32003L0104



Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0083 - 0084


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/104/KE

tat-12 ta’ Novembru 2003

li tawtorizza isopropylester tal-hydroxylated analogue tal-methionine

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/20/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1) id-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi li l-emendi li għandhom isiru lill-Anness ma’ dik id-Direttiva b’riżultat ta’ l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

(2) Ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għal isopropyl ester għall-hydroxylated analogue tal-methionine li jagħmel parti mill-grupp "analogi ta’ aċidu amminiku" imniżżla fl-Anness mad-Direttiva 82/471/KEE.

(3) Fil-25 ta’ April 2003, il-Kumitat Xjentifiku dwar in-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (SCAN) ta opinjoni dwar l-użu ta’ dan il-prodott fl-għalf, u kkonkluda li l-isopropyl ester tal-hydroxylated analogue tal-methionine ma jippreżentax riskju għas-saħħa umana jew ta’ l-annimali, jew għall-ambjent.

(4) Il-valutazzjoni tat-talba għal awtorizzazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ l-isopropyl ester tal-hydroxylated analogue tal-methionine turi li dan il-prodott jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 82/471/KEE, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Direttiva. Dan il-prodotti għandu għalhekk ikun awtorizzat.

(5) Il-miżuri provvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness mad-Direttiva 82/471/KEE hu emendat kif muri fl-Anness ma’ din Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa’ mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju 2004. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament mal-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata fil-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 213, il-21.07.82, p. 8.

[2] ĠU L 80, it-23.03.99, p. 20.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Dawn li ġejjin huma miżjuda fil-lista ta’ analogi ta’ aċidi amminiċi fl-Anness mad-Direttiva 82/421/KEE taħt l-Intestatura

"4.1 Analogi ta’ methionine"

"Isem tal-grupp tal-prodott | Isem tal-prodotti | Deskrizzjoni tal-prinċipju nutrittiv jew l-identità tal-mikro-organiżmu | Sottostrat tal-kultivazzjoni (identifikaz-zjonijiet, jekk hemm) | Karatteristiċi tal-komposizzjoni tal-prodott | Speċi ta' annimali | Disposizzjonijiet speċjali |

4.1 Analogi tal-methionine | 4.1.3 isopropyl estertal-hydroxylatedanalogue tal-methionine | CH3-S-(CH2)2-CH(OH) -COO-CH-(CH3)2 | — | —Monomer esters: 90 % minimum—Umidità: massimu1 % | Baqar tal-ħalib | Indikazzjoni li għanda tiġi nkluża fuq it-tiketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: Isopropyl ester ta' 2-hydroxy-4-methylthiobutanoic acidIndikazzjoni li għandha tiġi nkluża fuq it-tiketta jew fuq l-ippakkjar ta' l-għalf kompost: Analogu ta' methionine: Isopropyl ester ta' 2-hydroxy-4-methylthiobutanoic acidPerċentwali ta' inkorporazzjoni ta' analogu ta' methionine fl-għalf." |

--------------------------------------------------