32003R0188

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2003 tal-31 ta’ Jannar 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2222/2000 li jippreskrivi regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta’ qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta’ qabel is-sħubija (Test b’rilevanza għall-EEE)

Official Journal L 027 , 01/02/2003 P. 0014 - 0015
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 38 - 39


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2003

tal-31 ta’ Jannar 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2222/2000 li jippreskrivi regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta’ qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta’ qabel is-sħubija

(Test b’rilevanza għall-EEE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta’ qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta’ qabel is-sħubija [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001(2), u partikolarment l-Artikolu 12 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Waħda mill-għanijiet ta’ l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 hija li jissolvew problemi ta’ prijorita u speċifiċi għall-adattament sostenibbli tas-settur agrikolu u erji rurali fil-pajjiżi applikanti. Ħsara kawżata lil erji agrikoli u rurali permezz ta’ diżastri naturali eċċezzjonali tista’ tikkostitwixxi dawn il-problemi kif muri bl-għarar li f’Awissu 2002 ikkawża ħsara konsiderevoli f’pajjiżi applikanti varji. Il-Komunità teħtieġ li tkun tista’ tirrispondi b’mod xieraq għal dawn id-diżastri naturali eċċezzjonali permezz ta’ strumenti varji inkluż l-istrument taż-żmien ta’ qabel l-isħubija dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 (l-istrument taż-żmien ta’ qabel is-sħubija).

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2252/2001 [4], ma jikkontjenix xi disposizzjonijiet partikolari li jirrigwardjaw it-tmexxija ta’ għajnuna fejn l-għoti ta’ din l-għajnuna hija relatata ma’, jew affettwata minn, xi diżatru naturali eċċezzjonali. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiġu preskritti biex jippermettu azzjoni xierqa u mgħaġġla mill-Komunità bħala riżultat ta’ dawn id-diżastri.

(3) It-tieni indent ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2222/2000 jippreskrivi li waħda mix-xogħlijiet ta’ l-aġenza Sapard hija għażla ta’ proġett. L-Esperjenza uriet li f’ċerti ċirkostanzimhuwiex meħtieġ li dak ix-xogħol jiġi maniġġjat minn dik l-aġenzija.

(4) L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2222/2000 jippreskrivi r-regoli li jirrigwardjaw decommitment awtomatiku ta’ approprazzjonijiet mhux użati, li jirriflettu dawk fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jippreskrivi disposizzjonijiet ġenerali dwar Fondi Strutturali [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1447/2001 [6]. Għal dawk ir-regoli li jridu jiġu applikati skond Sapard f’kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk għal Stati Membri għandu jitqies li fl-assenza ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonferixxu tmexxija ta’ għajnuna lill-pajjiżi applikanti, l-istrument ma jistax jiġi applikat, l-ebda spiża eliġibbli fuq proġetti ma tista’ tiġi ġenerata u b’konsegwenza l-ebda waħda mill-appropjazzjonijiet għall-pajjiżi interessati ma tista’ tkun is-suġġett ta’ xi ordni għal pagament. Il-waqtiet ta’ dawn id-deċiżjonijiet x’aktarx ikollhom riperkussjonijiet fuq l-użu ta’ appropjazzjonijiet fis-snin inizjali ta’ applikazzjoni ta’ l-istrument taż-żmien ta’ qabel is-sħubija f’kull pajjiż applikant.

(5) Minħabba li l-implimentazzjoni ta’ Programmi Sapard bdiet biss għall-biċċa ’l kbira mill-Pajjiżi Kandidati fl-2002, billi appropjazzjonijiet daħlu fl-estimi għall-ewwel darba fl-2000, huwa xieraq li jiġi estiż għal sentejn il-limitu taż-żmien għall-użu ta’ appropjazzjonijiet għall-allokazzjonijiet annwali ta’ l-2000 sa 2002 u wara dan li jimxi b’mod progressiv lejn ir-regoli ta’ decommitment awtomatiku kif provvdut fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Barra minn hekk, fejn riskju ta’ decommitment huwa invokat, applikazzjonijiet għal pagament għandhom jiġu aċċettati sa l-aħħar tal-kwart tas-sena.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2222/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(7) Il-miżuri iżda provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew Agrikolu u għall-Gwida (FEGGA),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(j) "diżastru naturali eċċezzjonali" ifisser diżastru naturali fuq skala kbira mhux bħal tas-soltu u li jikkawża ħsara intensiva u qerda.’"

2. Fl-Artikolu 5 (1), it-tieni u t-tielet indenti jiġu mibdula b’dan li ġej:

"— għażla ta’ proġett, minbarra fejn il-miżura msemmija fil-programm approvat Sagard ta’ żvilupp agrikolu u rurali (minn issa ’l quddiem imsejjaħ bħala l-programm), hemm benefiċjarju nominat wieħed biss jew ix-xogħol ta’ għażla ta’ proġett ikun ingħata lil korp jew korpi nominati;

— spezzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ proġetti kontra termini u kondizzjonijiet, eliġibilta u kontra l-kontenut tal-programm, inkluż, fejn xieraq, disposizzjonijiet ta’ prokura pubblika.’"

3. L-Artikolu 7(3) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. Waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tid-decommit kull parti ta’ rbit li ma ġiex miftiehem permezz tal-ħlas fil-kont jew għal liema ma rċevietx applikazzjoni ta’ ħlas aċċettabbli sad-dati li ġejjin:

(a) għal appropjazzjonijiet li jikkorrespondu għall-allokazzjoni annwali ta’ l-2000: 31 ta’ Diċembru 2004;

(b) għal appropjazzjonijiet li jikkorrespondu għall-allokazzjoni annwali ta’ l-2001: 31 ta’ Diċembru 2005;

(ċ) għal appropjazzjonijiet li jikkorrespondu għall-allokazzjoni annwali ta’ l-2002 u 2003: 31 ta’ Diċembru 2006;

(d) għal appropjazzjonijiet li jikkorrespondu għall-allokazzjoni annwali ta’ l-2003: 31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-irbit finanzjarju konċernat."

4. Fl-Artikolu 9 (4), it-tieni indent jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— jiġi bażat fuq dikjarazzjonijiet ta’ spiża miġrura mill-benefiċjarju. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu biss proġetti magħżula u l-ispiża miġrura mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni riferita fl-Artikolu 3(1), minbarra għal studji ta’ probabilta (feasibility) u relatati li jirrigwardjaw proġetti magħżula u għal assistenza teknika. Madankollu, fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li xi diżastru nazzjonali eċċezzjonali ikun sar, ħlasijiet għal benefiċjarji għal proġetti relatati għal dak id-diżastru jistgħu jibbenefikaw minn deroga li tbiddel il-ħtieġa li tikkonċernaw dikjarazzjonijet ta’ spiża bil-possibilita ta’ ħlas ta’ ħlas bil-quddiem.’"

5. L-Artikolu 10(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tqis biss applikazzjonijiet ta’ ħlas imfassla mill-aġenzija Sapard fuq bażi ta’ kull kwart tas-sena, preżentati bi qbil ma’ forma stabbilita mill-Kummissjoni u trasmessa mill-uffiċjal nazzjonali li jawtorizza lill-Kummissjoni fi żmien xahar mit-tmien ta’ kull kwart tas-sena. Madankollu, applikazzjonijiet supplimentari jistgħu jiġu sottomessi jekk ikunu ġustifikati fuq il-bażi tar-riskju li:

- il-bilanċ nett fil-kont euro ta’ Sapard jiġi wżat qabel l-applikazzjoni ta’ kull kwart tas-sena li jkun imiss tkun ġiet proċessata, jew

- decommitment jiġi nvokat kif dikjarat fl-Artikolu 7(3).’"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

[2] ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1.

[3] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 5.

[4] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 8.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[6] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 1.

--------------------------------------------------