32003R0223



Official Journal L 031 , 06/02/2003 P. 0003 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2003

tal-5 ta' Frar 2003

dwar il-ħtiġiet ta' l-ittikkettjar relatati mal-metodu ta' produzzjoni organika għall-għalf, l-għalf kompost u l-materjali ta' l-għalf u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 2002 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Atikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 irid jiġi adottat Regolament li jipprovdi għall-ħtiġiet ta' l-ittikkettjar kif ukoll il-ħtiġiet ta' l-ispezzjoni u l-miżuri prekawzjonarji għall-għalf, l-għalf kompost u l-materjali ta' l-għalf, safejn u sakemm dawn il-ħtiġiet ikollhom x'jaqsmu mal-metodu tal-produzzjoni organika.

(2) Is-suq ta' l-ikel ta' l-annimali domestiċi u s-suq ta' l-għalf ta' l-annmali tal-pil huma mifruda mis-suq tal-għalf tal-bhejjem l-oħra mkabbra Fl-irziezet. Barra minn hekk, ir-regoli għall-għoti tat-tikketti, għall-produzzjoni u għall-ispezzjon ipprovvduti fl-Artikoli 5, 8 u 9 rispettivament tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 ma japplikawx għall-annimali ta' l-akkwakultura jew għall-prodotti mill-akkwakultura. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika biss għall-għalf tal-bhejjem ta' l-irziezet imkabbra b'mod organiku, bl-esklużjoni ta' l-ikel ta' l-annimali tal-gost, l-għalf ta' l-annimali tal-pil u l-għalf ta' l-annimali ta' l-akkwakultura.

(3) Il-miżuri speċifiċi dwar l-għoti tat-tikketti lill-għalf tal-bhejjem ta' l-irziezet imkabbra b'mod organiku jridu jippermettu lill-produtturi li jidentifikaw l-għalf li jista' jintuża skond id-disposizzjonijiet tal-metodu tal-produzzjoni organika. L-indikazzjoni li tirreferi għall-metodu tal-produzzjoni orgnika ma għandhiex tiġi ppreżentata hekk li tiġbed iktar attenzjoni għaliha milli għad-deskrizzjoni jew l-isem ta' l-għalf imsemmija rispettivament fid-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-marketing ta' l-għalf kompost [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/2/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill [4], u fid-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-materjali ta' l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u li tħassar id-Direttiva 77/101/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6].

(4) Il-perċentwal tal-materjali ta' l-għalf prodotti b'mod organiku, il-perċentwal tal-prodotti tal-konverżjoni interna u l-perċentwal totali ta' l-għalf ta' oriġini agrikolu għandhom, barra minn hekk, jiġu indikati skond il-piż niexef sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jikkonformaw mar-regoli dwar ir-razzjon ta' kuljum stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Il-Parti B ta' l-Anness I ma' dn ir-Regolament għandha għalhekk tiġi emendata wkoll.

(5) Numru ta' marki kummerċjali ta' prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 iġorru indikazzjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-operaturi li jkunu riferiment għall-metodu tal-produzzjoni organika. Għandha ssir disposizzjoni għal perjodu transitorju taż-żmien sabiex tippermetti lill-pussessuri ta' dawn il-marki kummerċjali jaddataw ruħhom għar-regoli l-ġodda. Madankollu, dan il-perjodu transitorju taż-żmien għandu jiġi konċess biss għall-marki kummerċjali li jġorru l-indikazzjonijiet ta' hawn fuq meta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kienet magħmula qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1804/1999 tad-19 ta' Lulju 1999 li jissupplimenta r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sabiex jinkludi l-produzzjoni tal-bhejjem ta' l-irziezet [7], u meta l-operatur jkun ġie mgħarraf kif mistħoqq dwar il-fatt illi l-prodotti ma kinux ġew prodotti bil-metodu tal-produzzjoni organika.

(6) It-ħtiġiet minimi ta' l-ispezzjon u l-miżuri prekawzjonarji li japplikaw għall-unitajiet li jħejju l-għalf, jeħtieġu l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali, li għandhom jiġu inkorporati fl-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

(7) Il-prinċipju li t-tagħmir kollu użat jiġi mifrud f'unitajiet li jħejju l-għalf organiku kompost mit-tagħmir użat fl-istess unità għall-għalf ordinarju kompost huwa kkunsidrat bħala mezz effettiv għall-prevenzjoni tal-preżenza ta' prodotti u sustanzi mhux permessi bil-metodu tal-produzzjoni oganika. Dan il-prinċipju għandu għalhekk jiġi inkorporat bħala disposizzjoni fl-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. L-implimentazzjoni immedjata ta' din id-disposizzjoni hija madankollu preżunta li għandha impatt ekonomiku importanti fuq l-industrija ta' l-għalf kompost f'numru ta' Stati Membri u b'konsegwenza ta' dan fuq is-settur tal-biedja organika. Għal din ir-raġuni, u sabiex is-settur organiku jitħalla jaddatta ruħu għall-ħtiġiet il-ġodda tal-linji mifruda tal-produzzjoni, għandha tiġi prevista l-possibbiltà ta' deroga minn din id-disposizzjoni għal perjodu taż-żmien ta' ħames snin. Barra minnhekk, din il-kwistjoni trid tiġi eżaminata mill-ġdid bir-reqqa fil-futur qarib fuq il-bażi ta' iktar tagħrif u ta' l-esperjenza miksuba.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 2092/98 għandu għalhekk jiġi emendat.

(9) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-regolament għandu japplika għall-għalf, għall-għalf kompost u għall-materjali ta' l-għalf imsemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, meta dawn il-prodotti jkollhom jew huma maħsuba li jkollhom riferimenti għall-metodu tal-produzzjoni organika. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-ikel ta' l-annimali domestiċi, għall-għalf ta' l-annimali tal-pil jew għall-għalf ta' l-annimali ta' l-akkwakultura.

Artikolu 2

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

B'żieda ma' dawn:

1. "materjali ta' l-għalf mill-metodu ta' produzzjoni organika" għandhom ifissru l-materjali ta' l-għalf prodotti b'mod organiku jew imħejjija minn dawn il-materjali,

2. "materjali ta' l-għalf minn prodotti f'konverżjoni għall-biedja organika" għandhom ifissru l-materjali tal-għalf f'konverżjoni interna jew il-prodotti mħejjija minn dawn il-materjali,

Artikolu 3

1. L-ittikkettjar, ir-reklamar u d-dokumentazzjoni kummerċjali li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jirreferu biss għall-metodi tal-produzzjoni organika, meta:

(a) il-prodotti jkunu ġew magħmula, imħejjija jew importati minn operatur li jkun bla ħsara għall-miżuri ta' l-ispezzjon stabbilitifl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b) il-prodotti u l-materjali li huma komposti minnhom u kull sustanza oħra użata fit-tħejjija ta' dawn il-prodotti ma jkunux ġew issoġġettati għal trattamenti li jinvolvu l-użu tar-radjazzjoni bil-joni;

(ċ) il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti 4.12, 4.13, 4.14, 4.16, 4.17 u 4.18 tal-Parti B ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jiġu sodisfatti kif meħtieġ;

(d) il-materjali ta' l-għalf mill-metodu tal-produzzjoni organika ma jidħlux simultajament ma' l-istess materjali ta' l-għalf prodotti b'mezzi konvenzjonali ġol-kompożizzjoni tal-prodott;

(e) il-materjali ta' l-għalf mill-prodotti f'konverżjoni għall-biedja organika ma jidħlux simultanjament ma' l-istess materjali ta' l-għalf prodotti b'mezzi konvenzjonali ġol-kompożizzjoni tal-prodott.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 5, ir-riferiment għall-metodu tal-produzzjoni organika msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir biss bl-indikazzjoni li ġejja:

(a) "prodott b'mod organiku", meta mill-inqas 95 % tal-materjal niexef tal-prodott ikun magħmul minn materjal/i ta' l-għalf prodotti b'mod organiku;

(b) "jista' jintuża fil-produzzjoni organika skond ir-Regolament (KEE) nru 2092/91" fil-każ tal-prodotti li jkun fihom kwantitajiet varjabbli tal-materjal ta' l-għalf mill-metodu tal-produzzjoni organika u/jew materjali ta' l-għalf minn prodotti f'konverżjoni għall-biedja organika u/jew materjali konvenzjonali.

Artikolu 4

1. L-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2):

(a) trid tkun separata mill-kliem imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 79/373/KEE jew fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 96/25/KE;

(b) ma jridux jiġu ppreżentati f'tipi kuluriti, fil-format jew il-karattru tat-tipa li jiġbdu iktar attenzjoni għalihom milli għad-deskrizzjoni jew l-isem ta' l-għalf ta' l-annimali msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 79/373/KEE jew l-Artikolu (1)(b) tad-Direttiva 96/25/KE rispettivament;

(ċ) iridu jkunu akkumpanjati, fl-istess daqqa ta' għajn, minn indikazzjoni skond il-piż tal-materjal niexef li jirreferi:

(i) għall-perċentwal tal-materjal/i ta' l-għalf mill-metodu tal-produzzjoni organika,

(i) għall-perċentwal tal-materjal/i ta' l-għalf mill-prodotti f'konverżjoni għall-biedja organika,

(iii) għall-perċentwal totali ta' l-għalf ta' l-annimali ta' oriġini agrikolu,

(d) iridu jkunu akkumpanjati bl-isem u/jew in-numru tal-kodiċi tal-korp ta' l-ispezzjon jew l-awtorità li għalihom ikun bla ħsara l-operatur li jkun wettaq l-aħħar tħejjija;

(e) iridu jkunu akkumpanjati mill-lista ta' l-ismijiet tal-materjali ta' l-għalf mill-metodu tal-produzzjoni organika;

(f) iridu jkunu akkumpanjati minn lista ta' l-ismijiet tal-materjali ta' l-għalf mill-prodotti f'konverżjoni għall-biedja organika.

2. L-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tkun akkumpanjata wkoll b'riferiment għall-ħtiġiet sabiex jintuża l-għalf skond ir-regoli stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-kompożizzjoni tar-razzjon ta' kuljum.

3. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-isem u n-numru tal-kodiċi għall-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon imsemmija fil-paragrafu 1(d) u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kif jixraq.

Artikolu 5

Il-marki tan-negozju u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jġorru indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistgħu jintużaw biss jekk mill-inqas 95 % tal-materjal niexef tal-prodott ikun fih materjal ta' l-għalf mill-metodu tal-produzzjoni organika.

Artikolu 6

Minkejja l-Artikolu 3, 4 u 5, il-marki kummerċjali li jġorru indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistgħu jissoktaw jintużaw sa l-1 ta' Lulju 2006 fl-għoti tat-tikketti u r-reklamar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin.

(a) ir-reġistrazzjoni tal-marka tan-negozju kienet applikata għaliha qabel l-24 ta' Awissu 1999 u l-marka tan-negozju tkun skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE [8]; u

(b) il-marka tan-negozju tkun diġà riprodotta b'indikazzjoni ċara, prominenti u tinqara bla xkiel li l-prodotti ma ġewx magħmula skond il-metodu tal-produzzjoni organika kif stabbilit fir-Regolmanet (KEE) Nru 2092/91.

Artikolu 7

Il-Parti B ta' l-Anness I u l-Anness III mar-Regolament Nru 2092/91 jiġu emendati skond l-Anness ma' hawn.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-6 ta' Awissu 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, pġ. 1.

[2] ĠU L 75, tas-16.3.2002, pġ. 21

[3] ĠU L 86, tas-6.4.1979, pġ. 30.

[4] ĠU L 63, tas-6.3.2002, pġ. 23.

[5] ĠU L 125, tat-23.5.1996, pġ. 35.

[6] ĠU L 234, ta' l-1.9.2001, pġ. 55

[7] ĠU L 222, ta' l-24.8.1999, pġ. 1.

[8] ĠU L 40, tal-11.2.1989, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Is-sentenza li ġejja tiżdied mat-tarf tal-punt 4.4 tal-Parti B ta' l-anness I mar-Regolament (KE) Nru 2092/91:

"Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu espressi bħala perċentwali tal-materjal niexef tal-għalf ta' oriġini agrikolu."

2. L-Anness II mar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jiġi emendat kif ġej.

2.1. It-test tal-Punt 2 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali jiġi mibdul b'li ġej:

"l-operaturi diġà fl-attività fid-data msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2491/2001 għandhom ukoll ikunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet imsemmija fil-punt 3 u għad-disposizzjonijiet ta' l-ispezzjon inizjali prevista fit-taqsimiet A, B, Ċ, D u E tad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' dan l-Anness."

2.2. It-test tal-Punt 4 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali jiġi mibdul b'li ġej:

"l-operatur responsabbli jrid jiġġustifika kull bidla fid-deskrizzjoni jew tal-miżuri prattiċi msemmija fil-punt 3 u fid-disposizzjonijiet ta' l-ispezzjon inizjali previsti fit-taqsimiet A, B, Ċ, D u E tad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' dan l-Anness lill-korp jew lill-awtorità ta' l-ispezzjon fiż-żmien mistħoqq."

2.3. Il-kliem li ġej jiżdied wara l-

"Artikolu 11"

fl-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu tal-punt 3 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali:

"u/jew ir-Regolament (KE) Nru 223/2003"

2.4. Dan li ġej jiżdied mat-tarf tat-trieni inċiż tal-punt 6 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali:

"u, meta rilevanti, il-kompożizzoni ta' l-għalf kompost."

2.5. Il-Punt 7 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali jiġi mibdul b'li ġej:

"l-isem tal-prodott jew deskrizzjoni tal-għalf kompost akkumpanjati b'riferiment għall-metodu tal-produzzjoni organika skond, kif japplikaw, l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 223/2003."

2.6. It-titolui tal-Parti Ċ tad-Disposizzjonijiet Speċifiċi jiġi mibdul b'li ġej:

"Ċ. L-importazzjonijiet tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti, tal-prodotti mill-bhejjem tar-rziezet u l-ikel li jkun magħmul mill-prodotti mill-pjanti u/jew mill-bhejjem ta' l-irziezet, l-għalf ta' l-annimali, l-għalf kompost u l-materjali ta' l-għalf minn pajjiżi terzi."

2.7. Dan li ġej jiddaħħal fil-Parti E:

"E L-UNITAJIET LI JĦEJJU L-GĦALF TA' L-ANNIMALI, L-GĦALF KOMPOST U L-MATERJALI TA' L-GĦALF

Din it-taqsima tapplika għal kull unità fit-tħejjija, kif definita fil-punt 3 ta' l-Artikolu 4 tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ) f'isimha jew f'isem parti terza.

1. L-ISPEZZJON INIZJALI

Id-deskrizzjoni sħiħa ta' l-unità msemmija taħt il-punt 3 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali ta' dan l-Anness trid:

- tindika l-faċilitajiet użati sabiex jiġu riċevuti, jitħejjew u jinħażnu l-prodotti maħsuba għall-għalf ta' l-annimali u wara l-ħidmiet li jirrigwardawhom,

- tindika l-faċilitajiet użati għall-ħażna ta' prodotti oħra miżjuda mal-għalf,

- tindika l-faċilitajiet użati għall-ħażna tal-prodotti għat-tindif u d-diżinfezzjoni,

- tindika, meta meħtieġ, id-deskrizzjoni ta' l-għalf kompost li l-operatur jkun beħsiebu jipproduċi, skond l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 79/272/KEE, u l-ispeċi jew il-klassi tal-bhejjem ta' l-iriezet li għalihom l-għalf ikun maħsub,

- tindika, meta meħtieġ, l-isem tal-materjali ta' l-għalf li l-operatur ikun beħsiebu jħejji.

Il-miżuri li jridu jittieħdu mill-operaturi, imsemmija fil-punt 3 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali f'dan l-Anness, sabiex jiggarantixxu l-konformità ma' dan ir-Regolament iridu jinkludu:

- b'mod partikolari u indikazzjoni tal-miżuri prekawzjonarji li jridu jittieħdu sabiex jitnaqqas it-tiskju tat-tniġġiż minn sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati, il-miżuri tat-tindif implimentati u l-monitoraġġ ta' l-effikaċja tagħhom,

- l-identifikazzjoni ta' l-elementi kollha dwar l-attivitajiet kruċjali tagħhom sabiex jiggarantixxu l-ħin kollu illi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ) imħejjija f'dawn l-unitajiet jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 223/2003,

- kif jiġu stabbiliti u implimtenati l-proċeduri approprjati, il-konformità u l-aġġornament tagħhom, imsejsa fuq il-prinċipji tas-sistema ta' l-Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi tal-Kontroll (APPKK).

Il-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon għandhom jużaw dawn il-proċeduri sabiex iwettqu valutazzjoni ġenerali tar-riskji li jeżitu f'kull tħejjija u jfasslu pjan ta' spezzjon. Dan il-pjan ta' spezzjon irid jipprovdi għal numru minimu ta' kampjuni mingħjr għażla skond ir-riskji potenzjali.

2. Il-kontijiet dokumentarji

Għall-għanijiet ta' l-ispezzjon xieraq tal-ħidmiet, il-kontijiet dokumentarji msemmija fil-punt 6 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali ta' dan l-Anness għandhom jinkludu tagħrif dwar l-oriġini, in-natura u l-kwantitajiet tal-materjali ta' l-għalf, l-addittivi, il-bejgħ u l-prodotti mlestija.

3. L-unitajiet tat-tħejjija

Meta jkunu qegħdin iħejju l-prodotti, l-operaturi jridu jiżguraw illi:

(a) l-għalf prodott b'mod organiku jew l-għalf idderivat minnu, l-għalf tal-konverżjoni interna u l-għalf idderivat minnu, u l-għalf konvenzjonali jiġu mifruda fiżikament b'mod effettiv;

(b) it-tagħmir kollu użat fl-unitajiet li jħejju l-għalf kompost kopert b'dan ir-Regolament ikun mifrud għal kollox mit-tagħmir użat għall-għalf kompost mhux kopert b'dan ir-Regolament.

Minkejja d-Disposizzjonijiet tal-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu, il-ħidmiet jistgħu jsiru sal-31 ta' Diċembru 2007 bl-użu ta' l-istess tagħmir sakemm:

- tiġi ggarantita l-firda f'termini ta' żmien u jitwettqu l-miżuri xierqa tat-tindif, li l-effikaċja tagħhom tkun ġiet iċċekkjata qabel il-bidu tat-tħejjija tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament; l-operturi jridu jirreġistraw dawn il-ħidmiet,

- l-operaturi jridu jiżguraw illi jiġu implimentati l-miżuri kollha approprjati, jiddependi mir-riskji vvalutati skond il-punt 1, u, meta meħtieġ, jiggarantixxu illi l-prodotti li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq b'indikazzjoni li tirreferi għall-biedja organika.

Id-deroga provduta fit-tieni subparagrafu hija bla ħsara għall-awtrorizzazzjoni minn qabel mill-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon. Din l-awtorizzazzjoni tista' tiġi pprovduta għall-ħidma waħda jew aktar ta' tħejjija.

Il-Kummissjoni trid tibda teżamina d-Disposizzjonijiet tal-punt (b) ta' l-ewwel subparagrafu qabel il-31 ta' Diċembru 2003. Meta jitqies dan l-eżami, id-data tal-31 ta' Diċembru 2007 tista tiġi rriveduta jekk meħtieġ.

4. Il-viżti ta' spezzjon

B'żieda mal-viżta kompleta ta' kull sena, il-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon iridu jagħmlu viżti mmirati msejsa fuq valutazzjoni ġenerali tar-riskji potenzjali rigward in-nuqqas tal-konformità ma' dan ir-Regolament; il-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-punti kritiċi tal-kontroll murija lill-operatur, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk il-ħidmiet tas-sorveljanza u l-kontroll jitwettqux kif għandhom jitwettqu. Il-fondi kollha użati mill-operatur sabiex imexxi l-attiviajiet tieghħu jistgħu jiġu spezzjonati daqskemm jeħtieġu r-riskji preżenti.

5. It-trasport tal-prodotti lejn unitajiet oħra tal-produzzjoni/tħejjija jew lejn il-fondi tal-ħażna

L-operaturi jridu jiżguraw illi jisodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) matul it-trasport, l-għalf prodott b'mod organiku jew il-għalf idderivat minnu, l-għalf tal-konverżjoni interna u l-għalf idderivat minnu, u l-għalf konvenzjonali jridu jiġu mifruda fiżikament b'mod effettiv;

(b) il-vetturi u/jew il-kontenituri li jkunu ttraspotaw il-prodotti li ma jkunux koperti b'dan ir-Regolament jistgħu jintużaw għalbiex jittrasportaw il-prodotti koperti b'dan ir-Regolament jekk:

- jitwettqu l-miżuri xierqa tat-tindif, li tkun ġiet iċċekkjata l-effikaċja tagħhom, qabel il-bidu tat-trasport tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament; l-operturi jridu jirreġistraw dawn il-ħidmiet,

- l-operaturi jridu jiżguraw illi jiġu implimentati l-miżuri kollha approprjati, jiddependi mir-riskji valutati skond il-punt 1, u, meta meħtieġ, jiggarantixxu illi l-prodotti li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq b'indikazzjoni li tirreferi għall-biedja organika,

- il-korp jew l-awtorità ta' l-ispezzjon ta' l-operatur ikunu ġew mgħarrfa b'dawn il-ħidmiet tat-trasport u qablu magħhom. Dan il-qbil jista' jiġi pprovdut għall-ħidma jew ħidmiet tat-trasport.

(ċ) il-prodotti mlestija msemmija f'dan ir-Regolament jiġu ttrasportati separatament b'mod fiżiku jew fiż-żmien mill-prodotti l-oħra mlestija.

(d) matul it-trasport, iridu jiġu rreġistrati l-kwantità tal-prodotti fil-bidu u kull kwantità individwali kkunsinnata fil-kors ta' dawra ta' kunsinna.

6. Meta jiġu riċevuti l-prodotti

Malli jirċievu prodott imsemmi fl-Artikolu 1, l-operaturi jridu jiċċekkjaw l-għeluq tal-pakkeġġ jew tal-kontenitur meta jkun meħtieġ u l-preżenza ta' l-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt 7 tad-Diposizzjonijiet Ġenerali ta' dan l-Anness. L-operaturi jridu jwettqu kontroll inkroċjat tat-tagħrif fuq it-tikketta msemmi fil-punt 7 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali mat-tagħrif dwar id-dokumenti ta' akkumpanjament. Ir-riżultati ta' din il-verifika jridu jiġu msemmija espliċitament fil-kontijiet imsemmija fil-punt 6 tad-Disposizzjonijiet Ġenerali."

--------------------------------------------------