32003R0599



Official Journal L 085 , 02/04/2003 P. 0015 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 599/2003

ta' l-1 ta' April 2003

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [1] ta' l-24 ta' Ġunju 2003 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2003 [2], u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1) Il-preservazzjoni tal-ġid u s-saħħa ta' l-annimali trid tkun imsejsa qabel xejn fuq il-prevenzjoni, bis-saħħa ta' miżuri bħalma huma l-għażla approprjata tar-razza u tal-ġebbieda u d-dieti bbilanċjati appoprjati.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jimponi kostrizzjonijiet preċiżi dwar l-għalf. B "mod partikolari, il-provvista tas-sustanzi essenzjali, bħalma huma l-vitamini, għandha tkun koperta b"inputs naturali.

(3) Ir-regoli armonizzati għall-produzzjoni organika tal-bhejjem tar-rziezet huma riċenti ħafna u l-bdiewa li jkabbruhom jiltaqgħu ma "ħafna diffikultajiet fil-kisba tal-bhejjem bil-kapaċità li jaddattaw ruħhom għall-kondizzjonijiet lokali u/jew għal sistemi ta' ġestjoni u li jipprovdu lill-bhejjem tagħhom bl-elementi essenzjali kollha li jeħtieġu għal tkabbir armonizzat, b'mod partikolari rigward ċerti vitamini liposolubbli fil-każ tal-bhejjem li jixtarru."

(4) Hija għalhekk meħtieġa deroga li tawtorizza l-użu tal-vitamini A, D u E taħt kondizzjonijiet speċjali, eċċezzjonalment u għal perjodu transitorju taż-żmien.

(5) Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun akkumpanjata b'obbligu fuq l-Istati Membri li jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarha.

(6) Il-Kumitat provvdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Skond ir-raba "paragrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-Kummissjoni ttrasmettiet il-proposta lill-Kunsill. Ġaladarba l-Kunsill ma ħax pożizzjoni fil-limitu taż-żmien ta' tlett xhur provdut fil-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 14 ta' l-istess Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-miżuri proposti jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni,"

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Parti B ta' l-Anness I hija emendata skond il-punt 1 ta' l-Anness ma "dan ir-Regolament;"

(b) Il-Partijiet Ċ u D ta' l-Anness II huma emendati skond il-punt 2 ta' l-Anness ma "dan ir-Regolament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' April 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 31, tas-6.2.2003, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Il-punt 4.10 tal-Parti B ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jiġi mibdul bit-test li ġej:

"4.10. Rigward it-tjur, il-formola tat-tgħam użata fl-istadju tas-simna jrid ikun fiha mill-inqas 65 % ta' taħlita taċ-ċereali, ta' wċuh tar-raba tal-proteini u taż-żrieragħ taż-żejt."

2. L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-Parti Ċ, jiżdied il-punt 2.3 li ġej:

"2.3. Il-bajd u l-prodotti mill-bajd sabiex jintużaw bħala tgħam għat-tjur, preferibbilment mill-istess impriża.";

(b) il-Parti D hija emendata kif ġej:

(i) fil-punt 1.2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"B’ deroga mill-ewwel subparagrafu, u matul perjodu transitorju taż-żmien li jtemm fil-31 ta' Diċembru 2005, l-awtorità kompetenti ta' kull wieħed mill-Istati Membri tista’ tawtorizza l-użu tal-vitamini sintetiċi tat-tipi A, D u E għall-bhejjem li jixtarru safejn u sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-vitamini sintetiċi jkunu identiċi għall-vitamini naturali u,

- l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Istati Membri tkun imsejsa fuq kriterji preċiżi u tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

Il-produtturi jistgħu jibbenefikaw minn din l-awtorizzazzjoni biss jekk ikunu wrew għas-sodisfazzjoni tal-korp jew ta' l-awtorità ta' l-ispezzjon ta' l-Istat Membru illi l-ġid u s-saħħa tal-bhejjem tagħhom ma jistgħux jiġu ggarantiti mingħajr l-użu ta' dawn il-vitamini sintetiċi."

(ii) fil-punt 2, jiżdied it-test li ġej:

- "Il-ħmira tal-produtturi tal-birra".

--------------------------------------------------