32003R0811



Official Journal L 117 , 13/05/2003 P. 0014 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003

tat-12 ta’ Mejju 2003

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ ta’ l-intra-speċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u ċerti miżuri transizzjonali

(Test b’rilevanza għall-EEE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti sekondarji ta’ l-annimal mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 22(2), l-Artikolu 24(6) u l-Artikolu 32(1) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi għal projbizzjoni fuq l-għalf ta’ l-annimali bi proteina ta’ l-annimali proċessata derivata minn annimali ta’ l-istess speċje. Derogazzjonijiet jistgħu jingħataw rigward ħut wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku xieraq.

(2) Il-Kumitat Xjentifiku tat-Tmexxija (Sterring) ħareġ opinjoni fis-17 ta’ Settembru dwar ir-riskji li jinħolqu mir-riċiklaġġ ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali bħala għalf rigward il-propogazzjoni ta’ ESJ f’annimali tar-razzett li mhumiex ruminanti. Ħarġet ukoll opinjoni oħra fis-6 u s-7 ta’ Marzu 2003 dwar l-għalf ta’ ikel mill-ħut lil ħut ikkultivat u r-riċiklaġġ ta’ ħut rigward ir-risku ta’ ESJ. Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u s-Saħħa/Ġid ta’ l-Annimali adotta opinjoni fis-26 ta’ Frar 2003 dwar l-użu ta’ prodotti sekondarji tal-ħut fl-akwakultura. Skond dawn l-opinjonijiet xjentifiċi, ir-riskju potenzjali minn ħut riċiklat jista’ jitnaqqas billi jitwettqa numru ta’ kondizzjonijiet.

(3) Għal din ir-raġuni, għandha tingħata deroga mill-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ ta’ l-intra-speċje għal ħut skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Sabiex jiġi evitat riskju lis-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, dik id-deroga għandha tkun suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet.

(4) Huwa meħtieġ li jiġi provvdut għal miżuri transizzjonali, biex jitħalla ħin biżżejjed sabiex l-industrija taġġusta għal ħtiġijiet ġodda.

(5) Il-Kumitat Xjentifiku tat-Tmexxija ħareġ opinjoni fis-16 u s-17 ta’ Jannar 2003 dwar is-sigurta vis-à-vis ESJ-ijiet rigward id-dfin u l-ħruq ta’ materjali ta’ l-annimali potenzjalment infettati b’ESJ.

(6) Sabiex titqies l-opinjoni li hija meħtieġa biex jiġu preskritti miżuri ta’ implimentazzjoni skond l-Artikolu 24(6) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 dwar kif għandu jitwettaq il-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(7) Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Miżuri transizzjonali rigward il-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ ta’ l-intra-speċje għall-ħut

Skond l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw sa l-aktar tard il-31 ta’ Diċembru 2003 il-livelli stabbiliti u r-regoli korrenti dwar l-għalf tal-ħut mingħajr l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni provvduta f’punt (1)(a) ta’ l-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament rigward il-ħut.

Artikolu 2

Deroga mill-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ ta’ l-intra-speċje għal ċertu ħut

1. Skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, deroga tingħata lill-Stati Membri rigward l-għalf tal-ħut ma’ proteina proċessata ta’ l-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali ta’ l-istess speċje.

2. Madankollu, id-deroga provvduta fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika għall-għalf ta’ ħut ikkultivat ma’ proteina proċessata ta’ l-annimali derivata minn ħut ikkultivat ta’ l-istess speċje.

Artikolu 3

Prodotti sekondarji minn ħut selvaġġ

Ħut selvaġġ u prodotti sekondarji minn ħut selvaġġ li jinqabad fil-baħar miftuħ jew f’għadajjar (lakes) jista’ jintuża:

(a) għall-produzzjoni ta’ għalf għall-ħut; u

(b) bħala għalf għall-ħut.

Artikolu 4

Ħtiġijiet għall-għalf għal ħut ikkultivat

Prodotti sekondarji tal-ħut u ta’ l-annimali u prodotti derivati minnhom maħsuba bħala għalf għal ħut ikkultivat skond l-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet dikjarati fl-Anness I.

Artikolu 5

Miżuri ta’ kontroll

L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkontrolla

(a) il-proċessar kif xieraq u l-użu ta’ l-għalf li jikkontjeni proteina proċessata ta’ l-annimal derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali ta’ l-istess speċje;

(b) l-annimali li jingħataw l-għalf riferit f’punt (a) inkluż sorveljanza stretta ta’ l-istat ta’ saħħa ta’ dawk l-annimali.

(ċ) konformita mal-ħtiġijiet ta’ l-Anness I.

Artikolu 6

Rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali fil-każ ta’ mxija ta’ mard

1. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tirrifjuta t-trasport ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali lill-impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ proċessar l-aktar viċin bi qbil ma’ l-Artikolu 24(1)(ċ) tar-Regolament (KE)Nru 1774/2002, l-awtorità kompetenti tista’ tapprova mir-rimi/qerda ta’ dawk il-prodotti sekondarji

(b) bħala skart permezz tal-ħruq jew id-dfin fuq il-fondijiet li fuqhom joriġinaw il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali;

(b) f’miżbla approvata skond id-Direttiva 1993/31/KE; jew

(ċ) bħala skart permezz ta’ ħruq jew dfin f’lok li jimminimizza r-riskju għas-saħħa ta’ l-annimal jew is-saħħa pubblika u l-ambjent, basta li l-lok huwa lokat f’firxa ta’ distanza suffiċjenti biex l-awtorità kompetent tkun tista’ timmaniġġja l-prevenzjoni tar-riskju lis-saħħa ta’ l-annimal u s-saħħa pubblika u lill-ambjent;

2. ħruq u dfin f’lokijiet riferiti f’punti (a) u (ċ) ta’ paragrafu 1 għandhom iqisu l-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali.

3. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-ħruq u d-dfin ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-ħtiġijiet dikjarati f’L-Anness II huma mħarsa.

4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni dikjarata f’punt A ta’ l-Anness II dwar "ħruq jew dfin" fuq il-post għandha tgħodd.

Artikolu 7

Monitorjar ta’ l-erji remoti użati għal ħruq u dfin ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

Fil-każ tar-rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li joriġinaw f’erji remoti kif provvdut fl-Artikolu 24(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-awtorità kompetenti għandha timmonitorja f’intervalli regolari l-erji kategorizzati bħala erji remoti biex tiżgura li l-ħtiġijiet ta’ l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni huma mħarsa.

Artikolu 8

Ħruq u dfin ta’ naħal u prodotti ta’ l-apikultura

Fil-każ ta’ naħal u prodotti ta’ l-apikultura li jidħlu taħt l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, the awtorità kompetenti tista’, fejn ikun meħtieġ, tiddeċiedi li jistgħu jintremew bħala skart permezz ta’ ħruq jew dfin fuq il-post, basta li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ħruq jew id-dfin ta’ naħal u prodotti ta’ l-apikultura ma jipperikolax is-saħħa ta’ l-annimal jew is-saħħa umana u lill-ambjent, waqt li titqies il-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali.

Artikolu 9

Żamma ta’ reġistri

Fil-każ ta’ ħruq jew dfin kif provvdut fl-Artikoli 6, 7 u 8 il-persuna responsabbli mill-ħruq jew id-dfin għandha żżomm reġistri ta’

(a) il-kwantitajiet, il-kategoriji u l-ispeċje ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ġew midfuna jew maħruqa;

(b) id-data u l-post ta’ dfin u ħruq.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju 2003.

Madankollu, l-Artikoli 2 sa 5 m’għandhomx japplikaw sa l-1 ta’ Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1.

[2] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Ħtiġijiet għall-għalf u reġistri ta’ impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-għalf involuti fil-proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-ħut u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-għalf għall-ħut

A. Ħtiġijiet għal prodotti sekondarji tal-ħut u ta’ l-annimali maħsuba għall-għalf għall-ħut

Prodotti sekondarji tal-ħut u ta’ l-annimali u prodotti derivati minnhom maħsuba bħala għalf għall-ħut għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) jiġu maniġġjati u proċessati separatament minn materjal mhux awtorizzat għal dak il-għan;

(b) joriġinaw minn ħut selvaġġ jew minn annimali tal-baħar mhux mammiferi li jinqabdu fil-baħar miftuħ jew fl-għadajjar (lakes)_għall-għan ta’ produzzjoni ta’ ikel mill-ħut, jew minn prodotti sekondarji friski minn ħut selvaġġ proċessat f’impjanti li jiffabbrikaw prodotti mill-ħut għall-konsum tal-bniedem;

(ċ) ikunu ġew proċessati f’impjant ta’ proċessar approvat skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 sa livell stabbilit li jiżgura prodott li huwa mikrobijoloġikament sikur;

(d) jiġi pakkjat wara t-trattament u qabel id-distribuzzjoni f’pakkeġġjar li huwa tikkettjat b’mod ċar u leġibbli bl-isem u l-indirizz ta’ l-istabbilimenti ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-għalf u li jġorr il-kliem "jista’ jintuża għall-għalf tal-ħut".

B. Reġistri li jridu jinżammu minn impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-għalf, involuti fil-proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-ħut u prodotti derivati minnhom maħsuba għall-għalf għall-ħut

Impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-għalf iridu jżommu r-reġistri li ġejjin f’relazzjoni mal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew prodotti derivati minnhom:

(a) l-oriġini, l-kwantita u d-data ta’ xi kunsinja rċevuta ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew ikel mill-ħut;

(b) reġistri ta’ kuljum ta’ kwantitajiet ta’ ikel mill-ħut jew għalf prodott u mibgħut.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni skond l-Artikolu 24(6) li jirrigwardjaw deroga dwar ir-rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

A. Definizzjoni

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament "ħruq jew dfin fuq il-post" ifisser ħruq jew dfin fuq il-fondijiet li fuqhom oriġinaw il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew, jekk jittieħdu miżuri xierqa ta’ bijo-sigurta biex jipprevjenu l-imxija ta’ mard mit-trasport tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali, f’ lok ta’ miżbla approvat skond id-Direttiva 1999/31/KE, jew f’lok li jnaqqas ir-riskju lis-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u lill-ambjent, lokat f’firxa kompatibbli mal-kapaċita tas-sorveljanza kontinwa ta’ l-awtorità kompetenti, xierqa għall-maneġġjar tar-riskju ta’ imxija, filwaqt li titqies il-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali

B. Rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali fil-każ ta’ mxija ta’ marda

1. L-awtorità kompetenti trid tissorvelja l-ħruq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jkunu nħarqu:

(a) f’ħuġġieġa mibnija kif suppost u bil-prodotti sekondarji ta’ l-annimali magħmula rmied;

(b) mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem;

(ċ) mingħajr ma’ jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jipperikolaw l-ambjent, filwaqt li titqies il-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali biex jitnaqqas sal-punt kompatibbli ma’ konsiderazzjoni ta’ ordni pubblika:

(i) ir-riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u l-pjanti u l-annimali;

(ii) l-ikkawżar ta’ disturb permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ; u

(iii) l-effett ħażin fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.

2. L-awtorità kompetenti trid tissorvelja d-dfin ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li jkunu ndifnu:

(a) b’mod li annimali karnivori ma jistaz ikollhom aċċess għalihom; u

(b) f:

(i) f’miżbla approvata skond id-Direttiva 1993/31/KE; jew

(ii) f’lok ieħor mingħajr ma tiġi perikolata s-saħħa tal-bniedem;

3. Fil-każ ta’ dfin f’lok ieħor għajr miżbla approvata, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jindifnu mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, filwaqt li titqies il-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali biex jitnaqqas sal-punt kompatibbli ma’ konsiderazzjoni ta’ ordni pubblika:

(a) ir-riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u l-pjanti u l-annimali;

(b) l-ikkawżar ta’ disturb permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ; u

(ċ) l-effett ħażin fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.

4. Jekk il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jridu jitmexxew mill-fondijiet ta’ l-oriġini, l-awtorità kompetenti trid tiżgura li:

(a) il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jiġu trasportati f’kontenituri jew vetturi sikuri u li ma jqattrux;

(b) it-tagħbija u l-ħatt tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali huwa sorveljat mill-awtorità kompetenti;

(ċ) ir-roti tal-vettura huma disinfettati, permezz ta’ disinfettant approvat mill-awtorità kompetenti, malli titlaq mill-lok ta’ l-oriġini;

(d) kontenituri u vetturi wżati għat-trasportazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jiġu mnaddfa u disinfettati sew permezz ta’ disinfettat approvat mill-awtorità kompetenti, wara l-ħatt tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali; u

(e) jiġu provvduti skorti għall-vetturi, testjar għat-tqattir u koperturi doppji.

C. Rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali f’erji remoti

Fil-każ tar-rimi/qerda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali f’erji remoti bi qbil ma’ l-Artikolu 24(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002:

(a) l-awtorità kompetenti għandha timmonitorja regolarment l-erji kategorizzati bħala erji remoti biex tiżgura li dawk l-erji u l-operati ta’ rimi/qerda provvduti fl-Artikolu 24(1)(b) huma kontrollati sew.

(b) il-ħruq jew id-dfin għandhom iqisu il-leġislazzjoni u l-gwida ambjentali u ta’ saħħa pubblika Komunitarja u nazzjonali biex jitnaqqas sal-punt kompatibbli ma’ konsiderazzjoni ta’ ordni pubblika:

(i) ir-riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u l-pjanti u l-annimali;

(ii) l-ikkawżar ta’ disturb permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ; u

(iii) l-effett ħażin fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.

--------------------------------------------------