32003R0775

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2003 tal-5 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2759/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar sostenn tal-Komunità għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’l-Ewropa ċentrali u ta’ l-lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 112 , 06/05/2003 P. 0009 - 0009
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 211 - 211


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 775/2003

tal-5 ta’ Mejju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2759/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar sostenn tal-Komunità għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’l-Ewropa ċentrali u ta’ l-lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar is-sostenn tal-Komunità għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u ta’ l-lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni [1], kif l-aħħar emnendat bir-Regolament (KE) Nru 696/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2759/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2251/2002 [4], jikkonċerna l-ipproċesar u l-miżura tal-marketing u l-paragrafu 2 tiegħu jelenka ċerta nefqa li tista’ tkun eliġibbli. In order to avoid misinterpretation, it should be clearly indicated that the list of expenditure is not exhaustive.

(2) Il-Patti ta’ Ftehim ta’ Finanzjar imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regpolament tal-Kummissjoni (KE) 2222/2000 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (EC) No 188/2003 [6], applikabbli bejn il-Komunità u kull pajjiż applikant diġà ffissa l-parametri li jistabbilixxu in-nefqa eliġibbli. Huwa għalhekk xieraq li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dawk il-Patti ta’ Ftehim.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

(4) Il-miżuri li hemm provvidiment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istrutturi ta’l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 huwa emendat kif ġej:

1. "In-nefqa eliġibbli tista’ tinkudi b’mod partikolari:"

;

2. l-Artikolu 8 li ġej huwa mdaħħal:

"L-Artikolu 8a

Patti ta’ Ftehim ta’ Finanzjament

Għal kull programm in-nefqa eliġibbli għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tal-Patti ta’ Ftehim ta’ Finanzjament imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 [7] applikabbli bejn il-Komunità u l-pajjiż applikant konċernat."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

[2] ĠU L 99, tas-17.4.2003, p. 24.

[3] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 51.

[4] ĠU L 343, tat-18.12.2002, p. 8.

[5] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 5.

[6] ĠU L 27, ta’ l-1.2.2003, p. 4.

[7] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 5.

--------------------------------------------------