32003R0016



Official Journal L 002 , 07/01/2003 P. 0007 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2003

tas-6 ta' Jannar 2003

li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati għall-implimentazzjoi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 fir-rigward ta' l-eliġibilità ta' l-ispiża fil-kuntest tal-miżuri parzjalment iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta' Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1265/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu D(7) ta' l-Anness II tiegħu,

Billi:

(1) Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1164/94, il-Fond ta' Koeżjoni jista' parzalment jiffinanzja proġetti, studji preliminari u miżuri tekniċi ta' sostenn. Il-kondizzjonijiet li taħthom miżuri tali jkunu eliġibbli u jkunu implimentati għandhom għalhekk ikunu speċifikati.

(2) Sa issa r-regoli ta' eliġibbilita kienu miġbura bħala test standardizzat fl-Anness IV mad-deċiżjonijiet li jagħti l-għajnuna.

(3) Biex ikun żgurat li miżuri parzalment iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni jirċievu trattament uniformi, regoli komuni għandhom ikunu preskritti dwar l-eliġibilità ta' l-ispiża relevanti. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw il-perjodu ta' eliġibilità u l-kategoriji differenti ta' l-ispiża eliġibbli.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 jistipula li l-Kummissjoni tista' tapprova proġetti proposti biss jekk jissodisfaw il-kriterji li jiggarantixxu li huma ta' kwalità għolja u kompatibbli mal-politika tal-Komunità, b'mod partikolari r-regoli tal-għoti ta' kuntratti pubbliċi u l-kompetizzjoni.

(5) Ir-regoli miġjuba hawn iktar 'l isfel għandhom jissostitwixxu dawk fl-Anness IV mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jagħtu għajnuna mill-Fond ta' Koeżjoni għal proġetti ġodda approvati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli komuni biex tkun iddeterminata l-eliġibilità ta' spiża taħt il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 li tista' tkun parzalment iffinanzjata mill-Fond ta' Koeżjoni.

Artikolu 2

Korp responsabbli għall-implimentazzjoni

Il-"korp responsabbli għall-implimentazzjoni" li jirreferi għalih l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 għandu jkun il-korp pubbliku jew privat responsabbli biex jorganizza l-offerti għal proġett. Dak il-korp għandu jinħatar fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-għajnuna mill-Fond ta' Koeżjoni (hawn iżjed 'l isfel imsejħa "deċiżjoni tal-Kummissjoni").

Kull bidla fil-korp responsabbli għall-implimentazzjoni għandu jkun approvat mil-Kummissjoni.

Artikolu 3

"Implimentazzjoni ta' proġett" u "perjodu ta' implimentazzjoni"

1. L-implimentazzjoni ta' proġett għandha tkopri l-istadji kollha mill-ippjanar preliminari sat-tmiem tal-proġett approvat, inklużi l-miżuri ta' pubbliċita relevanti. Ippjanar preliminari għandu jinkludi l-istudju ta' alternattivi.

2. Proġett jista' jkun limitat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni għal stadju wieħed ta' implimentazzjoni jew ta' diversi stadji.

3. Il-fażi ta' implimentazzjoni ta' proġett għandha tkopri l-perjodu ta' żmien meħtieġ biex l-istadji ta' implimentazzjoni jintemmu, sal-punt li fih il-proġett isir għal kollox operazzjonali u li fih l-għanijiet materjali adottati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni jkunu ntemmu.

Artikolu 4

Transparenza u xhieda dokumentarja

L-ispiża kollha minfuqa mill-korp responsabbli għall-implimentazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kuntratti jew ftehim u/jew dokumenti li jorbtu legalment.

Dokumenti proprji ta' sostenn għandhom ikunu prodotti.

Detenturi tal-konċessjoni u persuni li ngħataw liċenza għall-implimentazzjoni ta' proġett għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti fir-rigward ta' spezzjoni u mmonitorjar bħal korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 5

Spiża attwalment minfuqa

1. L-ispiża li għandha titqies għall-ħlas ta' għajnuna mill-Komunità għandha tkun attwalment intefqet matul il-perjodu ta' eliġibilità kif iddefinit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, skond l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1386/2002 [3], u għandha tkun direttament konnessa mal-proġett. L-ispiża għandha tkun konnessa ma' ħlasijiet iċċertifikati mill-Istat Membru u attwalment tħallsu minnu jew f'ismu jew, fil-każ ta' konċessjonijiet, mid-detentur tal-konċessjoni li lilu l-korp responsabbli għall-implimentazzjoni jkun iddelega l-implimentazzjoni tal-proġett, u sostnuti b'fatturi mmarkati bħala rċevuti jew dokumenti ta' kontijiet ta' valur probatorju ekwivalenti.

"Dokument ta' kont ta' valur probatorju ekwivalenti" tfisser kull dokument issottomess mill-korp responsabbli għal implimentazzjoni biex jipprova li r-reġistrazzjoni fil-ktieb tagħti stampa vera u fiera (ġusta) tat-transazzjonijiet li jkunu attwalment saru, skond prassi standard ta' kontijiet.

2. Fil-każ ta' konċessjonijiet, iċ-ċertifikazzjoni mill-awtorita responsabbli tal-valur tax-xogħol imwettaq f'termini ta' l-indikaturi ta' progress għax-xogħol fil-kuntratt tal-konċessjoni għandha tikkostitwixxi dokument ta' kontijiet ta' valur probatorju ekwivalenti. Dik l-awtorita tista' tinħatar mill-Istati Membri skond l-Artikolu D(4) ta' l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

Artikolu 6

Proġetti mitmuma

Applikazzjoni għal għajnuna fir-rigward ta' proġett materjalment mitmum fi żmien meta l-applikazzjoni tkun issottomessa ma tistax tkun meqjusa eliġibbli.

Artikolu 7

Limitu inizzjali taż-żmien

1. Spiża minfuqa għandha tkun eliġibbli għal għajnuna mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni komplita.

Applikazzjoni għandha titqies komplita fejn ikun fiha l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

2. Il-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità għandu jkun iffissat (determinat) fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-proġett. Spiża mħallsa qabel dik id-data m'għandhiex tkun eliġibbli.

3. Jekk tintalab modifikazzjoni sostanzjali tal-komponenti materjali ta' proġett, l-ispiża konnessa mal-komponenti fiżiċi ġodda addizjonali jew estiżi għandha tkun eliġibbli mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba għal emenda.

Il-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità ta' l-ispiża konnessa mal-komponenti fiżiċi ġodda addizzjonali jew estiżi għandu lkun speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-modifikazzjoni. L-ispiża minfuqa qabel dik id-data m'għandhiex tkun eliġibbli.

Artikolu 8

Tmien tal-perjodu ta' eliġibilità

Id-data finali għal eliġibilità għandha tkun konnessa mal-ħlasijiet li saru mill-korp responsabbli għal implimentazzjoni.

Id-data finali ta' eliġibilità għandha tkun iffissata (determinata) mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU 2

SPIŻA ELIĠIBBLI

Artikolu 9

Kategoriji ta' spiża eliġibbli

Suġġetti għall-kwalifikazzjonijiet miġbura fil-Kapitoli 3 sa 10, il-kategoriji ta' spiża eliġibbli li ġejjin għandhom ikunu spiża konnessa ma':

(a) ippjanar u disinn;

(b) xiri ta' art;

(ċ) preparazzjoni tal-post;

(d) kostruzzjoni (bini);

(e) tagħmir;

(f) amministrazzjoni tal-proġett;

(g) spiża fuq miżuri ta' pubbliċita u informazzjoni meħuda skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/455/KE [4].

Artikolu 10

Kategoriji oħra ta' spiża

Kategoriji oħra ta' spiża jistgħu jkunu eliġibbli, sakemm ikunu speċifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU 3

TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD U TAXXI U ĦLASIJIET OĦRA

Artikolu 11

Taxxa fuq il-valur miżjud

1. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandha titqies spiża eliġibbli biss jekk titħallas b'mod ġenwin u ddefinit mill-korp responsabbli għall-implimentazzjoni. Il-VAT li tista' tkun irkuprata, bi kwalunkwe mezzi, m'għandhiex titqies eliġibbli ukoll jekk ma tkunx attwalment irkuprata mill-korp responsabbli mill-implimentazzjoni jew mill-benefiċjarju finali.

2. Fejn il-benefiċjarju finali huwa suġġett għal skema ta' rata fissa taħt it-Titolu XIV tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE [5], il-VAT imħallsa għandha titqies li tista' tkun irkuprata għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3. Taħt ebda ċirkostanza l-finanzjamnet parzjali tal-Komunità ma jista' jeċċedi l-ispiża eliġibbli totali eskluża l-VAT.

Artikolu 12

Taxxi u ħlasijiet oħra

Imposti, taxxi jew ħlasijiet oħra, b'mod partikolari taxxi diretti u kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali fuq salarji u pagi, ikkawżati mill-finanzjament parzjali tal-Komunità għandu jikkostitwixxi spiża eliġibbli biss jekk huma jitħallsu b'mod ġenwin u ddefinit mill-korp responsabbli għal implimentazzjoni.

IL-KAPITOLU 4

SPIŻA KONNESSA MA' MIŻURI TA' PPJANAR U DISINN

Artikolu 13

Eliġibilità ta' spiża

Spiża konnessa ma' ppjanar, kompetenza (abbiltà) u disinn għandha tkun eliġibbli, sakemm spiża tali hija direttament marbuta ma' proġett wieħed jew iktar u tkun approvata speċifikatament bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ħlief fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 14, 15 u 34.

Artikolu 14

Kompatibilita ta' l-ispejjeż

Fejn proġetti diversi jkunu koperti b'kuntratt tax-xogħol wieħed jew fejn il-korp responsabbli għal implimentazzjoni jkun qiegħed iwettaq il-funzjonijiet f'ismu proprju, l-ispejjeż għandhom ikunu assenjati permezz ta' sistema trasparenti u ta' kontijiet separati marbuta mal-proġetti bbażata fuq dokumenti ta' kontijiet jew dokumenti ta' valur probatorju ekwivalenti.

Artikolu 15

Spiża minfuqa minn awtoritajiet pubbliċi għal miżuri ta' ippjanar u disinn

Fejn l-impjegati ta' l-awtorita pubblika jkunu involuti fl-attivitajiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 13, l-ispiża tista' tkun aċċettata mill-Kummissjoni bħala eliġibbli biss f'każijiet dovutament iġġustifikati fejn ir-rekwiżiti kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) l-impjegat għandu jkun telaq b'mod temporanju l-impjieg statutorju tiegħu jew tagħha fl-awtorita pubblika u għandu jkun impjegat/għandha tkun impjegata taħt deċiżjoni formali mill-awtorita responsabbli li tieħu x-xogħlijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 13;

(b) l-ispiża għandha tkun ibbażata fuq kuntratt konness ma' proġett speċifikat jew iktar proġetti speċifikati; fejn il-kuntratt ikun konness ma' proġetti diversi, l-ispejjeż għandhom ikunu allokati b'manjiera trasparenti;

(ċ) l-ispiża għandha tkun direttament marbuta ma' wieħed jew iktar mill-proġetti individwali kkonċernati;

(d) il-kuntratt għandu jkun limitat fiż-żmien u m'għandux jeċċedi l-limitu ta' żmien stabbilit għall-implimentazzjoni tal-proġett;

(e) ix-xogħlijiet li għandhom ikunu implimentati taħt il-kuntratt m'għandhomx ikopru funzjonijiet ġenerali amministrattivi kif speċifikat fl-Artikoli 27 u 28.

IL-KAPITOLU 5

XIRI TA' ART U DRITTIJIET TA' AĊĊESS

Artikolu 16

Xiri ta' art bla bini fuqha

L-ispiża għax-xiri ta' art bla bini fuqha għandha tkun eliġibbli biss jekk ir-rekwiżiti kollha li ġejjin ikunu ssodisfatti:

(a) ix-xiri ta' l-art għandu jkun indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett;

(b) ix-xiri ta' l-art m'għandux jeċċedi l-10 % ta' l-ispiża eliġibbli għal proġett, ħlief f'każijiet dovutement iġġustifikati mill-korp responsabbli għal implimentazzjoni;

(ċ) għandu jinkiseb ċertifikat minn għand stimatur ikkwalifikat indipendenti jew korp uffiċjali dovutement awtorizzat, li jikkonferma li l-prezz tax-xiri ma jkunx jeċċedi l-valur tas-suq;

(d) ix-xiri ta' l-art għandu jkun approvat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

(e) ir-regoli nazzjonali preskritti biex tkun evitata spekulazzjoni għandhom ikunu osservati.

Spiża fuq ix-xiri ta' l-art li, wara tmien il-proġett, tibqa' f'użu bħala foresta jew agrikolu m'għandhiex tkun eliġibbli sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 17

Ix-xiri ta' art li hemm fuqha faċilitajiet żviluppati

Ix-xiri ta' art li hemm fuqha faċilitajiet żviluppati jista' jkun eliġibbli, jekk ikun speċifikamanet iġġustifikat u approvat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 18

Xiri ta' art li hija proprjetà pubblika jew proprjetà tal-korp responsabbli għal implimentazzjoni

La l-ispiża ta' art li tkun diġa proprjetà tal-korp responsabbli għal implimentazzjoni lanqas ix-xiri ta' art proprjetà ta'amministrazzjoni pubblika m'għandha tkun eliġibbli.

Artikolu 19

Xiri obbligatorju

L-Artikoli 16, 17 u 18 għandhom japplikaw f'każijiet ta' xiri obbligatorju. Ħlasijiet speċifiċi konnessi ma' ordni ta' xiri obbligatorju, bħal stima minn espert, assistenza legali u arranġamenti għal kiri temporanju ta' l-art ikkonċernata, għandhom ikunu eliġibbli.

Artikolu 20

Drittijiet ta' aċċess

Spiża fuq drittijiet ta' aċċess għall-post tal-proġett matul l-implimentazzjoni għandha tkun eliġibbli, jekk hija tkun indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett u speċifikament approvata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tingħata għajnuna.

Din tista' tinkludi kumpens għal telf ta' wċuħ tar-raba' jew tiswija ta' ħsara.

IL-KAPITOLU 6

XIRI TA' BINI, PREPARAZZJONI TAL-POST U KOSTRUZZJONI

Artikolu 21

Xiri ta' proprjetà immobbli

1. L-ispiża tax-xiri ta' proprjetà immobbli, jiġifieri binjiet diġa kostrutti u l-art li fuqha huma mibnijin, tista' tkun eliġibbli biss fejn dawn huma proprjetajiet eżistenti adatti għall-ħtiġiet operazzjonali speċifiċ tal-proġett.

2. Għandu jinkiseb ċertifikat minn espert ikkwalifikat indipendenti jew korp uffiċjali li jikkonferma li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq. Dan iċ-ċertifikat għandu jafferma li l-bini jikkonforma mal-leġislazzjoni nazzjonali, jew għandu jispeċifika l-punti li ma jikkonformawx u li l-korp responsabbli għal implimentazzjoni tal-proġett għandu ħsieb jikkoreġi.

3. Matul l-10 snin preċedenti, il-bini ma kienx irċieva għajnuna nazzjonali jew Komunitarja li tikkawża duplikazzjoni fejn il-Fondi Strutturali jkunu parzalment jiffinanzjaw xiri jew fejn il-Fond ta' Koeżjoni jkun qiegħed jiffinanzja proġett ieħor.

4. Il-proprjetà immobbli għandha tintuża għall-għan u għall-perjodu speċifikat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

5. L-ispiża tal-proprjetà immobbli diġa fil-pussess mill-korp responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett u x-xiri ta' proprjetà immobbli fil-pussess ta' amministrazzjoni pubblika, m'għandhiex tkun eliġibbli.

Artikolu 22

Preparazzjoni tal-post u kostruzzjoni

1. Spiża fuq preparazzjoni tal-post u kostruzzjoni li huma essenzali għall-implimentazzjoni tal-proġett għandha tkun eliġibbli.

2. Fejn il-korp responsabbli għal implimentazzjoni ser jieħu il-preparazzjoni tal-post jew xogħlijiet ta' kostruzzjoni, jew partijiet minnhom, f'ismu proprju, l-ispejjeż għandhom ikunu assenjati permezz ta' sistema trasparenti u ta' kontijiet separati marbuta mal-proġetti bbazata fuq dokumenti ta' kontijiet ta' valur probatorju ekwivalenti.

3. Każijiet fejn impjegati pubbliċi jkunu involuti għandhom ikunu koperti bl-Artikolu 15.

4. Spejjeż eliġibbli għandhom jinkludi biss spejjeż attwalment imħallsa wara d-data speċifikata fl-Artikolu 7(1) u konnessi direttament mal-proġett. Spejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu waħda jew iktar mill-kategoriji li ġejjin:

(a) l-ispejjeż tax-xogħol (pagi u salarji gross);

(b) ħlasijiet għal użu ta' tagħmir ta' strapazz matul il-kostruzzjoni;

(ċ) spiża ta' prodotti użati għall-implimentazzjoni tal-proġett;

(d) spejjeż ġenerali u spejjeż oħra, jekk iġġustifikati b'mod speċifiku; għandhom ikunu assenjat b'mod fier, skond standards ta' kontijiet ġeneralment irrikonoxxuti.

5. Spejjeż ġenerali jistgħu ma jkunux iċċarġjati fejn il-korp responsabbli għal implimentazzjoni jkun awtorita pubblika.

6. L-ispejjeż għandhom ikunu stmati bi prezzijiet ta-suq.

IL-KAPITOLU 7

XIRI, KERA TA' TAGĦMIR U ASSI TANĠIBBLI

Artikolu 23

Tgħamir li jiflaħ għall-istrapazz li huwa parti mill-ispiża kapitali tal-miżuri

1. Spiża fuq ix-xiri jew kostruzzjoni ta' pjanta u tgħammir li ser ikun installat permanentment u mwaħħal fil-proġett għandu jkun eliġibbli, sakemm ikun inkluż fl-inventarju ta' tagħmir ta' strapazz tal-korp responsabbli għal implimentazzjoni u jkun ittrattat bħala spiża kapitali skond konvenzjonijiet standard ta' kontijiet.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33, il-kiri ta' tagħmir kif hemm riferenza għalih fil-paragraph 1 għandhu jitqies bħala parti mill-ispejjeż ta' operat u m'għandux ikun eliġibbli.

Artikolu 24

Xiri ta' assi intanġibbli

Ix-xiri u l-użu ta' assi intanġibbli, bħal patenti, għandhom ikunu eliġibbli jekk huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

Artikolu 25

Tagħmir li jiflaħ għall-istrapazz użat għall-implimentazzjoni ta' miżuri

1. Fejn il-korp responsabbli għal implimentazzjoni jwettaq f'ismu proprju x-xogħol kollu jew parti mix-xogħol tal-preparazzjoni tal-post jew kostruzzjoni, l-ispiża fuq ix-xiri jew produzzjoni ta' tagħmir ta' strapazz użat matul il-fażi ta' l-implimentazzjoni ta' proġett m'għandhiex tkun eliġibbli. Dan jikkonċerna makkinarju ta' kostruzzjoni goff kif ukoll tagħmir ta' uffiċċju jew ta' tipi oħra.

2. Tagħmir ta' strapazz li jinxtara jew ikun prodott b'mod speċjali biex ikun implimentat proġett jista' jiqies eliġibbli jekk huwa mingħjar valur ekonomiku jew jitkisser wara l-użu, u jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet speċjali biex isir hekk.

Artikolu 26

Tagħmir li jiflaħ għall-istrapazz użat għal għanijiet amministrattivi konnessi ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri

1. Spiża fuq ix-xiri u kiri ta' tagħmir ta' strapazz użat għal għanijiet amministrattivi m'għandiex tkun eliġibbli.

2. mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30 u 33, spiża fuq ix-xiri jew kiri ta' tagħmir użat minn awtorita pubblika fl-insegwiment tax-xogħol tagħha ta' mmonitorjar u sorveljanza m'għandhiex tkun eliġibbli.

IL-KAPITOLU 8

SPEJJEŻ MINFUQA FL-AMMINISTRAZZJONI, IMPLIMENTAZZJONI, IMMONITORJAR U SPEZZJONI TA' MIŻURI

Artikolu 27

Spejjeż ġenerali u amministrattivi

L-ispiża ġenerali u amministrattiva tal-korp responsabbli għal implimentazzjoni ta' miżuri, m'gaħdhiex tkun eliġibbli.

Artikolu 28

Spiża minfuqa minn awtoritajiet pubbliċi

Spiża minfuqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-amministrazzjoni, implimentazzjoni, immonitorjar u spezzjoni ta' miżura jew il-miżuri kollha, b'mod partikolari s-salarji ta' uffiċjali stabbiliti nazzjonali jew lokali, m'għandhiex tkun eliġibbli.

Artikolu 29

Spiża fuq miżuri subkontrattjati

Fejn miżuri huma subkontrattjati, biss spiża dovutement iġġustifikata konnessa ma' l-immonitorjar finanzjarju u materjali, verifika u spezzjonijiet fuq il-post tal-proġett għandha tkun eliġibbli.

Fil-kuntest ta' implimentazzjoni ta' doveri orizzontali ta' amministrazzjoni, implimentazzjoni, immonitorjar u kontroll, spiża subkontrattjata dovutement iġġustifikata għandha tkun eliġibbli, sa limitu preskritt fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94.

IL-KAPITOLU 9

ĦLASIJIET FINANZJARJI U OĦRAJN U SPEJJEŻ LEGALI

Artikolu 30

Ħlasijiet finanzjarji

Mgħax fuq dejn, ħlasijiet għal operazzjonijiet finanzjarji, spejjeż ta' kambju u spejjeż purament finanzjarji oħra m'għandhomx ikunu eliġibbli.

Artikolu 31

Multi, pieni finanzjarji u spiża fuq tilwim

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/94 [6], spejjeż legali, multi, pieni finanzjarji u spiża fuq tilwim m'għandhomx ikunu eliġibbli.

Artikolu 32

Ħlasijiet ta' accountancy u verifika

Ħlasijiet ta' accountancy u verifika għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu direttament marbuta ma' l-operazzjoni, huma meħtieġa għall-preparazzjoni jew implimentazzjoni tagħha u jirrigwardaw rekwiżiti amministrattivi u statutorji.

Artikolu 33

Metodi ta' teknika ta' ffinanzjar speċjali

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29, l-ispiża ta' metodi ta' teknika ta' ffinanzjar li ma jimplikawx xiri immedjat ta' tagħmir, bħal kiri, tista' titqies eliġibbli jekk tkun iġġustifikata u approvata bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u sakemm trasferiment ta' pussess lill-korp responsabbli għal implimentazzjoni isir qabel il-ħlas tal-bilanċ.

Artikolu 34

Ħlasijiet ta' avukati, ħlasijiet notarili, u spejjeż ta' parir espert tekniku jew finanzjaru

Ħlasijiet ta' avukati, ħlasijiet notarili, u spejjeż ta' parir espert tekniku jew finanzjarju għandhom ikunu eliġibbli jekk ikunu konnessi direttament ma' l-operazzjoni u jekk ikunu meħtieġa għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha.

IL-KAPITOLU 10

TIPI OĦRA TA' SPIŻA

Artikolu 35

iħaddem neċessarju and running costs of assisted proġettazzjoni

1. L-ispejjeż operazzjonali ta' proġett jew grupp ta' proġetti m'għandhomx ikunu eliġibbli.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, taħriġ ta' persunal ta' l-operazzjoni u ttestjar ta' proġett u t-tagħmir tiegħu jistgħu jitqiesu bħala spiża eliġibbli għal kull perjodu meħtieġ iddefinit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 36

Miżuri ta' pubbliċita u informazzjoni

Spiża fuq miżuri ta' pubbliċita u informazzjoni meħuda skond id-Deċiżjoni 96/455/KE għandha tkun eliġibbli.

Artikolu 37

Parkeġġi għal karozzi

Il-Fond ta' Koeżjoni m'għandux jikkontribwixx għall-kostruzzjoni ta' parkeġġi għal karozzi ġewwa jew barra sakemm mhumiex indispensabbli u ma jkunux approvati b'mod speċifiku bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 38

Xiri ta' tagħmir użat

L-ispiża ta' xiri ta' tagħmir użat għandha tkun eliġibbli taħt it-tliet kondizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' regoli nazzjonali iktar stretti:

(a) il-bejjiegħ tat-tagħmir għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ssemmi l-oriġini tiegħu, u tikkonferma li f'ebda punt matul is-seba' snin preċedenti ma kien mixtri bl-għajnuna ta' għotjiet nazzjonali jew Komunitarji;

(b) il-prezz tat-tagħmir m'għandux jeċċedi il-valur tas-suq tiegħu u għandu jkun ibjex mill-prezz ta' tagħmir simili, imma ġdid.

(ċ) it-tagħmir ikollu l-karatteristiċi rekwiżiti għall-operazzjoni u jikkonforma mar-regoli applikabbli.

Artikolu 39

Subkuntrattar

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' regoli nazzjonali iktar stretti, spiża li għandha x'taqsam mas-subkuntratti li ġejjin m'għandhiex tkun eliġibbli:

(a) subkuntrattjar li jirriżulta f'żieda fl-ispiża ta' l-implimentazzjoni tal-proġett mingħajr valur miżjud proporzjonat;

(b) kuntratti ta' subkuntrattjar konklużi ma' intermedjarji jew konsulenti li taħthom il-ħlas ikun iddefinit bħala perċentwali ta' l-ispiża totali, sakemm ħlas tali ma jkunx iġġustifikat mill-korp responsabbli għal implimentazzjoni b'riferenza għall-valur reali tax-xogħlijiet jew servizz pprovduti.

Is-subkuntratturi għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu l-verifika u l-korpi ta' spezzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar ix-xogħol tagħhom ta' subkuntrattjar.

IL-KAPITOLU 11

SPIŻA MINFUQA FIR-RIGWARD TA' KUMITATI TA' MMONITORJAR, LAQGĦAT AD HOC U SISTEMI KOMPUTERIZZATI TA' AMMINISTRAZZJONI U MMONITORJAR

Artikolu 40

Organizzazzjoni ta' laqgħat tal-Kumitat għal Immonitorjar

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 u 28, spiża minfuqa fl-organizzazzjoni ta' laqgħat mandatorji tal-Kumitat ta' Immonitorjar li jipprovdi għalihom l-Artikolu F ta' l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1164/94 għandha tkun eliġibbli wara preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn.

2. L-ispiża li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 għandha tkun ammissibbli fejn ikollha x'taqsam ma' waħda jew iktar mill-kategoriji ta' spejjeż li ġejjin:

(a) servizzi ta' interpretazzjoni;

(b) kiri ta' kmamar tal-laqgħat;

(ċ) kiri ta' tagħmir awdjo-viżwali u tagħmir elettroniku ieħor;

(d) provvediment ta' faċilitajiet għad-dokumentazzjoni u oħrajn konnessi magħha;

(e) ħlasijiet għal parteċipazzjoni ta' esperti;

(f) spejjeż ta' vvjaġġar.

3. Salarji u allowances ta' impjegati ta' awtorita pubblika mħallsin għall-organizzazzjoni tal-Kumitat ta' Immonitorjar m'għandhomx ikunu eliġibbli.

4. Tagħmir imwaħħal (tal-post, permanenti) għal għanijiet ta' immonitorjar jista' jkun eliġibbli jekk ikun speċifikament permess minn deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna teknika.

Artikolu 41

Laqgħat wara talba tal-Kummissjoni jew tal-Kumitat ta' Immonitorjar

L-Artikolu 40 għandu japplika għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ad hoc wara talba tal-Kummissjoni u tal-Kumitat ta' Immonitorjar.

Artikolu 42

Sistemi ta' komputer għal amministrazzjoni u mmonitorjar

L-ispiża involuta f'xiri u installazzjoni ta' sistemi komputerizzati ta' amministrazzjoni u mmonitorjar għandha tkun eliġibbli sal-limiti preskritti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 43

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika għal proġetti ġodda approvati bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

Michel Barnier

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 130, 25.05.1994, p. 1.

[2] ĠU L 161, 26.06.1999, p. 62.

[3] ĠU L 201, 31.07.2002, p. 5.

[4] ĠU L 188, 27.07.1996, p. 47.

[5] ĠU L 145, 13.06.1977, p. 1.

[6] ĠU L 191, 27.7.94, p. 9.

--------------------------------------------------