32003L0022



Official Journal L 078 , 25/03/2003 P. 0010 - 0011


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/22/KE

tal-24 ta’ Marzu 2003

temenda xi l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għal prodotti ta’ pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/20/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għal prodotti ta’ pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/89/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(c) tagħha,

Billi:

(1) Minn informazzjoni provduta mill-Isvezja ibbażata fuq stħarriġ aġġornat, ċerti żoni fil-kontea ta’ Skååne ma għandhomx ikunu aktar rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Beet necrotic yellow vein virus għax jirriżulta illi dan l-organiżmu perikoluż jgħix f’dawn iż-żoni.

(2) Minn informazzjoni provduta mill-Italja ibbażata fuq stħarriġ aġġornat, ċerti żoni fir-reġjun tal-Veneto ma għandhomx ikunu aktar rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. għax jirriżulta illi dan l-organiżmu perikoluż jgħix f’dawn iż-żoni.

(3) L-emendi huma skond it-talbiet ta’ l-Italja u ta’ l-Isvezja.

(4) Id-dispożizzjonijiet preżenti kontra l-Tilletia indica Mitra għandhom jiġu modifikati sabiex jirriflettu l-informazzjoni aġġornata dwar il-preżenza ta’ dan l-organiżmu perikoluż fl-Affrika t’Isfel.

(5) L-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KE li huma rilevanti għandhom għalhekk jiġu emendati..

(6) Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE qed jiġu emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2003, jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza għal din id-Direttiva meta jkunu ippubblikati uffiċjalment. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonli li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 355, tat-30.12.2002, p. 45.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

1. fil-Parti B ta’ l-Anness 1, taħt l-intestatura (b), f’punt 1, l-informazzjoni fil-kolonna tan-naħa tal-lemin, hija mibdula b’dan li ġej:

"DK, F (Britanny), IRL, P (Azores), FIN, S (minbarra ż-żoni tal-Kunsilli Distrettwali ta’ Bromölla, Hässleholm, Kristianstad u Östra Göinge fil-kontea ta’ Skåne), UK (L-Irlanda ta’ Fuq)";

2. fil-Parti B ta’ l-Anness II, taħt l-intestatura (b), f’punt 2, l-informazzjoni fil-kolonna tan-naħa tal-lemin, hija mibdula b’dan li ġej:

"E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Kalabrija; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardija; Marche; Molise; Piedmont; Sardinja; Sqallija; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; Umbria; Valle d’Aosta; Veneto: minbarra, fil-provinċja ta’ Rovigo, il-komuni ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Baora Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona, il-komuni Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)";

3. fil-Parti B ta’ l-Anness III, f’punt (3), l-informazzjoni fil-kolonna tan-naħa tal-lemin, hija mibdula b’dan li ġej:

"E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Kalabrija; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza and Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardija; Marche; Molise; Piedmont; Sardinja; Sqallija; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; Umbria; Valle d’Aosta; Veneto: minbarra, fil-provinċja ta’ Rovigo, il-komuni ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona il-komuni ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)";

4. Fil-Parti B ta’ l-Anness IV, fil-punti 20.1, 20.2, 22, 23, 25, 26, 27.1, 27.2 u 30, l-informazzjoni fil-kolonna tan-naħa tal-lemin hija mibdula b’dan li ġej:

"DK, F (Britanny), IRL, P (Azores), FIN, S (minbarra ż-żoni tal-Kunsilli Distrettwali ta’ Bromölla, Hässleholm, Kristianstad u Östra Göinge fil-kontea ta’ Skåne), UK (L-Irlanda ta’ Fuq)";

5. fil-Parti B ta’ l-Anness IV, fil-punt 21:

(a) it-test fil-kolonna tan-nofs taħt il-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(a) il-pjanti joriġinaw fiż-żoni protetti E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Kalabrija; Campania; Emilia-Romagna: fil-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardija; Marche; Molise; Piedmont; Sardinja; Sicily; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; Umbria; Valle d’Aosta; Veneto: minbarra, fil-provinċja ta’ Rovigo, il-komuni Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova, il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona il-komuni ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)";

(b) l-input fil-kolonna tan-naħa tal-lemin hu mibdul b’dan li ġej:

"E, F (Corsica), IRL, I (Abruzzi; Apulia; Basilicata; Kalabrija; Campania; Emilia-Romagna: il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza and Rimini; Friuli-Venezia Giulia; Lazio; Liguria; Lombardija; Marche; Molise; Piedmont; Sardinja; Sqallija; it-Toskana; Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; Umbria; Valle d’Aosta; Veneto: minbarra, fil-provinċja ta’ Rovigo il-komuni ta’ Rovigo, Polesella, Villamarzana, Fratta Polesine, San Bellino, Badia Polesine, Trecenta, Ceneselli, Pontecchio Polesine, Arquà Polesine, Costa di Rovigo, Occhiobello, Lendinara, Canda, Ficarolo, Guarda Veneta, Frassinelle Polesine, Villanova del Ghebbo, Fiesso Umbertiano, Castelguglielmo, Bagnolo di Po, Giacciano con Baruchella, Bosaro, Canaro, Lusia, Pincara, Stienta, Gaiba, Salara, u fil-provinċja ta’ Padova il-komuni ta’ Castelbaldo, Barbona, Piacenza d’Adige, Vescovana, S. Urbano, Boara Pisani, Masi, u fil-provinċja ta’ Verona il-komuni ta’ Palù, Roverchiara, Legnago, Castagnaro, Ronco all’Adige, Villa Bartolomea, Oppeano, Terrazzo, Isola Rizza, Angiari), u għall-A (Burgenland, Carinthia, Lower Austria, Tirol (distrett amministrattiv ta’ Lienz), Styria, Vienna), P, FIN, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)";

6. Fil-Parti B ta’ l-Anness V, taħt l-intestatura I, fil-punti 1 u 8, it-test ", Affrika t’Isfel" hu miżjud wara "il-Pakistan".

--------------------------------------------------