll l-assenza ta'qsim tal-linja fuq livell wieħed biex tiġi permessa frekwenza għolja ta' ferroviji u tagħbija ta' pjattaforma għolja. Metros huma karatterizzati wkoll permezz ta' stazzjonijiet spazjati viċin xulxin, li normalment ifisser distanza ta' 700 sa 1200 m bejn l-istazzjonijiet. "Veloċita għolja" tirreferi l-paragun ma' trammijiet u light rail, u tfisser hawnhekk approssimament 30 sa 40 km/h fuq distanzi iqsar, 40 sa 70 km/h fuq distanzi itwal;

9. "(streetcar)" ifisser vettura tat-triq tal-passiġġieri disinjata biex joqogħdu aktar minn disa' persuni (inkluż is-sewwieq), li hija konnessa ma' kondutturi ta' l-elettriku jew taħdem permezz ta' magna tad-diesel u li timxi fuq il-binarji tal-ferrovija;

10. "light rail" tfisser ferrovija għat-trasport ta' passiġġieri li ħafna drabi tuża karozzi li jimxu fuq il-binarji tal-ferrovija li jaħdmu bl-elettriku li joperaw weħidhom jew f'ferroviji qosra fuq linji b'żewġ binarji fissi. Ġeneralment hemm distanza ta' inqas minn 1200 m bejn stazzjonijiet/waqfiet. Paragunat ma' metros,light rail huwa mibni b'mod aktar ħafif, huwa disinjat għal volumi ta' traffiku aktar baxxi u normalment jivvjaġġa b'veloċitajiet aktar baxxi. Huwa xi kultant diffiċli biex issir distinzjoni preċiża bejn light rail u trammijiet; trammijiet ġeneralment mhumiex mifruda minn traffiku tat-triq, filwaqt li light rail jista' jiġi mifrud minn sistemi oħra;

11. "trasport nazzjonali" ifisser trasport bil-ferrovija bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) lokat fil-pajjiż li jirrapporta. Jista' jinvolvi transitu minn ġewwa pajjiż ieħor;

12. "trasport internazzjonali" ifisser trasport bil-ferrovija bejn post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) fil-pajjiż li qed jirrapporta u post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) f'pajjiż ieħor;

13. "transitu" ifisser trasport bil-ferrovija minn ġewwa l-pajjiż li qed jirrapporta bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) li jinstabu barra mill-pajjiż li jirrapporta. Operazzjonijiet ta' trasport li jinvolvu tagħbija/imbark jew ħatt/żbark ta' merkanzija/passiġġieri fil-fruntiera tal-pajjiż li qed jirrapporta minn/fuq mod ieħor ta' trasport mhumiex meqjusa bħala transitu;

14. "passiġġier tal-ferrovija" ifisser kull persuna, minbarra membri ta' l-ekwipaġġ tal-ferrovija, li jagħmel vjaġġ bil-ferrovija. Għal statistika ta' inċidenti, passiġġieri li jipprovaw jimbarkaw/jiżbarkaw fuq/minn fuq ferrovija li qed timxi huma inklużi;

15. "numru ta' passiġġieri" ifissru n-numru ta' vjaġġi minn passiġġieri tal-ferrovija, fejn kull vjaġġ huwa definit bħala l-moviment minn post ta' imbark sal-post ta' l-iżbark, bi trasferimenti jew mingħajr trasferimenti minn vettura waħda tal-ferrovija għal fuq oħra. Jekk passiġġieri jużaw is-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, fejn ikun possibbli m'għandhomx jiġu magħduda aktar minn darba;

16. "passiġġier-km" ifisser l-unit ta' miżuri li tirrappreżenta t-trasport ta' passiġġier wieħed permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

17. "It-toqol li jrid jitqies jinkludi, b'żieda mat-toqol tal-merkanzija trasportata, it-toqol tal-pakkeġġjar u t-toqol tare ta" kontenituri, swap bodies, sodod ċatti ta' l-injam (pallets) kif ukoll vetturi tat-triq trasportati bil-ferrovija matul il-kors ta' operati ta' trasport kombinati. Jekk il-merkanzija hija trasportata permezz tas-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli t-toqol ta' merkanzija m'għandhiex tiġi magħduda aktar minn darba;

18. "tunnellata mettrika-km" tfisser l-unit ta' miżura ta' trasport ta' merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata mettrika waħda (1000 kilogramma) ta' merkanzija permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

19. "ferrovija" tfisser vettura waħda jew aktar tal-ferrovija li jinġibdu minn magni tal-ferrovija jew railcars, jew railcar waħda li tivvjaġġa waħedha, li topera skond numru msemmi jew nomina speċifika minn punt inizjali fiss sa punt terminali fiss. Magna żgħira, jiġifieri magna li tivvjaġġa waħedha, mhijiex meqjusa bħala ferrovija;

20. "ferrovija-km" tfisser l-unit ta' miżura li tirrappreżenta l-moviment ta' ferrovija fuq kilometru wieħed. Id-distanza wżata hija d-distanza li tkun attwalment imxiet, jekk disponibbli, inkella d-distanza tan-network stabbilita bejn l-oriġini u d-destinazzjoni għandha tintuża. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

21. "tagħbija tal-ferrovija sħiħa" tfisser kull kunsinja li tikkomprendi tagħbija ta' vagun waħda jew aktar trasportati fl-istess ħin minn l-istess mittent (sender) fl-istess stazzjon u tintbagħat mingħajr l-ebda bidla fil-komposizzjoni tal-ferrovija lill-indirizz ta' l-istess destinatarju fl-istess stazzjon tad-destinazzjoni;

22. "tagħbija tal-vagun sħiħa" tfisser kull kunsinja ta' merkanzija għal liema l-użu esklussiv ta' vagun huwa meħtieġ, kemm jekk il-kapaċita totali ta' tagħgija hija utilizzati jew kemm jekk le;

23. "UEG (Unit Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied)" ifisser unit stabbilit ibbażat fuq kontenitur ta' OIS ta' tul ta' 20 pied (6,10 m), użat bħala miżura ta' l-istatistika ta' mixi tat-traffiku jew kapaċitajiet. Kontenitur wieħed standard 40' OIS Serje 1 huwa ugwali għal żewġ UEG-ijiet. Swap bodies taħt l-20 pied jikkorrespondu għal 0,75 UEG, bejn 20 pied u 40 pied għal 1,5 UEG u aktar minn 40 pied għal 2,25 UEG;

24. "inċident sinifikanti" ifisser kull inċident li jinvolvi mill-inqas vettura waħda tal-ferrovija li qed tiċċaqlaq, li jirriżulta f'mill-inqas persuna waħda maqtula jew imweġġa' serjament, jew ħsara sinifikanti għal ħażniet, binarji, stallazzjonijiet oħra jew l-ambjent, jew taħwid estensiv tat-traffiku. Inċidenti f'imħażen tax-xogħol, imħażen tad-dwana u imħażen (depots) huma esklużi;

25. "inċident li jikkaġuna ħsara serja" ifisser kull inċident li jinvolvi mill-inqas vettura waħda tal-ferrovija li qed tiċċaqlaq, li tirriżulta f'mill-inqas persuna waħda maqtula jew imweġġa' serjament. Inċidenti f'imħażen tax-xogħol, imħażen tad-dwana u imħażen (depots) huma esklużi;

26. "persuna maqtula" tfisser kull persuna maqtula immedjatament jew li tmut fi żmien 30 ġurnata bħala riżultat ta' inċident, minbarra suwiċidji;

27. "persuna mweġġa" serjament' tfisser kull persuna mweġġa' li ddaħħlet l-isptar għal aktar minn 24 siegħa bħala riżultat ta' inċident, minbarra suwiċidji;

28. "inċident li jinvolvi t-trasport ta' merkanzija perikoluża" ifisser kull inċident li huwa suġġett għar-rapportaġġ bi qbil mat-taqsima 1.8.5 RID/ADR.

29. "suwiċidju" ifisser azzjoni fejn wieħed iweġġa' lilu nnifsu deliberatament li jirriżulta f'mewt, kif reġistrat u klassifikat mill-awtorita nazzjonali kompetenti;

30. "suwiċidju attentat" ifisser azzjoni fejn wieħed iweġġa' lilu nnifsu deliberatament li jirriżulta f'ħsara serja, imma mhux f'mewt, kif reġistrat u klassifikat mill-awtorita nazzjonali kompetenti."

2. L-Anness H huwa mibdul bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.2003, p. 1.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS H

STATISTIKA DWAR INĊIDENTI

Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl | numru ta' inċidenti (Tabelli H1, H2) numru ta' persunimaqtula (Tabella H3) numru ta' persuni mweġġa'serjament (Tabella H4) |

Perijodu taż-żmien ta' riferenza | Sena |

Frekwenza | Kull sena |

Lista ta' tabelli bit-tqassim għal kull tabella | Tabella H1: numru ta' inċidenti sinifikanti u numru ta' inċidenti li jikkaġunaw ħsara serja (b'għażla), skond it-tip ta' inċidentTabella H2: numru ta' inċidenti li jinvolvu t-trasport ta' merkanzija perikolużaTabella H3: numru ta' persuni maqtula, skond it-tip ta' inċident u skond il-kategorija ta' persunaTabella H4: numru ta' persuni mweġġa'serjament, skond it-tip ta' inċident u skond il-kategorija ta' persuna |

Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' fatti magħrufa (data) | Ħames xhur wara t-tmien tal-perjodu taż-żmien ta' riferenza |

L-ewwel perjodu taż-żmien ta' riferenza | 2004 |

Nota | 1.It-tip ta' inċident huwa maqsum kif ġej:kolliżjonijiet (minbarra inċidenti waqt il-qsim ta' triq)twaqqiegħ tal-ferrovija minn fuq il-linja (derailments)inċidenti li jinvolvu qsim ta' triqinċidenti lil persuni kawżati permezz ta' vaguni tal-ferrovija li qed jiċċaqalqunirien f'vaguni tal-ferrovijaoħrajntotalIt-tip ta' inċident jirreferi għall-inċident primarju.2.It-Tabella H2 għandha t-tqassim li ġej:totanumru totali ta' inċidenti li jinvolvu mill-inqas vettura waħda tal-ferrovija li qed titrasporta merkanzija perikoluża, kif definit mill-lista ta' merkanzija koperta mill-Anness Knumru ta' dawn l-inċidenti li fihom merkanzija perikoluża hija rilaxxata3.Kategorija ta' persuni hija maqsuma kif ġej:passiġġieriimpjegati (inklużi kuntratturi)oħrajntotal4.Il-fatti magħrufa (data) f'Tabelli H1 sa H4 għandhom jiġu provvduti għall-ferroviji kollha koperti minn dan ir-Regolament.5.Matul l-ewwel ħames snin ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw dawn l-istatistiċi skond definizzjonijiet nazzjonali, jekk fatti magħrufa (data) li jikkonformaw ma' definizzjonijiet armonizzati (addottati skond il-proċedura ta' l-Artiklu 11(2)) mhumiex disponibbli. |

"

--------------------------------------------------