32003R0047



Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0064 - 0064


Ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (KEE) Nru 47/2003

tal-10 ta’ Jannar 2003

li jemenda l-Anness ghar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 5 45/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I ghar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jagħti lista ta’ prodotti li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur u iridu jkunu ta’ċertu livell.

(2) L-Ippakkjar għall-konsumatur li jkun fih diversi tipi ta’ frott u ħaxix qed isiru aktar komuni fis-suq u jissodisfaw id-domanda ta’ ċerti konsumaturi.

(3) Il-kummerċ ġust jirrikjedi li frott u ħaxix mibjugħ fl-istess pakkett ikun tal-istess kwalitá. Dan jagħmilha neċessarju li tiġi estiża l-lista ta’ prodotti li huma suġġetti ghall-istandards ta’ marketing sabiex jinkludu prodotti oħrajn meta dawn ikunu mghaqqdin fil-pakketti li jinbigħu ma’ prodotti li diġá qegħdin fil-lista.

(4) L-Anness I ghar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandu għalhekk jiġi emendat.

(5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-L-Artikolu 1

DDan li li ġejj huwa miżjud mal- anness I għar-Regolament (KE) Nru 2200/96:

"Prodotti oħrajn riferuti fl-Artikolu 1, meta magħquda f’pakkett ghall-bejgħ ta’ piż nett ta’ inqas minn tlett kili ma’ għall-inqas wieħed mill-prodotti f’dan l-Anness."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1.

--------------------------------------------------