32003D1229



Official Journal L 176 , 15/07/2003 P. 0011 - 0028


Id-Deċiżjoni Nru 1229/2003/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tas-26 ta' Ġunju 2003

li tistabbilixxi serje ta' linji gwida għan-networks trans-Ewropej ta' enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 1996 li tniżżel serje ta' linji gwida għan-networks Trans-Ewropej ta' enerġija [5], nħasset il-ħtieġa li jiġu nkorporati prijoritajiet ġodda, tinġibed l-attenzjoni għall-proġetti li huma partikolarment importanti, tiġi aġġornata l-lista ta' proġetti, u tiġi adottata proċedura użata għall-identifikazzjoni tal-proġetti.

(2) Il-prijoritajiet ġodda ġejjin mill-ħolqien ta' suq intern ta' l-enerġija iktar miftuħ u kompettitiv, bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 li tikkonċerna r-regoli komuni għas-suq intern ta' l-elettriku [6] u tad-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tikkonċerna regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [7]. Dawn isegwu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma ta' Marzu 2001 li jikkonċerna l-iżvilupp ta' infrastrutturi meħtieġa għat-tħaddim tas-suq ta' l-enerġija. Sforz speċjali għandu jittieħed biex jintlaħaq l-iskop li jkun hemm aktar użu minn sorsi ta' enerġija li tista' tiġġedded bħala kontribuzzjoni għat-titjib ta' żvilupp sostenibbli.

(3) Bħala regola l-kostruzzjoni u l-manteniment ta' l-infrastrutturi ta' l-enerġija għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji tas-suq. Din taqbel ukoll mal-proposti tal-Kummissjoni għall-kompletar tas-suq intern ta' l-enerġija u mar-regoli komuni fuq il-liġi tal-kompetizzjoni li l-għan tagħha hu l-ħolqien ta' suq intern ta' l-enerġija iktar miftuħ u kompettitiv. Għajnuna finanzjarja tal-Komunità għall-kostruzzjoni u l-manteniment għandha għalhekk tibqa' b'mod ta' eċċezzjoni. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati korrettament.

(4) L-infrastruttura ta' l-enerġija għandha tkun mibnija u mantenuta b'tali mod li tawtorizza s-suq intern ta' l-enerġija biex jopera b'mod effiċjenti, mingħajr ma jnaqqas mill-kriterji ta' servizz strateġiku u, fejn xieraq, universali. Il-prijoritajiet ġejjin ukoll mill-importanza dejjem tikber tan-networks trans Ewropej ta' l-enerġija biex jiddiversifikaw il-fornimenti tal-gass tal-Komunità, jinkorporaw n-networks ta' enerġija tal-pajjiżi kandidati u jassiguraw l-operazzjoni kordinata tal-grilji elettriċi tal-portijiet ta' l-Ewropa, l-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

(5) Fost il-proġetti relatati man-networks trans Ewropej ta' l-enerġija, huwa meħtieġ li tinġibed l-attenzjoni għall-proġetti prijoritarji, li huma verament importanti għat-tħaddim tas-suq intern ta' l-enerġija jew għas-sigurta fil-forniment ta' l-enerġija.

(6) Huwa meħtieġ li tkun adottata l-proċedura biex jiġu identifikati proġetti relatati man-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija sabiex tiġi assigurata l-armonizzazzjoni ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2236/95 tat-18 ta' Settembru 1995 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-konċessjoni ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-networks trans-Ewropej [8].

(7) Il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' proġetti relatati man-networks trans-Ewropej ta' l-enerġija għandha tkun adattata permezz ta' azzjoni f'żewġ livelli: l-ewwel livell li jidentifika numru ristrett ta' proġetti ta' interess komuni definiti tematikament, u t-tieni livell li jiddeskrivi proġetti fid-dettal, msejjaħ bħala speċifikazzjonijiet.

(8) Ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett huma suxxettibbli għal bidliet, huma mogħtija b'mod indikattiv. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkompli tkun mogħtija s-setgħa biex taġġornahom. Ladarba l-proġett jista' jkollu implikazzjonijiet politiċi u ekonomiċi konsiderevoli, huwa importanti li jinstab bilanċ xieraq bejn il-viżjoni leġislattiva u l-flessibilta fid-determinazzjoni ta' proġetti li jixirqilhom appoġġ potenzjali mill-Komunità.

(9) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni [9].

(10) L-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proġetti prijoritarji tagħhom għandhom ikunu bla ħsara għar-riżultati ta' l-istima ta' l-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti u tal-pjanijiet jew programmi.

(11) Iż-żmien limitu li fih il-Kummissjoni għandha tikkompila r-rapport perjodiku fuq l-implimentazzjoni tal-linji gwida tad-Deċiżjoni Nru 254/96/KE għandu jkun estiż ladarba, skond ir-Regolament (KE) Nru 2236/95, għandha tissottometti rapport annwali li jkun fih informazzjoni fuq il-progress tal-proġetti, u b'mod partikolari dak tal-proġetti prijoritarji.

(12) Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-emendi li qegħdin isiru fid-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE, huwa mixtieq, għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità, li d-disposizzjonijiet in kwistjoni għandhom ikunu miktuba mill-ġdid,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skop

Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità biex tistabbilixxi linji gwida għal networks trans-Ewropej ta' l-enerġija. Tistabbilixxi serje ta' linji gwida li jkopru l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-linji vasti ta' azzjoni tal-Komunità fir-rigward ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija. Dawn il-linji gwida jidentifikaw il-proġetti ta' interess komuni, inklużi dawk li għandhom prijorità, fost networks trans-Ewropej ta' l-elettriku u l-gass naturali.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika:

1. fin-networks ta' l-elettriku, għal:

(a) linji kollha ta' vultaġġ għoli, minbarra dawk tan-networks ta' distribuzzjoni, u għall-konnessjoni ta' taħt il-baħar, bil-kondizzjoni li din l-infrastruttura tkun użata għal trasmissjoni/konnessjoni inter reġjonali jew internazzjonali;

(b) kull tagħmir jew installazzjoni meħtieġa biex is-sistema in kwistjoni taħdem tajjeb, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll;

2. fin-networks tal-gass naturali, għal:

(a) sensiela ta' katusi taħt l-art bi pressjoni għolja ta' gass, minbarra dawk tan-networks ta' distribuzzjoni, li jagħmluha possibbli li jkunu fornuti reġjuni tal-Komunità minn sorsi interni jew esterni;

(b) faċilitajiet ta' ħażna taħt l-art marbutin ma' l-hawnfuq imsemmija katusi taħt l-art bi pressjoni għolja ta' gass;

(ċ) lqugħ, ħażna, u faċilitajiet ta' rigassifikazzjoni għall-gass naturali likwifikat (LNG) u wkoll għat-trasportaturi tal-gass skond l-ammonti li għandhom ikunu fornuti;

(d) kull tagħmir jew intsallazzjoni meħtieġa biex is-sistema in kwestjoni taħdem tajjeb, inklużi sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll.

Artikolu 3

Għanijiet

Il-Komunità għandha tippromwovi l-interkonnessjoni, l-interoperabbiltà u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej ta' l-enerġija u jkollha aċċess għal dawn in-networks skond il-liġi preżenti tal-Komunità, bil-għan li:

(a) tinkoraġġixxi t-tħaddim effettiv tas-suq intern b'mod ġenerali u tas-suq intern ta' l-enerġija b'mod partikolari, waqt li tinkoraġġixxi l-produzzjoni razzjonali, d-distrubuzzjoni u l-użu tar-riżorsi ta' l-enerġija u l-iżvilupp u l-konnessjoni ta' risorsi li jiġġeddu ta' enerġija, sabiex tnaqqas l-ispiża ta' l-enerġija għall-konsumatur u tikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija;

(b) tiffaċilita l-iżvilupp u t-tnaqqis ta' l-iżolament tar-reġjuni inqas favoriti u gżejjer tal-Komunità, b'hekk tgħinhom isaħħu l-koeżjoni ekonomika u soċjali;

(ċ) isaħħaħ is-sigurta tal-fornimenti ta' l-enerġija, per eżempju billi ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fis-settur ta' l-enerġija b'interess reċiproku tagħhom, b'mod partikolari fl-istruttura tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija u ftehim ta' koperazzjoni magħluq mill-Komunità.

Artikolu 4

Prijoritajiet

Il-prijoritajiet għal azzjoni mill-Komunità fuq networks trans-Ewropej ta' l-enerġija għandhom ikunu kumpattibli ma' l-iżvilupp sostenibbli u għandhom ikunu kif ġej:

1. għan-networks ta' elettriku u tal-gass:

(a) jadottaw u jiżviluppaw networks ta' enerġija b'għajnuna għat-tħaddim tas-suq intern ta' l-enerġija u, b'mod partikolari, isolvu problemi ta' għeluq (b'mod partikolari dawk ta' transfruntiera), konġestjoni u nuqqas ta' konnessjonijiet, u jikkunsidraw l-ħtiġiet li jiġu mill-funzjonament tas-suq intern għall-elettriku u l-gass naturali u t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea;

(b) jistabbilixxu networks ta' enerġija f'reġjuni insulari, iżolati, periferali u ultraperiferali waqt li jippromwovu d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded, flimkien mal-konnessjoni ta' dawk in-networks, fejn meħtieġ;

2. għall-networks ta' elettriku:

(a) jadottaw u jiżviluppaw networks biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni/konnessjoni ta' produzzjoni ta' enerġija li tiġġedded;

(b) interoperabbiltà ta' networks ta' elettriku fi ħdan il-Komunità Ewropea ma' dawk tal-pajjiżi kandidati għad-dħul u pajjiżi oħra fil-portijiet ta' l-Ewropa, tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed;

3. għan-network tal-gass:

l-iżvilupp ta' networks tal-gass sabiex jilħqu l-ħtiġiet ta' konsum ta' gass naturali tal-Komunità Ewropea, il-kontroll tas-sistemi ta' forniment tagħha ta' gass u l-interoperabbilta ta' networks tal-gass ma' dawk ta' pajjiżi terzi fil-portijiet ta' l-Ewropa, tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed, u d-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' gass naturali u tar-rotot tal-fornimenti.

Artikolu 5

Linji ta' azzjoni

Il-linji vasti ta' azzjoni mill-Komunità għan-networks trans-Ewropew għandhom ikunu:

(a) l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni;

(b) il-ħolqien ta' kuntest aktar favorevoli għall-iżvilupp ta' dawn in-networks, skond l-Artikolu 156(1), tat-Trattat.

Artikolu 6

Kriterji addizzjonali għal proġetti ta' interess

1. Il-kriterji ġeneriċi li għandhom ikunu applikati meta tittieħed deċiżjoni fuq modifiki, speċifikazzjonijiet jew applikazzjonijiet għall-aġġornament ta' proġett ta' interess komuni huma dawn li ġejjin:

(a) il-proġetti jaqgħu fi ħdan l-iskop ta' l-Artikolu 2;

(b) il-proġetti jikkorrispondu għall-għanijiet u l-prijoritajiet mniżżla fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament;

(ċ) il-proġetti juru vijabilità ekonomika potenzjali.

Proġetti ta' interess komuni li għandhom x'jaqsmu mat-territorju ta' Stat Membru għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat.

2. Il-kriterji addizzjonali għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni huma mniżżla fl-Anness II.

3. Kull modifika li tibdel id-deskrizzjoni tal-kriterji addizzjonali għall-proġetti ta' interess komuni kif jidher fl-Anness II, inkluż tibdil sostanzjali li jaffettwa dawn il-kriterji, bħal fir-rigward ta' proġetti totalment ġodda jew destinazzjonijiet f'pajjiżi ġodda, għandha tkun deċiża skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

4. Dawk il-proġetti biss elenkati fl-Anness III li jilħqu l-kriterji msemmija f'paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu eleġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Komunità stabbilita fir-Regolament (KE) 2236/95.

5. L-ispeċifikazzjonijiet indikattivi tal-proġett, inkluża, fejn xieraq, id-deskrizzjoni ġeografika tagħhom, huma mniżżla fl-Anness III. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu aġġornati mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). L-aġġornamenti huma ta' natura teknika u għandhom ikunu limitati għal tibdiliet tekniċi ta' proġetti, il-ħtieġa li timmodifika per eżempju parti partikolari tar-rotta speċifikata, jew addattament limitat tal-post tal-proġett.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura li huma jikkunsidraw meħtieġa biex jiffaċilitaw u jħaffu t-tlestija ta' proġetti ta' interess komuni u biex jimminimizzaw d-dewmien waqt li jibqgħu konformi mal-liġi tal-Komunità u mal-konvenzjonijiet internazzjonali fuq l-ambjent. B'mod partikolari, il-proċeduri neċessarji għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu kompletati veloċement.

7. Fejn partijiet ta' proġetti ta' interess komuni jkunu fit-territorju ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista', bi ftehim ma' l-Istati Membri konċernati, tmexxi proposti, fejn xieraq fi ħdan l-istruttura ta' amministrazzjoni tal-ftehim bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi terzi skond it-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija fir-rigward ta' pajjiżi terzi li huma firmatarji f'dak it-Trattat, biex il-proġetti wkoll jiġu rikonoxxuti bħala ta' interess reċiproku mill-pajjiżi terzi konċernati, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tagħhom.

8. L-evalwazzjoni tal-vijabilità ekonomika msemmija fil-paragrafu 1(ċ) għandha tkun ibbażata fuq analiżi ta' spejjeż u profitt li għandha tikkunsidra l-ispejjeż u l-profitti kollha, inklużi dawk f'perijodu medju u/jew twil, relatati ma' l-aspetti ambjentali, is-sigurta ta' forniment u l-kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika u soċjali.

Artikolu 7

Proġetti prijoritarji

1. Dawk il-proġetti ta' interess komuni msemmija fl-Artikolu 6(4) u koperti fl-Anness I għandu jkollhom prijorità fl-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2236/95. Bidliet fl-Anness I għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

2. L-Istati Membri konċernati u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu, kull wieħed fl-isfera ta' kompetenza tiegħu, biex imexxu 'l quddiem it-twettiq ta' proġetti prijoritarji speċjalment proġetti barra l-fruntiera.

3. Il-proġetti prijoritarji għandhom ikunu konformi ma' l-iżvilupp sostenibbli u għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin:

(a) għandu jkollhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim kompettittiv tas-suq intern, u/jew

(b) għandhom isaħħu s-sigurtà tal-forniment fil-Komunità.

Artikolu 8

Effetti fuq il-kompetizzjoni

Meta l-proġetti jkunu kkunsidrati, għandu jsir sforz biex ikunu kkunsidrati l-effetti fuq il-kompetizzjoni. Finanzjament privat jew finanzjament mill-operaturi ekonomiċi konċernati għandu jkun inkoraġġit. Kull tagħwiġ kompettittiv bejn l-operaturi fis-suq għandu jkun evitat, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet

1. Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għal kull impenn finanzjarju ta' xi Stat Membru jew tal-Komunità.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għar-riżultati ta' l-istima fuq l-impatt ambjentali ta' proġetti u ta' pjanijiet jew programmi li jiddefinixxu l-istruttura tal-ġejjieni ta' l-awtorizzazzjoni għal proġetti bħal dawn. Ir-riżultati ta' l-istimi fuq l-impatt ambjentali, fejn stimi ta' dan it-tip ikunu mitluba skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, għandhom ikunu kkunsidrati qabel tittieħed deċiżjoni fuq it-twettiq tal-proġetti skond il-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

Artikolu 10

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 11

Rapport

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tikkompila rapport fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. F'dan ir-rapport, għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-implimentazzjoni u l-progress magħmul fit-twettiq tal-proġetti prijoritarji, kif ukoll għall-modalitajiet tal-finanzjament tagħhom, b'mod speċjali fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-ħruġ tal-flus tal-Komunità, li jikkonċernaw il-konnessjonijiet barra l-fruntiera kif msemmi fl-Anness II, punti 1, 2 u 7.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Id-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE hija hawnhekk imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni msemmija. Referenzi għad-Deċiżjoni Nru 1254/96/KE għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 151 E, tal-25.6.2002, p. 207.

[2] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 146.

[3] ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, p. 35.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (għadha m'hix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 (ĠU C 64 E, tat-18.3.2003, p. 22) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Ġunju 2003 (għadha m'hix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003.

[5] ĠU L 161, tad-29.6.1996, p. 147. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 1741/1999/KE (ĠU L 207, tas-6.8.1999, p. 1).

[6] ĠU L 27, tat-30.1.1997, p. 20.

[7] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 1.

[8] ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 1).

[9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' ENERĠIJA

Assi għal proġetti prijoritarji kif definiti fl-Artikolu 7

NETWORKS TA' ELETTRIĊITA

EL.1. Franza - Belġju - l-Olanda - il-Ġermanja:

infurzar ta' networks ta' elettriku sabiex tkun solvuta l-konġestjoni fil-fluss ta' l-elettriku mill-Benelux.

EL.2. Fruntieri ta' l-Italja ma' Franza, Awstrija, Slovenja u l-Isvizzera:

iż-żieda ta' kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku.

EL.3. Franza - Spanja - Portugal:

iż-żieda ta' kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku bejn dawn il-pajjiżi u għall-penisola Iberika u żvilupp ta' grilji fir-reġjuni insulari.

EL.4. Greċja – il-pajjiżi tal-Balkani – s-Sistema UCTE:

żvilupp ta' infrastruttura ta' elettriku biex toħloq konnessjoni bejn il-Greċja u s-Sistema UCTE.

EL.5. Renju Unit – l-Ewropa Kontinentali u l-Ewropa tat-Tramuntana:

l-istabbiliment/ż-żieda ta' kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u l-possibilità ta' integrazzjoni ta' enerġija mir-riħ offshore.

EL.6. Irlanda – Renju Unit:

ż-żieda ta' kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u l-possibilità ta' integrazzjoni ta' enerġija offshore.

EL.7. Danimarka - Ġermanja – iċ-Ċirkwit tal-Baltiku (inkluż in-Norveġja – l-Isvezja – l-Finlandja – id-Danimarka – il-Ġermanja):

ż-żieda ta' kapaċità ta' interkonnessjoni ta' l-elettriku u l-possibilità ta' integrazzjoni ta' enerġija mir-riħ offshore.

NETWORKS TAL-GASS

NG.1. Renju Unit – l-Ewropa Kontinentali tat-Tramuntana, inkluż l-Olanda, id-Danimarka u l-Ġermanja - (b'konnessjoni mal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku) - Russja:

sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass li joħolqu konnessjoni bejn xi uħud mis-sorsi prinċipali ta' gass fl-Ewropa, li jtejbu l-interoperabilità tan-networks, u jżidu s-sigurta tal-forniment.

NG.2. Algerija - Spanja - Italja - Franza – l-Ewropa Kontinentali tat-Tramuntana:

kostruzzjoni ta' sensiela ta' katusi taħt l-art ġodda tal-gass mill-Alġerija għal Spanja, Franza u l-Italja, u żieda ta' kapaċità ta' networks fi u bejn Spanja, l-Italja u Franza.

NG.3. pajjiżi tal-Baħar Kaspju – Lvant Nofsani – l-Unjoni Ewropea:

networks ta' sensiela ta' katusi taħt l-art ġodda tal-gass lill-Unjoni Ewropea minn sorsi ġodda, inklużi s-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Turkija – Greċja, Greċja – Italja u Turkija - Awstrija.

NG.4. Stazzjonijiet ta' LNG fil-Belġju, Franza, Spanja, Portugal, u fl-Italja:

diversifikazzjoni ta' sorsi ta' punti ta' forniment u dħul, inklużi l-konnessjonijiet LNG mal-grilji ta' trasmissjoni.

NG.5. Ħżin taħt l-art fi Spanja, l-Portugal, l-Italja, l-Greċja u fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku:

żieda ta' kapaċità fi Spanja, l-Italja u r-Reġjun tal-Baħar Baltiku u kostruzzjoni ta' l-ewwel faċilitajiet fil-Portugal u l-Greċja.

--------------------------------------------------

ANNESS II

NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' L-ENERĠIJA

Kriterja addizzjonali għal Proġetti ta' interess komuni

NETWORKS TA' ELETTRIĊITA

1. Żvilupp ta' networks ta' elettriku f'reġjuni insulari, iżolati, periferali u ultraperiferali waqt promozzjoni tad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija u titjib ta' l-użu ta' enerġiji li jiġġeddu, u konnessjoni ta' networks ta' elettriku ta' dawk ir-reġjuni, jekk xieraq.

- Irlanda - Renju Unit (Wales)

- Greċja (il-Gżejjer)

- Italja (Sardinja) - Franza (Korsika) - Italja (kontinentali)

- Konnessjonijiet f'reġjuni ta' gżejjer

- Konnessjonijiet f'reġjuni ultraperiferali fi Franza, Spanja, Portugal

2. Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' elettriku bejn l-Istati Membri meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern u sabiex tkun assigurata l-kredibilità u d-dipendenza tat-tħaddim tan-networks ta' l-elettriku.

- Franza - Belġju - Olanda - Ġermanja

- Franza - Ġermanja

- Franza - Italja

- Franza - Spanja

- Portugal - Spanja

- Finlandja - Svezja

- Awstrija - Italja

- Irlanda - Renju Unit (Irlanda ta' Fuq)

- Awstrija - Ġermanja

- Olanda - Renju Unit

- Ġermanja - Danimarka - Svezja

- Greċja - Italja

3. Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' elettriku fi ħdan l-Istati Membri fejn dan huwa meħtieġ sabiex jittieħed vantaġġ mill-konnessjonijiet bejn l-Istati Membri, il-funzjonament tas-suq intern jew il-konnessjoni ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded

- L-Istati Membri kollha

4. Żvilupp tal-konnessjonijiet ta' elettriku ma' Stati mhux Membri, u b'mod partikolari mal-pajjiżi kandidati għad-dħul, li jikkontribwixxi għall-interoperabilità, għall-kredibilità u d-dipendenza tat-tħaddim tal-grilji ta' l-elettriku jew għall-forniment ta' elettriku fil-Komunità Ewropea.

- Ġermanja - Norveġja

- Olanda - Norveġja

- Svezja - Norveġja

- Renju Unit - Norveġja

- Italja - Slovenja

- Iċ-Ċirkwit Elettriku tal-Baltiku: Ġermanja - Polonja - Russja - Estonja - Latvja - Litwanja - Svezja - Finlandja - Danimarka - Belarus

- Norveġja - Svezja - Finlandja - Russja

- Iċ-Ċirkwit Elettriku tal-Mediterran: Franza - Spanja - Marokk – Alġerija – Tuneżija - Libja - Eġittu – Pajjiżi tal-Lvant Qarib - Turkey - Greċja - Italja

- Ġermanja - Polonja

- Greċja - Turkija

- Italja - Svizzera

- Greċja – Pajjiżi Balkaniċi

- Spanja - Marokk

- UE – Pajjiżi Balkaniċi - Belarus - Russja - Ukrajna

- Ċirkwit Elettriku tal-Baħar l-Iswed: Russja - Ukrajna - Rumanija - Bulgarija - Turkija - Georgia

5. Azzjonijiet li jtejbu l-funzjonament tan-networks interkonnessi ta' l-elettriku fi ħdan is-suq intern u, b'mod partikolari, jidentifikaw għeluq u nuqqas ta' konnessjonijiet, jiżviluppaw soluzzjonijiet għall-problemi ta' konġestjoni u jadattaw il-metodi ta' previżjoni u ta' tħaddim tan-networks ta' elettriku.

- Identifikazzjoni ta' għeluq u nuqqas ta' konnessjonijiet, b'mod speċjali barra l-fruntiera, fi ħdan n-networks ta' elettriku.

- Żvilupp ta' soluzzjonijiet għall-amministrazzjoni tal-fluss elettriku biex jikkonfrontaw problemi ta' konġestjoni fin-networks ta' elettriku.

- Adattament ta' metodi ta' previżjoni u ta' tħaddim ta' networks ta' elettriku meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern u l-użu ta' persentaġġ għoli ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded.

NETWORKS TAL-GASS NATURALI

6. Introduzzjoni tal-gass naturali f'reġjuni ġodda, prinċipalment fir-reġjuni insulari, iżolati, periferali u ultraperiferali u żvilupp ta' networks tal-gass f'dawn ir-reġjuni.

- Renju Unit (Irlanda ta' Fuq)

- Irlanda

- Spanja

- Portugal

- Greċja

- Svezja

- Danimarka

- Reġjuni Ultraperiferali: Franza, Spanja, Portugal

7. Żvilupp ta' konnessjonijiet tal-gass sabiex jilħqu l-ħtiġiet tas-suq intern jew isaħħu s-sigurta tal-forniment, inkluż konnessjoni ta' networks tal-gass separati.

- Irlanda - Renju Unit

- Franza - Spanja

- Portugal - Spanja

- Awstrija - Ġermanja

- Awstrija - Ungerija

- Awstrija - Italja

- Greċja – Pajjiżi Balkaniċi oħra

- Italja - Greċja

- Awstrija - Repubblika Ċeka

- Awstrija - Slovenja - Kroazja

- Renju Unit - Olanda - Ġermanja

- Ġermanja - Polonja

- Danimarka - Renju Unit

- Danimarka - Ġermanja - Svezja

8. Żvilupp tal-kapaċità għall-ilqugħ tal-gass naturali likwifikat (LNG) u għall-ħażna tal-gass naturali, meħtieġa sabiex tintlaħaq id-domanda u l-kontroll tas-sistemi ta' forniment tal-gass, u d-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot ta' forniment.

- L-Istati Membri kollha

9. Żvilupp tal-kapaċità fit-trasport tal-gass (sensiela ta' katusi taħt l-art li jfornu l-gass) meħtieġ sabiex tintlaħaq id-domanda u jiddiversifika l-fornimenti minn sorsi interni u esterni, kif ukoll r-rotot tal-forniment.

- Grilja Nordika tal-Gass: Norveġja - Danimarka - Ġermanja - Svezja - Finlandja - Russja – Stati Baltiċi - Polonja

- Alġerija - Spanja - Franza

- Russja - Ukrajna – UE

- Russja - Belarus - Polonja - UE

- Libja - Italja

- Pajjiżi tal-Baħar Kaspju - UE

- Russja - Ukrajna - Moldavja - Rumanija - Bulgarija - Greċja – Pajjiżi Balkaniċi oħra

- Ġermanja - Repubblika Ċeka - Awstrija - Italja

- Russja - Ukrajna - Slovakkja - Ungerija - Slovenja - Italja

- Olanda - Ġermanja - Svizzera - Italja

- Belġju - Franza - Svizzera - Italja

- Danimarka - (Svezja) - Polonja

- Norveġja - Russja - UE

- Irlanda

- Alġerija - Italja - Franza

- Lvant Nofsani - UE

10. Azzjonijiet li jtejbu l-funzjonament tan-networks interkonnessi tal-gass fi ħdan is-suq intern u, b'mod partikolari, jidentifikaw l-għeluq u n-nuqqas ta' konnessjoni, jiżviluppaw soluzzjonijiet li jikkonfrontaw il-konġestjoni u jadattaw metodi għall-previżjoni u għat-tħaddim tan-networks tal-gass.

- Identifikazzjoni ta' għeluq u nuqqas ta' konnessjoni, b'mod speċjali barra l-fruntiera, fin-networks tal-gass.

- Żvilupp ta' soluzzjonijiet għall-amministrazzjoni tal-fluss tal-gass naturali sabiex jikkonfrontaw problemi ta' konġestjoni fin-networks tal-gass.

- Adattament tal-metodi ta' previżjoni u ta' tħaddim tan-networks tal-gass naturali meħtieġa mill-funzjonament tas-suq intern.

--------------------------------------------------

ANNESS III

NETWORKS TRANS-EWROPEJ TA' L-ENERĠIJA

Proġetti ta' interess komuni u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom, preżentement identifikati skond il-kriterji stabbiliti f'L-Anness II

NETWORKS TA' ELETTRIKU

1. Żvilupp ta' networks ta' elettriku f'reġjuni iżolati

1.1. Kejbil taħt il-baħar Irlanda - Wales (UK)

1.2. Tisħiħ tal-konnessjoni Ipiros (GR) - Puglia (IT)

1.3. taċ-Ċikladi tan-Nofsinhar (GR)

1.4. Kejbil ta' konnessjoni taħt il-baħar ta' 30 kV bejn il-gżejjer ta' Faial, Pico u S. Jorge (Azores, PT)

1.5. Konnessjoni u tisħiħ tal-grilja f'Terceira, Faial u S Miguel (Azores, PT)

1.6. Konnessjoni u tisħiħ tal-grilja f'Madeira (PT)

1.7. Kejbil taħt il-baħar Sardinja (IT) - Italja kontinentali

1.8. Kejbil taħt il-baħar Korsika (FR) - Italja

1.9. Konnessjoni Italja kontinentali - Sqallija (IT)

1.10. Irduppjar tal-konnessjoni Sorgente (IT) - Rizziconi (IT)

1.11. Konnessjonijiet ġodda fil-Gżejjer Baleariċi u Kanari (ES)

2. Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' elettriku bejn l-Istati Membri

2.1. Linja Moulaine (FR) - Aubange (BE)

2.2 Linja Avelin (F) - Avelgem (BE)

2.3. Linja Vigy (FR) - Marlenheim (FR)

2.4. Linja Vigy (FR) - Uchtelfangen (DE)

2.5. Transformer tal-fażi ta' La Praz (FR)

2.6. Iktar żieda tal-kapaċità fl-interkonnessjoni eżisteni bejn Franza u l-Italja

2.7. Interkonnessjoni ġdida bejn Franza u l-Italja

2.8. Interkonnessjoni ġdida mill-Pirinej bejn Franza u Spanja

2.9. Konnessjoni fil-Pirinej tal-Lvant bejn Franza u Spanja

2.10. Konnessjonijiet bejn it-tramuntana tal-Portugal u l-majjistral ta' Spanja

2.11. Linja Sines (PT) - Alqueva (PT) - Balboa (ES)

2.12. Linja Valdigem (PT) - Douro Internacional (PT) - Aldeadávila (ES) u l-faċilitajiet Douro Internacional

2.13. Konnessjonijiet ġodda għat-tramuntana tal-Golf ta' Bothnia bejn il-Finlandja u l-Isvezja

2.14. Linja Lienz (AT) - Cordignano (IT)

2.15. Konnessjonijiet ġodda bejn l-Italja u l-Awstrija fil-Brenner Pass

2.16. Konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq

2.17. Linja St Peter (AT) - Isar (DE)

2.18. Kejbil taħt il-baħar bejn ix-xlokk ta' l-Ingilterra u l-Olanda ċentrali

2.19. Tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn id-Danimarka u l-Ġermanja, eż. il-linja Kasso - Hamburg

2.20. Tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn id-Danimarka u l-Isvezja

3. Żvilupp ta' konnessjonijiet elettriċi fi ħdan l-Istati Membri

3.1. Konnessjonijiet fuq l-assi Daniż Lvant – Punent: konnessjoni bejn in-networks tad-Danimarka tal-punent (UCTE) u tal-lvant (NORDEL).

3.2 Konnessjoni fuq l-assi Daniżi Tramuntana - Nofsinhar

3.3. Konnessjonijiet ġodda fit-tramuntana ta' Franza

3.4. Konnessjonijiet ġodda fil-lbiċ ta' Franza

3.5. Linja Trino Vercellese (IT) - Lacchiarelle (IT)

3.6. Linja Turbigo (IT) - Rho-Bovisio (IT)

3.7. Linja Voghera (IT) - La Casella (IT)

3.8. Linja S. Fiorano (IT) - Nave (IT)

3.9. Linja Venezia Nord (IT) - Cordignano (IT)

3.10. Linja Redipuglia (IT) - Udine Ovest (IT)

3.11. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Lvant – Punent ta' l-Italja

3.12. Linja Tavarnuzze (IT) - Casellina (IT)

3.13. Linja Tavarnuzze (IT) - S.Barbara (IT)

3.14. Linja Rizziconi (IT) - Feroleto (IT) - Laino (IT)

3.15. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Tramuntana – Nofsinhar ta' l-Italja

3.16. Modifika fin-networks biex ikunu faċilitati konnessjonijiet li jiġġeddu fl-Italja

3.17. Konnessjonijiet ġodda ta' enerġija bir-riħ fl-Italja

3.18. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi tat-tramuntana ta' Spanja

3.19. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Mediterranji ta' Spanja

3.20. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Galicia (ES) - Centro (ES)

3.21. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Centro (ES) - Aragón (ES)

3.22. Konnessjonijiet ġodda fuq l-assi Aragón (ES) - Levante (ES)

3.23. Konnessjonijiet ġodda fl-Andalucía (ES)

3.24. Linja Pedralva (PT) - Riba d'Ave (PT) u l-faċilitajiet Pedralva

3.25. Linja Recarei (PT) - Valdigem (PT)

3.26. Linja Picote (PT) - Pocinho (PT) (tisħiħ)

3.27. Modifika tal-linja preżenti Pego (PT) - Cedillo (ES)/Falagueira (PT) u l-faċilitajiet ta' Falagueira

3.28. Linja Pego (PT) - Batalha (PT) u l-faċilitajiet Batalha

3.29. Linja Sines (PT) - Ferreira do Alentejo (PT) I (tisħiħ)

3.30. Konnessjonijiet ġodda ta' enerġija bir-riħ fil-Portugal

3.31. Linja Pereiros (PT) - Zêzere (PT) - Santarém (PT) u l-faċilitajiet Zêzere

3.32. Linji Batalha (PT) - Rio Maior (PT) I and II (tisħiħ)

3.33. Linja Carrapatelo (PT) - Mourisca (PT) (tisħiħ)

3.34. Linja Valdigem (PT) - Viseu (PT) - Anadia (PT)

3.35. Devjazzjoni tal-linja preżenti Rio Maior (PT) - Palmela (PT) għal Ribatejo (PT) u l-faċilitajiet Ribatejo

3.36. Sottostazzjonijiet u linji ta' konnessjoni ta' Thessaloniki (GR), Lamia (GR) u Patras (GR)

3.37. Konnessjonijiet tar-reġjuni ta' Evia (GR), Lakonia (GR) u Thrace (GR)

3.38. Tisħiħ ta' konnessjonijiet eżistenti ta' reġjuni periferali fil-Greċja kontinentali

3.39. Linja Tynagh (IE) - Cashla (IE)

3.40. Linja Flagford (IE) - East Sligo (IE)

3.41. Konnessjonijiet fil-grigal u l-punent ta' Spanja, b'mod partikolari għall-konnessjoni ma' network b'kapaċità li jipproduċi bis-saħħa tar-riħ.

3.42. Konnessjonijiet fil-pajjiż Basque (ES), Aragón (ES) u Navarra (ES)

3.43. Konnessjonijiet fil-Galicia (ES)

3.44. Konnessjonijiet fl-Isvezja ċentrali

3.45. Konnessjonijiet fin-nofsinhar ta' l-Isvezja

3.46. Linja Lübeck/Siems (DE) - Görries (DE)

3.47. Linja Lübeck/Siems (DE) - Krümmel (DE)

3.48. Konnessjonijiet fl-Irlanda ta' Fuq, f'relazzjoni ma' l-interkonnessjonijiet ma' l-Irlanda

3.49. Konnessjonijiet fil-majjistral tar-Renju Unit

3.50. Konnessjonijiet fl-Iskozja u l-Ingliterra, bi prospettiva ta' użu ikbar ta' sorsi li jiġġeddu fil-produzzjoni ta' l-elettriku

3.51. Konnessjonijiet ta' enerġija ġdida mir-riħ offshore fil-Belġju

3.52. Sottostazzjoni ta' Borssele (NL)

3.53. Implimentazzjoni ta' tagħmir ta' kompensazzjoni ta' l-enerġija reattiva (NL)

3.54. Linja St. Peter (AT) - Tauern (AT)

3.55. Linja Südburgenland (AT) - Kainachtal (AT)

4. Żvilupp ta' konnessjonijiet ta' elettriku ma' Stati mhux membri.

4.1. Linja Neuenhagen (DE) - Vierraden (DE) - Krajnik (PL)

4.2 Kollegament Brunsbüttel (DE) – Nofsinhar tan-Norveġja

4.3. Linja S. Fiorano (IT) - Robbia (CH)

4.4. Interkonnessjoni ġdida Italja - Svizzera

4.5. Linja Philippi (GR) - Maritsa 3 (Bulgarija)

4.6. Linja Amintaio (GR) - Bitola (FYROM)

4.7. Linja Kardia (GR) - Elbasan (Albania)

4.8. Linja Elbasan (Albania) - Podgorica (Serbia and Montenegro)

4.9. Sottostazzjon u linji ta' konnessjoni ta' Mostar (Bosnia-Herzegovina)

4.10. Sottostazzjon u linji ta' konnessjoni ta' Ernestinovo (Kroazja)

4.11. Konnessjonijiet ġodda bejn il-Greċja u l-Albanija, il-Bulgarija u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

4.12. Linja Philippi (GR) - Hamidabad (TR)

4.13. Kejbil taħt il-baħar bejn il-grigal/lvant ta' l-Ingilterra u n-nofsinhar tan-Norveġja

4.14. Kollegament Eemshaven (NL) - Feda (NO)

4.15. Kejbil taħt il-baħar bejn in-nofsinhar ta' Spanja u l-Marokk (tisħiħ tal-konnessjoni eżistenti)

4.16. Konnessjonijiet għaċ-Ċirkwitu Baltiku: Ġermanja - Poland - Russja - Estonja - Latvja – Litwanja - Svezja - Finlandja - Danimarka - Belarus

4.17. Kollegament nofsinhar tal-Finlandja - Russja

4.18. Konnessjoni Ġermanja - Polonja - Litwanja - Belarus - Russja (Kollegament Lvant-Punent b'kapaċità għolja)

4.19. Kollegament Polonja - Litwanja

4.20. Kejbil taħt il-baħar bejn il-Finlandja u l-Estonja

4.21. Konnessjonijiet ġodda bejn it-tramuntana ta' l-Isvezja u t-tramuntana tan-Norveġja

4.22. Konnessjonijiet ġodda bejn l-Isvezja ċentrali u n-Norveġja ċentrali

4.23. Linja Borgvik (S) - Hoesle (NO) – r-reġjun ta' Oslo (NO)

4.24. Konnessjonijiet ġodda bejn is-sistemi UCTE u CENTREL

4.25. Konnessjonijiet ġodda bejn is-sistema UCTE/CENTREL u l-pajjiżi Balkaniċi

4.26. Konnessjonijiet u interface bejn is-sistema estiża UCTE u l-Belarus, ir-Russja u l-Ukrajna, inkluż lokazzjoni mill-ġdid ta' stazzjonijiet operattivi ta' konverżjoni HVDC preċedentement bejn l-Awstrija u l-Ungerija, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, u l-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka.

4.27. Konnessjonijiet fiċ-Ċirkwit tal-Baħar l-Iswed: Russja - Ukrajna - Rumanija - Bulgarija - Turkija - Georgia

4.28. Konnessjonijiet ġodda fiż-żona tal-Baħar l-Iswed fid-dawl ta' l-interoperabilità tas-sistema estiża UCTE man-networks fil-pajjiżi konċeranti

4.29. Konnessjonijiet ġodda fiċ-Ċirkwit tal-Mediterran: Franza - Spanja - Marokk – Alġerija – Tuneżija - Libja - Eġittu – Pajjiżi tal-Lvant Qarib - Turkija - Greċja - Italja

4.30. Kejbil taħt il-baħar bejn in-nofsinhar ta' Spanja u l-majjistral ta' l-Alġerija

4.31. Kejbil taħt il-baħar bejn l-Italja u l-Alġerija

4.32. Konnessjonijiet ġodda fir-Reġjun/Żona Barents

4.33. Installazzjoni ta' sistemi flessibbli ta' trasmissjoni ta' kurrent alternat bejn l-Italja u l-Islovenja

4.34. Interkonnessjoni bejn Italja - Slovenja

4.35. Kejbil taħt il-baħar bejn l-Italja u l-Kroazja

4.36. Tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn id-Danimarka u n-Norveġja

5. Azzjonijiet li jtejbu l-funzjonament tan-networks interkonnessi ta' elettriku fis-suq intern

(L-ispeċifikazzjonijiet għadhom mhux definiti)

NETWORKS TA' GASS

6. Introduzzjoni tal-gass naturali f'reġjuni ġodda

6.1. Żvilupp ta' network tal-gass minn Belfast lejn ir-reġjun fil-majjistral ta' l-Irlanda ta' Fuq (UK) u, fejn xieraq, lejn ix-xatt tal-punent ta' l-Irlanda

6.2. LNG f'Santa Cruz de Tenerife, Gżejjer Kanari (ES)

6.3. LNG f'Las Palmas de Gran Canaria (ES)

6.4. LNG f'Madeira (PT)

6.5. Żvilupp ta' network tal-gass fl-Isvezja

6.6. Konnessjoni bejn il-Gżejjer Baleariċi (ES) u Spanja kontinentali

6.7. Fergħa bi pressjoni għolja lejn Thrace (GR)

6.8. Fergħa bi pressjoni għolja lejn Corinth(GR)

6.9. Fergħa bi pressjoni għolja lejn il-majjistral tal-Greċja (GR)

6.10. Konnessjoni tal-gżejjer Lolland (DK) u Falster (DK)

7. Żvilupp ta' konnessjonijiet tal-gass sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tas-suq intern jew tissaħħaħ is-sigurta tal-forniment, inkluż konnessjoni ta' networks tal-gass separati

7.1. Sensiela ta' katusi taħt l-art addizzjonali ta' interkonnessjoni tal-gass bejn l-Irlanda u l-Iskozja

7.2 North-South interconnection, including Dublin - Belfast pipeline

7.3. Stazzjoni ta' kompressjoni fis-sensiela ta' katusi taħt l-art Lacq (FR) - Calahorra (ES)

7.4. Stazzjoni ta' kompressjoni fis-sensiela ta' katusi taħt l-art Lacq (FR) - Calahorra (ES)

7.5. Sensiela ta' katusi taħt l-art Perpignan (FR) - Barcelona (ES)

7.6. Żieda fil-kapaċità tat-trasport tas-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass li jfornu l-Portugal min-nofsinhar ta' Spanja u l-Galicia u l-Asturias minn ġo l-Portugal

7.7. Sensiela ta' katusi taħt l-art Puchkirchen (AT) - Burghausen (DE)

7.8. Sensiela ta' katusi taħt l-art Andorf (AT) - Simbach (DE)

7.9. Sensiela ta' katusi taħt l-art Wiener Neustadt (AT) - Sopron (HU)

7.10. Sensiela ta' katusi taħt l-art Bad Leonfelden (DE) - Linz (AT)

7.11. Sensiela ta' katusi taħt l-art Majjistral tal-Greċja - Elbasan (AL)

7.12. Sensiela ta' katusi taħt l-art għal interkonnessjoni Ġreċja - Italja

7.13. Stazzjoni ta' kompressjoni fis-sensiela prinċipali ta' katusi taħt l-art fil-Greċja

7.14. Konnessjoni bejn in-networks ta' l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka

7.15. Kuritur ta' trasport tal-gass fix-xlokk ta' l-Ewropa mill-Greċja, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, s-Serbja u Montenegro, l-Bosnija Herzegovina, l-Kroazja, is-Slovenja u l-Awstrija

7.16. Kuritur ta' trasport tal-gass bejn l-Awstrija u t-Turkija minn ġo l-Ungerija, r-Rumanija u l-Bulgarija

7.17. Sensiela ta' katusi taħt l-art għal interkonnessjoni bejn ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Ġermanja, li jikkollegaw is-sorsi u s-swieq ewlenin tal-majjistral ta' l-Ewropa

7.18. Konnessjoni bejn il-grigal tal-Ġermanja (ż-żona ta' Berlin) u l-majjistral tal-Polonja (ż-żona ta' Szczecin) b'fergħa minn Schmölln għal Lubmin (DE, ż-żona ta' Greifswald)

7.19. Konnessjoni bejn il-faċilitajiet offshore fil-Baħar tat-Tramuntana, jew mill-offshore Daniż għall-faċilitajiet onshore tar-Renju Unit

7.20. Tisħiħ tal-kapaċità tat-trasport bejn Franza u l-Italja

7.21. L-interconnector Baltiku tal-gass bejn Danimarka – Ġermanja – Svezja

8. Żvilupp tal-kapaċitajiet għall-ilqugħ tal-gass naturali likwifikat (LNG) u għall-ħażna tal-gass naturali

8.1. LNG f'Le Verdon-sur-mer (FR, stazzjoni ġdida) u sensiela ta' katusi taħt l-art għall-ħażna ta' Lussagnet (FR)

8.2 LNG f'Fos-sur-mer (FR)

8.3. LNG f'Huelva (ES), estensjoni ta' l-istazzjoni preżenti

8.4. LNG f'Cartagena (ES), estensjoni ta' l-istazzjoni preżenti

8.5. LNG f'Galicia (ES), stazzjoni ġdida

8.6. LNG f'Bilbao (ES), stazzjoni ġdida

8.7. LNG fir-reġjun ta' Valencia (ES), stazzjoni ġdida

8.8. LNG f'Barcelona (ES), estensjoni ta' l-istazzjoni preżenti

8.9. LNG f'Sines (PT), stazzjoni ġdida

8.10. LNG f'Revithoussa (GR), estensjoni ta' l-istazzjoni preżenti

8.11. LNG fuq ix-xatt tat-tramuntana ta' l-Adrijatiku (IT)

8.12. LNG offshore fit-tramuntana tal-Baħar Adrijatiku (IT)

8.13. LNG fuq ix-xatt tan-nofsinhar ta' l-Adrijatiku(IT)

8.14. LNG fuq ix-xatt tal-Joniku (IT)

8.15. LNG fuq ix-xatt tat-Tirreniku (IT)

8.16. LNG fuq ix-xatt tal-Ligurja (IT)

8.17. LNG f'Zeebrugge/Dudzele (BE, estensjoni ta' l-istazzjoni preżenti)

8.18. LNG f'Isle of Grain, Kent (UK)

8.19. Kostruzzjoni tat-tieni stazzjon LNG fil-Greċja

8.20. Żvilupp ta' faċilitajiet ta' ħażna taħt l-art ta' gass fl-Irlanda

8.21. Ħżin f'South Kavala (GR), konverżjoni ta' medda b'gass offshore eżawrit

8.22. Ħżin f'Lussagnet (FR, estensjoni tas-sit eżistenti)

8.23. Ħżin f'Pecorade (FR, konverżjoni ta' medda b'gass offshore eżawrit)

8.24. Ħżin fir-reġjun ta'Alsace (FR, żvilupp ta' ħofor li fihom il-melħ)

8.25. Ħżin fir-reġjun Ċentrali (FR, żvilupp ta' saff li taħtu l-art hi saturata bl-ilma).

8.26. Ħżin fuq l-assi tramuntana-nofsinhar ta' Spanja (siti ġodda) fil-Cantabria, Aragon, Castilla y León, Castilla - La Mancha u Andalucia

8.27. Ħżin fuq l-assi tal-Mediterran ta' Spanja (siti ġodda) fil-Catalonia, Valencia u Murcia

8.28. Ħżin f'Carrico (PT, sit ġdid)

8.29. Ħżin f'Loenhout (BE, estensjoni tas-sit eżistenti)

8.30. Ħżin f' Stenlille (DK) u Lille Torup (DK, estensjoni tas-sit eżistenti)

8.31. Ħżin f'Tønder (DK, sit ġdid)

8.32. Ħżin f'Puchkirchen (AT, estensjoni tas-sit eżistenti), inkluż sensiela ta' katusi taħt l-art għas-sistema Penta West qrib Andorf (AT)

8.33. Ħżin f'Baumgarten (AT, sit ġdid)

8.34. Ħżin f'Haidach (AT, sit ġdid), inkluż sensiela ta' katusi taħt l-art għall-grilja Ewropea tal-gass

8.35. Żvilupp ta' faċilitajiet taħt l-art għall-ħażna tal-gass fl-Italja

9. Żvilupp tal-kapaċità fit-trasport tal-gass (sensiela ta' katusi taħt l-art għall-forniment tal-gass)

9.1. Ħolqien u żvilupp ta' konnessjonijiet fil-Grilja Nordika tal-Gass: Norveġja - Danimarka - Ġermanja - Svezja - Finlandja - Russja – Pajjiżi Baltiċi - Polonja

9.2 Is-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass taċ-Ċentru tat-Tramuntana: Norveġja, Svezja, Finlandja

9.3. Is-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa: Russja, Baħar Baltiku, Ġermanja

9.4. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mir-Russja għall-Ġermanja, via l-Latvja, l-Litwanja u l-Polonja, inkluż żvilupp ta' faċilitajiet ta' ħażna taħt l-art tal-gass fil-Latvja

9.5. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Finlandja - Estonja

9.6. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mill-Alġerija għall-Spanja u Franza u ż-żieda relatata tal-kapaċità fin-networks interni ta' dawn il-pajjiżi

9.7. Żieda fil-kapaċità tat-trasport tas-sensiela ta' katusi taħt l-art Alġerija - Marokk - Spanja (sa Córdoba)

9.8. Sensiela ta' katusi taħt l-art Córdoba (ES) - Ciudad Real (ES)

9.9. Sensiela ta' katusi taħt l-art Ciudad Real (ES) - Madrid (ES)

9.10. Sensiela ta' katusi taħt l-art Ciudad Real (ES) – ix-xatt tal-Mediterran (ES)

9.11. Friegħi f'Castilla (ES) - La Mancha (ES)

9.12. Estensjoni lejn il-majjistral ta' Spanja

9.13. Sensiela ta' katusi taħt il-baħar Alġerija – Spanja u sensiela ta' katusi taħt l-art għal konnessjoni ma' Franza

9.14. Żieda fil-kapaċità tat-trasport minn riżorsi Russi għall-Unjoni Ewropea, via l-Ukrajna, s-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka

9.15. Żieda fil-kapaċità tat-trasport minn riżorsi Russi għall-Unjoni Ewropea, via l-Belarus u l-Polonja

9.16. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Yagal Sud (bejn is-sensiela ta' katusi taħt l-art STEGAL li tikkollegga mat-trijanglu DE, FR, CH)

9.17. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass SUDAL East (bejn is-sensiela ta' katusi taħt l-art MIDAL qrib Heppenheim għall-konnessjoni ta' Burghausen mas-sensiela ta' katusi taħt l-art PENTA fl-Awstrija)

9.18. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mir-riżorsi Libjani għall-Italja

9.19. Sensiela ta' katusi taħt l-art mir-riżorsi tal-Pajjiżi tal-Baħar Kaspju għall-Unjoni Ewropea

9.20. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Greċja - Turkija

9.21. Żieda fil-kapaċità tat-trasport mir-riżorsi Russi għall-Greċja u pajjiżi oħra tal-Balkani, via l-Ukrajna, il-Moldavja, ir-Rumanija u l-Bulgarija

9.22. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass St. Zagora (BG) - Ihtiman (BG)

9.23. Sensiela ta' katusi taħt l-art ta' konnessjoni bejn in-networks tal-gass Ġermaniżi, Ċeki, Awstrijaċi u Taljani

9.24. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mir-riżorsi Russi għall-Italja, via l-Ukrajn, is-Slovakkja, l-Ungerija u l-Islovenja

9.25. Żieda fil-kapaċità tat-trasport tas-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass TENP li tibda mill-Olanda, tgħaddi mill-Ġermanja u tispiċċa l-Italja

9.26. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Taisnieres (FR) - Oltingue (CH)

9.27. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mid-Danimarka għall-Polonja, possibilment via l-Isvezja

9.28. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass Nybro (DK) - Dragør (DK), inkluż sensiela ta' katusi taħt l-art ta' konnessjoni għall-ħżin f'Stenlille (DK)

9.29. Networks tal-gass mir-riżorsi tall-Baħar ta' Barents lejn l-Unjoni Ewropea, via l-Isvezja u l-Finlandja

9.30. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass mill-medda ta' Corrib (IE, offshore)

9.31. Sensiela ta' katusi taħt l-art mir-riżorsi ta' l-Alġerija għall-Italja, via Sardinja b'fergħa għal Korsika

9.32. Networks tal-gass minn riżorsi fil-Lvant Nofsani għall-Unjoni Ewropea

9.33. Sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass min-Norveġja għar-Renju Unit

10. Azzjonijiet li jtejbu l-funzjonament tan-networks ta' gass interkonness fi ħdan is-suq intern

(L-ispeċifikazzjonijiet għadhom mhux definitii).

--------------------------------------------------