32003L0098



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0090 - 0096


Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-17 ta’ Novembru 2003

dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Tratta li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) T-Tratta jipprovdi għall-istabbiliment ta’ suq intern u ta’ sistema li tassigura li ma jkunx hemm tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fis-suq intern. L-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prattiċi fl-Istati Membri li jirrelataw ma l-esplojtazzjoni ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku jikkontribwixxu biex jinkisbu dawn il-miri.

(2) L-evoluzzjoni lejn soċjetà ta’ informazzjoni u għarf tinfluwenza l-ħajja ta’ kull ċittadin fil-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, billi tippermettilhom li jiksbu mezzi ġodda għall-aċċess u l-ksib ta’ l-għerf.

(3) Il-kontenut diġitali għandu rwol importanti f’din l-evoluzzjoni. Il-produzzjoni tal-kontenut tat lok għall-ħolqien mgħaġġel ta’ impiegi fis-snin riċenti u tkompli tagħmel dan. Ħafna minn dawn l-impiegi jinħolqu f’kumpaniji żgħar ġodda.

(4) Is-settur pubbliku jiġbor, jipproduċi, jipproduċi mill-ġdid u jxerred firxa wiesa’ ta’ informazzjoni f’ħafna żoni ta’ attività, bħal informazzjoni soċjali, ekonomika, ġeografika, dwar it-temp, turistika, kummerċjali, dwar patenti u edukattiva.

(5) Waħda mill-miri prinċipali ta’ l-istabbiliment tas-suq intern hija l-ħolqien ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ servizzi mal-Komunità kollha. L-informazzjoni tas-settur pubbliku hija materjal primarju importanti għal prodotti u servizzi b’kontenut diġitali u għandha ssir riżors ta’ kontenut ukoll aktar importanti ma’ l-iżvilupp ta’ servizzi ta’ kontenut mingħajr fil. Il-kopertura wiesa’ ġeografika bejn il-fruntieri għandha ukoll tkun essenzali f’dan il-kuntest. Possibbiltajiet aktar wiesa’ għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku għandha fost ħwejjeġ oħra tippermetti lil kumpaniji Ewropew li jutilizzaw il-potenzal tagħha u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ l-impiegi.

(6) Hemm differenzi konsiderevoli fir-regoli u l-prattiċi ta’ l-Istati Membri li jirreletaw ma l-utilizzazzjoni tar-riżorsi ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, li joħolqu ostakoli għall-ħruġ sħiħ tal-potenzal ekonomiku ta’ dan ir-riżors prinċipali ta’ dokument. Il-prattika tradizzjonali fil-korpi tas-settur pubbliku fl-utilizzazzjoni tal-informazzjoni tas-settur pubbliku żviluppat f’ħafna modi diversi. Dan għandu jingħata kont tiegħu. L-armonizzazzjoni minima tar-regoli nazzjonali u l-prattiċi dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku għandha għalhekk titwettaq, fil-każi fejn id-differenza fir-regolamenti nazzjonali u l-prattiċi jew in-nuqqas ta’ ċarezza ifixxklu l-iffunzjonar mingħajr xkiel tas-suq intern u l-iżvilupp xieraq tas-soċjetà ta’ informazzjoni fil-Komunità.

(7) Barra minn hekk, mingħajr l-armonizzazzjoni minima fil-livell tal-Komunità, l-attivitajiet leġislattivi fil-livell nazzjonali, li diġà nbdew f’numru ta’ Stati Membri sabiex iwieġbu għall-isfidi teknoloġiċi, jistgħu jwasslu f’aktar differenzi sinjifikattivi. L-impatt ta’ dawk id-differenzi leġislattivi u inċertezzi isiru aktar sinjifikanti bi żvilupp aktar tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, li diġà żiedet ħafna l-utilizzazzjoni ta’ l-informazzjoni bejn il-fruntieri.

(8) Qafas ġenerali għall-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku huwa meħtieġ sabiex jassigura kondizzjonijiet ġusti, proporzjonati u mhux diskriminatorji għall-użu mill-ġdid ta’ dik l-informazzjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku jiġbru, jipproduċu, jipproduċu mill-ġdid u jxerrdu dikumenti biex iwettqu l-kompiti pubbliċi tagħhom. L-użu ta’ dawk id-dokumenti għal raġunijiet oħra jikkostitwixxi użu mill-ġdid. Il-politika ta’ l-Istati Membri tista’ tmur ‘l hinn mill-i tsandards minimi stabbiliti b’din id-Direttiva, u b’hekk jippermettu użu mill-ġdid aktar estensiv.

(9) Din id-Direttiva ma fihiex l-obbligu li jiġi permess l-użu mill-ġdid ta’ dakoumenti. Id-deċiżjoni dwar jekk l-użu mill-ġdid jiġix awtorizzat jew le tibqa’ ta’ l-Istati Membri jew tal-korp tas-settur pubbliku konċernat. Din id-Direttiva għandha tgħod għal dokumenti li jingħamlu aċċessibbli għall-użu mill-ġdid fejn korpi tas-settur pubbliku jilliċenzaw, ibiegħu, ixxerdu, jiskambjaw jew jagħtu informazzjoni. Biex jiġu evitati sussidji kuntrarji, l-użu mill-ġdid għandu jinkludi aktar użu ta’ dokumenti fi ħdan l-organizzazzjoni nnifisha għal attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ l-applikazzjoni tal-kompiti pubbliċi tagħha. L-attivitajiet li jaqgħu barra kompitu pubbliku għandhom tipikament jinkludu l-provvista ta’ dokumenti li jiġu prodotti jew iċċarġjati esklussivament fuq bażi kummerċjali u f’kompetizzjoni ma’ oħrajn fis-suq. It-tifsira ta’ "dokument" mhix maħsuba li tkopri programmi tal-kompjuter. Din id-Direttiva tibni fuq ir-reħimi eżistenti ta’ aċċess fl-Istati Membri u ma tibdilx ir-regoli nazzjonali għall-aċċess għal dokumenti. Hija ma tgħoddx fil-każi fejn ċittadini jew kumpaniji jistgħu, taħt ir-reġim relevanti ta’ aċċess, jiksbu biss dokumenti jekk ikunu jistgħu jagħtu prova ta’ interess partikolari. Fil-livell tal-Komunità, l-Artikoli 41 (dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt ta’ kull ċittadin ta’ l-Unjoni u ta’ kull persuna naturali jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom ikunu imħajjra li jagħmlu disponibbli għall-użu mill-ġdid ta’ kull dokumenti miżmuma minnhom. Il-korpi tas-sttur pubbliku għandhom jippromwovu u jħajjru l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti, inklużi testi uffiċjali ta’ natura leġislattiva u amministrattiva f’dawk il-każi fejn il-korp tas-settur pubbliku ikollu d-dritt li jawtorizza l-użu mill-ġdid tagħhom.

(10) It-tifsiriet ta’ "korp tas-settur pubbliku" u "korp regolat bil-liġi pubblika" huma meħuda mid-Direttivi tal-ksib pubbliku (92/50/KEE [5], 93/36/KEE [6] u 93/37/KEE [7] u 98/4/KE [8]. Impriżi pubbliċi ma humiex koperti b’dawn it-tifsiriet.

(11) Din id-Direttiva tippreskrivi tifsira ġenerika ta’ l-espressjoni "dokument", skond l-iżviluppi fis-seġjetà ta’ l-informazzjoni. Hija tkopri kull rappresentazzjoni ta’ atti, fatti jew informazzjoni – u kull kumpliazzjoni ta’ dawk l-atti, fatti jew informazzjoni – ikun x’ikun il-mezz tagħhom (miktuba fuq karta, jew maħżuna f’format elettroniku jew bħala rrekordjar ta’ ħoss, viżwali jew awdjoviżwali), miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku. Dokument miżmum minn korp tas-settur pubbliku huwa dokument fejn il-korp tas-settur pubbliku ikollu d-dritt li jawtorizza l-użu mill-ġdid tiegħu.

(12) Il-limitu ta’ żmien biex tingħata tweġiba għal talbiet għall-użu mill-ġdid għandu jkun raġonevoli u skond iż-żmein ekwivalenti għal talbiet biex jiġi aċċessat id-dokument taħt ir-reġimi relevanti ta’ aċċess. Limiti ta’ żmien raġonevoli ma’ l-Unjoni kollha għandhom jistimulaw il-ħolqien ta’ informazzjoni ġdida aggregata ta’ prodotti u sevrizzi f’livell pan-Ewropew. Malli talba għall-użu mill-ġdid tkun ingħatat, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti disponibbli fil-limitu ta’ żmien li jippermetti il-potenzal sħiħ ekonomiku tagħhom li jiġi utilizzat. Dan huwa partikolarment importanti għall-kontenut dinamiku (per eżempju it-traffiku tad-data), li l-valur ekonomiku tiegħu jiddependi fuq id-disponibilità immedjata ta’ l-informazzjoni u aġġornamenti regolari. Jekk tkun meħtieġa liċenza, id-disponibilità f’waqtha ta’ dokumenti tista’ tkun parti mit-termini tal-liċenza.

(13) Il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid jistgġu jittejbu billi tiġi limitata l-ħtieġa li jiġi diġitilizzati dokumenti bbażati fuq il-karta jew li jiġu proċessati fajls diġitali biex jintgħamlu komunement kompatibbli. Għalhekk, il-korpi tas-sttur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti disponibbli f’xi format jew lingwa li jkun jeżisti minn qabel, permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn possibbli u xieraq. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom iħarsu favorevolment lejn talbiet għal estratti minn dokumenti eżietenti meta biex tintlaqa’ dik it-talba tkun tinvolvi biss operazzjoni sempliċi. Il-korpi tas-settur pubbliku ma għandhomx, iżda, ikunu obbligati li jipprovdu estratt minn dokument fejn dan ikun jinvolvi sforz disporporzjonat. Biex jiġi faċilitat l-użu mill-ġdid, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli f’format li, sa fejn ikun possibbli u xieraq, ma jkunx dipendenti fuq l-użu ta’ software speċifiku. Fejn possibbli u xieraq, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħtu kont għall-possibbiltajiet ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti minn u għal persuni b’diżabilitajiet.

(14) Fejn jiġi mitlub ħlas, d-dħul totali ma għandux jisboq in-nefqiet totali għall-ġbir, produzzjoni, produzzjoni mill-ġdid u tixrid ta’ dokumenti, flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq l-investiment, wara li jingħata kont debitu tal-ħtiġiet li korp tas-settur pubbliku konċernat jiffinanzja lilu nnifsu, fejn japplika. Il-produzzjoni tinkludi l-ħolqien u l-kollazzjoni, u t-tixrid jista’ jinkludi wkoll is-sostenn ta’ l-utent. L-irkupru tan-nefqiet kif ukoll dħul raġonevoli fuq l-investiment, konsistenti mal-prinċipji tal-kontabilità applikabbli u l-metodu relevanti tal-kalkolazzjoni tan-nefqa tal-korp konċernat tas-settur pubbliku, jikkostitwixxu l-limitu ta’ fuq tal-ħlasijiet, minħabba li kull prezzijiet eċċessivi għandhom ikunu preklużi. Il-limitu ta’ fuq għall-ħlasijiet stipulat f’din id-Direttiva huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri jew il-korpi tas-settur pubbliku li japplikaw ħlasijiet aktar baxxi jew ebda ħlas affattu, u l-Istati Membri għandhom iħajjru lill-korpi tas-settur pubbliku biex jagħmlu dokumenti disponibbli bi ħlasijiet li ma jeċċedux in-nefqiet marġinali għar-riproduzzjoni u t-tixrid tad-dokumenti.

(15) L-assigurazzjoni li l-kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku ikunu ċari u pubblikament disponibbli hija kondizzjoni minn qabel għall-iżvilupp ta’ suq ta’ informazzjoni mal-Komunità kollha. Għalhekk il-kondizzjonijiet kollha applikabbli għall-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandhom jingħamlu ċari għall-utenti potenzali li jerġgħu jużawhom. L-Istati Membri għandhom iġajjru l-ħolqien ta’ indiċijiet aċċessibbli on line, fejn xieraq, tad-dokumenti disponibbli sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw talbiet għall-użu mill-ġdid. L-applikanti għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għandhom ikunu infurmati bil-mezzi disponibbli għar-rimedju li jirrelataw ma’ deċiżjonijiet jew prattiċi li jaffetwawhom. Dan ikun ta’ importanza partikolari għall-SMEs li jistgħu ma jkunux familjari ma’ interazzjonijiet ma’ korpi tas-settur pubbliku minn Stati membri oħra u l-mezzi li jikkorrispondu ta’ rimedju.

(16) It-tagħmil pubbliku tad-dokumenti ġeneralment disponibbli miżmuma mis-settur pubbliku – li jikkonċernaw mhux biss il-proċess politiku iżda ukoll il-proċess legali u amministrattiv – huwa strument fundamentali biex jiġi estiż id-dritt għall-għall-għerf, li huwa prinċipju bażiku tad-demokrazija. Din il-mira hija applikabbli għal istituzzjonijiet f’kull livell, sew lokali, nazzjonali jew internazzjonali.

(17) F’xi każi, l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għandu jseħħ mingħajr ma tiġi miftiehma liċenza. F’xi każi oħra tinħareġ liċenza li timponi kondizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid mill-persuna liċenzata li titratta ma’ kwistjonijiet bħal responsabbiltà, l-użu xieraq ta’ dokumenti, il-garanzija li ma jsirux alterazzjonijiet u r-rikonoxximent tas-sors. Jekk korpi tas-settur pubbliku jilliċenzaw dokumenti għall-użu mill-ġdid, il-kondizzjonijiet tal-liċenza għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Liċenzi standard li ikunu disponibbli online jista’ jkollhom ukoll rwol importanti f’dan ir-rigward. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-disponibilità ta’ liċenzi standard.

(18) Jekk l-awtoirtà kompetenti tiddeċiedi li ma tagħmilx disponibbli aktar ċerti dokumenti għall-użu mill-ġdid, jew li ttemm li taġġorna dawn id-dokumenti, hija għandha tagħmel pubblikament magħrufa dawn id-deċiżjonijiet, permezz ta’ mezzi elettroniċi kull fejn possibbli.

(19) Il-kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu mhux diskriminatorji għal kategoriji paragunabbli ta’ użu mill-ġdid. Dan ma għandux, per eżempju, jipprevjeni l-iskambju ta’ informazzjoni bejn korpi tas-settur pubbliku mingħajr ħlas fit-twettieq ta’ kompiti pubbliċi, waqt li partijiet oħra jintalbu ħlas għall-użu mill-ġdid ta’ l-istess dokumenti. Dan lanqas ma għandu jipprevjeni l-adozzjoni ta’ politika differenzata ta’ ħlas għall-użu mill-ġdid kummerċjali u mhux kummerċjali.

(20) Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jirrispettaw ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti waqt li jevitaw sa fejn hu possibbli patti ta’ ftehim ta’ esklużjoni bejnithom u imsieħba privati. Iżda, sabiex jipprovdu servizz ta’ interess ġenerali ekonomiku, dritt esklussiv għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti speċifiċi tas-settur pubbliku jista’ kull tant ikun meħtieġ. Dan jista’ ikun il-każ jekk ebda pubblikatur kummerċjali ma jippulika l-informazzjoni mingħajr dak id-dritt esklussiv.

(21) Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata u applikata b’konformità sħiħa mal-prinċipji li jirrelataw mal-protezzjoni ta’ data personali skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-riogward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u ċ-ċaliq liberu ta’ dik id-data [9].

(22) Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi ma humiex affettwati b’din id-Direttiva. Biex jiġi evitat kull dubju, l-espressjoni "drittijiet ta’ proprjetà intellettwali" tirreferi għad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati biss (inklużi forom sui generis ta’ protezzjoni). Din id-Direttiva ma tapplikax għal dokumenti koperti bi drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal patenti, disinji reġistrati u marki tal-kummerċ. Din id-Direttiva ma taffettwax l-eżistenza jew il-proprjetà ta’ drittijiet ta’ rpoprjetà intellettwali ta’ korpi tas-settur pubbliku, lanqas ma tillimita l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet b’xi mod ‘l hinn mill-konfini stipulati b’din id-Direttiva. L-obbligi imposti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw biss sal-limitu li ikunu kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ patti ta’ ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjeta intellettwali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (il-Konvenzjoni ta’ Berne) u l-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ ta’ Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (il-Ftehim TRIPS). Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom, iżda, jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ l-awtur b’dak il-mod li jiffaċilita l-użu mill-ġdid.

(23) L-għodda biex jgħinu lill-utenti potenzali mill-ġdid biex isibu d-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-kondizzjonijiet għall-użu mill-ġdid jistgħu jiffaċilitaw konsiderevolment l-użu bejn il-fruntieri ta’ dokumenti tas-settur pubbliku. L-Istati Membri għandhom għalhekk jassiguraw li arranġamenti prattiċi ikunu jeżistu biex jgħinu lill-utenti mill-ġdid fit-tiftix tagħhom għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid. Listi ta’ l-attiv, preferibbilment aċċessibli online, tad-dokumenti prinċipali (dokumenti li huma estensivament użati mill-ġdid jew li jkollhom il-potenzali li jintużaw estensivament mill-ġdid), u siti wiesa’ li jkunu magħudin ma’ listi ta’ l-attiv deċentralizzat huma eżempji ta’ dak l-arranġamenti prattiċi.

(24) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni [10] u d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases [11]. Din tniżżel il-kondizzjonijiet li fihom il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ proprjetà intellettwali fis-suq intern ta’ l-informazzjoni meta jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

(25) Minħabba li l-miri ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ prodotti u servizzi ta’ informazzjoni mal-Komunità kollha bbażata fuq dokumenti tas-settur pubbliku, biex itejjbu l-użu effettiv bejn il-fruntieri ta’ dokumenti tas-settur pubbliku minn kumpaniji privati għal prodotti u servizzi ta’ informazzjoni b’valur miżjud u biex jiġi limitat it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità, ma jitsgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni intrinsiku tal-Komunità u l-impatt ta’ l-imsemmija azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx ‘l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn il-miri. Din id-Direttiva għandha tikseb arminizzazzjoni minima u b’hekk jiġu evitati aktar disparitajiet bejn l-Istati Membri fit-trattament ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi sett minimu ta’ regoli li jirregolaw l-użu mill-ġdid u l-mezzi prattiċi għall-iffaċilitar ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti eżistenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku ta’ l-Istati Membri.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) dokumenti li l-provvista tagħhom tkun attività li taqa’ barra l-kamp ta’ l-applikazzjoni tal-kompitu pubbliku tal-korpi tas-settur pubbliku konċernati kif definiti bil-liġi jew b’xi regoli oħra li jorbtu fl-Istat Membru, jew fin-nuqqas ta’ dawk ir-regoli kif definiti skond il-prattika komuni amministrattiva fl-Istat Membru in kwistjoni;

(b) dokumenti li dwarhom partijiet terzi iżommu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;

(ċ) dokumenti li huma esklużi mill-aċċess bis-saħħa tar-reġimi ta’ aċċess fl-Istati Membri, inkluż fuq raġunijiet ta’:

- il-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali (jiġifieri Sigurtà ta’ l-Istat), difiża jew sigurtà pubblika,

- kunfidenzalità statistika jew kummerċjali;

(d) dokumenti miżmuma minn xandara tas-servizzipubbliku u s-sussidjarji tagħhom, jew minn korpi oħra jew is-sussidjarji tagħhom għat-twettieq ta’ xandir mis-servizz pubbliku;

(e) dokumenti miżmuma minn stabbilimenti edukattivi u ta’ riċerka, bħal skejjel, universitajiet, arkivji, libreriji u faċilitajiet ta’ riċerka inkluż, fejn relevanti, organizzazzjonijiet stabbiliti għat-trasferiment tar-riżultati ta’ riċerka;

(f) dokumenti miżmuma minn stabbilimenti kulturali, bħal mużewijiet, libreriji, arkivji, orkestri, opri, ballets u tejatri.

3. Din id-Direttiva tibni fuq u hija mingħajr preġudizzju għar-reġimi eżistenti ta’ aċċess fl-Istati Membri. Din id-Direttiva ma tapplikax fil-każi li fihom ċittadini jew kumpaniji ikollhom jagħti prova ta’ interess partikolari taħt ir-reġim ta’ aċċess biex jinkiseb aċċess għad-dokumenti.

4. Din id-Direttiva tħalli intatt u bl-ebda mod ma taffettwa l-livell ta’ protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali taħt id-disposizzjonijiet tal-Komunità u l-liġi nazzjonali, u b’mod partikolari ma tibdilx l-obbligi u d-drittijiet stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

5. L-obbligi imposti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw biss sal-limitu li ikunu kompatibbli mad-dsposizzjonijiet ta’ patti ta’ ftehim internazzjonali dwar il-protezzjonijiet ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Berne u l-Ftehim TRIPS.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. "korp tas-settur pubbliku" tfisser l-Istat, awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpi regolati bil-liġi pubblika u assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorità waħda jew diversi awtoritajiet bħal dawk regolati bil-liġi pubblika;

2. "korp regolat bil-liġi pubblika" tfisser korp:

(a) stabbilit għal fini speċifiku biex iħares il-ħtiġiet fl-interess ġenerali, li ma jkollux karattru industrijali jew kummerċjali; u

(b) li jkollu personalità ġuridika; u

(ċ) finanzjat, fil-parti ‘l kbira tiegħu mill-Istat, jew minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħra regolati mill-liġi pubblika; jew suġġett għas-sorveljanza maniġerjali minn dawk il-korpi; jew li jkollu bord amministrattiv, maniġerjali jew ta’ sorveljanza, li aktar minn-nofs il-membri tiegħu ikunu maħtura mill-Istat, awtoritajiet reġjonali jew lokali jew minn korpi oħra regolati mill-liġi pubblika;

3. "dokument" tfisser:

(a) kull kontenut ikun x’ikun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew maħżun f’forma elettronika jew rekordjar bħala ħoss, viżwali jew awdjoviżwali);

(b) kull parti ta’ dak il-kontenut;

4. "użu mill-ġdid" tfisser l-użu minn persuni jew entitajiet ġuridiċi ta’ dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali minbarra l-fini inizjali fi ħdan il-kompitu pubbliku li għalih kienu prodotti d-dokumenti.. L-iskambju ta’ dokumenti bejn korpi tas-settur pubbliku purament fit-twettieq tal-kompiti pubbliċi tagħhom ma jikkostitwixxix użu mill-ġdid;

5. "data personali" tfisser data kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 3

Prinċipju ġenerali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun permess l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku, dawn id-dokumenti għandhom ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli III u IV. Fejn possibbli, id-dokumenti għandhom jintgħamlu disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi.

KAPITOLU II

TALBIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

Artikolu 4

Ħtiġijiet applikabbli għall-ipproċessar ta’ talbiet għall-użu mill-ġdid

1. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom, permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn possibbli u xieraq, jipproċessaw talbiet għall-użu mill-ġdid u għandhom jagħmlu d-dokument disponibbli għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenza, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenza lill-applikant f’limitu ta’ żmien raġonevoli li ikun konsistenti mal-limiti ta’ żmien preskritti għall-ipproċessar ta’ talbiet għall-aċċess għal dokumenti.

2. Fejn ma jkunu ġew stabbiliti ebda limiti ta’ żmien jew regoli oħra li jirregolaw il-provvista f’waqtha ta’ dokumenti, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipproċessaw it-talba u għandhom iwasslu d-dokumenti għall-użu mill-ġdid lill-applikant jew, jekk tkun meħtieġa liċenza, jiffinalizzaw l-offerta tal-liċenza lill-applikant f’limitu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 20 jum tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jittawwal b’20 jum tax-xogħol ieħor għal talbiet estensivi jew komplessi. F’dawk il-każi l-applikant għandu jiġi notifikat fi żmien tlett ġimgħat wara t-talba inizjali li jkun meħtieġ aktar żmien biex tiġi pproċessata.

3. Fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jinnotifikaw ir-raġuni għar-rifjut lill-applikant fuq il-bażi tad-disposizzjonijier relevanti tar-reġim ta’ l-aċċess f’dak l-Istat Membru jew tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ), jew l-Artikolu 3. Fejn deċiżjoni negattiva tkun ibbażata fuq l-Artikolu 1(2)(b), il-korp tas-settur pubbliku għandu jinkludi referenza għall-persuna naturali jew ġuridika li tkun li tkun id-detentur tad-dritt, fejn magħrufa, jew alternattivament lil min joħroġ il-liċenza li mingħandu l-korp tas-settur pubbliku ikun kiseb il-materjal relevanti.

4. Kull deċiżjoni negattiva għandu jkun fiha referenza għall-mezz ta’ rimedju fil-każ li l-applikant ikun jixtieq jappella kontra d-deċiżjoni.

5. Il-korpi tas-settur pubbliku koperti taħt l-Artikolu 1(2)(d), (e) u (f) ma għandhomx ikunu meħtieġa li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLI III

KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

Artikolu 5

Formati disponibbli

1. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli f’xi format jew lingwa eżistenti minn qabel permezz ta’ mezzi eletronniċi fejn possibli u xieraq. Dan ma għandux jimplika xi obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li joħolqu jew jaddattaw dokumenti sabiex jikkonformaw mat-talba, lanqas ma għandu jimplika xi obbligu li jiġu provduti estratti minn dokumenti fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur ‘l hinn minn operazzjoni sempliċi.

2. Fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva, il-korpi tas-settur pubbliku ma jistgħux ikunu meħtieġa li jkomplu l-produzzjoni ta’ ċerti tipi ta’ dokumenti bil-ħsieb ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dawk id-dokumenti minn organizzazzjoni privata jew tas-settur pubbliku.

Artikolu 6

Prinċipji li jirregolaw il-ħlas

Fejn jintalab ħlas, id-dħul totali mill-provvista u l-permess ta’ l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti ma għandux jisboq in-nefqa tal-ġbir, produzzjoni, riproduzzjoni u tixrid, flimkien ma dħul raġonevoli fuq l-investiment. Il-ħlasijiet għandhom ikunu orjentati skond in-nefqa matul il-perjodu xieraq ta’ kontabilità u kalkolati skond il-prinċipji ta’ kontabilità applikabbli għall-korpi tas-settur pubbliku involuti.

Artikolu 7

Trasparenza

Kull kondizzjonijiet applikabbli u ħlasijiet standard għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku għandhom ikunu stabbiliti minn qabel u ppublikati, permezz ta’ mezzi elettroniċi fejn possibbli u xieraq. Fuq talba, il-korp tas-settur pubbliku għandu jindika l-bażi tal-kalkolazzjoni għall-ħlas ippublikat. Is-sttur pubbliku in kwistjoni għandu ukoll jindika liema fatturi għandu jingħata kont tagħhom fil-kalkolazzjoni tal-ħlasijiet għal ċerti każi atipiċi. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jiżguraw li l-applikanti għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti ikunu infurmati bil-mezzi disponibbli għar-rimedju fir-rigward ta’ deċiżjonijiet jew prattiċi li jaffettwawhom.

Artikolu 8

Liċenzi

1. Il-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti mingħajr kondizzjonijiet jew jimponu kondizzjonijiet, fejn xieraq permezz ta’ liċenza, li jittrattaw mal-kwistjonijiet relevanti. Dawn il-kondizzjonijiet ma għandhomx jirrestrinġu għal xejn il-possibbiltajiet għall-użu mill-ġdid u ma għandhomx jintużaw biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2. Fi Stati Membri fejn jintużaw il-liċenzi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-liċenzi standard għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku, li jkunu jistgħu jiġu adattati biex iħarsu l-applikazzjonijiet partikolari ta’ liċenzi, ikunu disponibbli f’format diġitali u ikunu jistgħu jiġu proċessati elettronikament. L-Istati Membri għandhom iħajjru lill-korpi kollha tas-settur pubbliku biex jużaw liċenzi standard.

Artikolu 9

Arranġamenti prattiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li arranġamenti prattiċi ikunu jeżistu biex jiffaċilitaw it-tfittix għad-dokumenti disponibbli għall-użu mill-ġdid, bla listi ta’ l-attiv, preferibbilment aċċessibbli online, tad-dokumenti prinċipali u siti wiesa’ li ikunu maqgħuda ma’ listi deċentralizzati ta’ l-attiv.

KAPITOLU IV

NUQQAS TA’ DISKRIMINAZZJONI U KUMMERĊ ĠUST

Artikolu 10

Nuqqas ta’ diskriminazzjoni

1. Kull kondizzjonijiet applikabbli għall-użu mill-ġdid ta’ dokumenti għandhom ikunu mhux diskriminatorji għall-kategoriji paragunabbli ta’ użu mill-ġdid.

2. Jekk id-dokumenti jintużaw mill-ġdid minn korp ta’ settur pubbliku bħala materjal għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu, li ikunu barra l-kamp ta’ l-applikazzjoni tal-kompiti pubbliċi tiegħu, l-istess ħlasijiet u kondizzjonijiet oħra għandhom japplikaw għall-provvista tad-dokumenti għal dawk l-attivitajiet kif japplikaw għall-utenti l-oħrajn.

Artikolu 11

Projbizzjoni ta’ arranġamenti esklussivi

1. L-użu mill-ġdid ta’ dokuemnti għandu ikun miftuħ għall-utenti kollha potenzali fis-suq, ukoll jekk utent wieħed jew aktar tas-suq ikunu diġà utilizaw prodotti b’valur miżjud ibbażati fuq dawn id-dokumenti. Kuntratti jew arranġamenti oħra bejn il-korpi tas-sttur pubbliku li jżommu d-dokumenti u partijiet terzi ma għandhomx jagħtu drittijiet esklussivi.

2. Iżda, fejn dritt esklussiv ikun meħtieġ għall-provvista ta’ servizz fl-interess pubbliku, il-validità tar-raġuni għall-għoti ta’ dak id-dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal reviżjoni regolari, u għandha, f’kull każ, tiġi riveduta kull tlett snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu trasparaenti u magħmula pubbliċi.

3. L-arranġamenti eżistenti esklussivi li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjoni taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu terminati fl-aħħar tal-kuntratt u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005. Huma għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

Artikolu 13

Reviżjoni

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 2008 u għandha tikkomunika r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni flimkien ma’ xi proposti għall-modifikazzjonijiet tad-Direttiva, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tindirizza l-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-impatt ta’ din id-Direttiva, inkluż il-limitu taż-żieda fl-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tas-settur pubbliku, l-effetti tal-prinċipji applikati għall-ħlas u l-użu mill-ġdid ta’ testi uffiċjali ta’ natura leġislattiva u amministrattiva, kif ukoll possibbiltajiet oħra għat-titjib ta’ l-iffunzjonar kif imiss tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ l-industrija tal-kontenut Ewropew.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

IndirizzatiDin id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmual fi Brussel,

fis-17 ta’ Novembru 2003.

Għall-Parlament

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU C 227 E, ta’ l-24.9.2002, p. 382.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 25.

[3] ĠU C 73, tas-26.3.2003, p. 38.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU C 159 E, tat-8.7.2003, p. 1) u posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003.

[5] ĠU L 209, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE (ĠU L 285, tad-29.10.2001, p. 1).

[6] ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 1. . Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE.ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE.

[7] ĠU L 199, tad-9.8.1993, p. 54. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE.

[8] ĠU L 101, ta’ l-1.4.1998, p. 1.

[9] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[10] ĠU L 167, tat-22.6.2001, p. 10.

[11] ĠU L 77, tas-27.3.1996, p. 20.

--------------------------------------------------