32003D0812



Official Journal L 305 , 22/11/2003 P. 0017 - 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Novembru 2003

li tifformula lista ta’ pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4181)

(Test b’relevanza għall-FEE)

(2003/812/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li m’humiex suġġetti għall-ħtiġijiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità skond l-Anness A(1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummssjoni 2003/721/KE [2], partikolarment l-Artikolu 10(2)(a) tiegħu,

billi:

(1) Id-Direttiva 92/118/KEE tordna regoli tal-Komunità dwar il-ħtiġijiet għas-saħħa ta’ l-annimal u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE tat-18 ta’ Marzu 1994 li jniżżel il-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti bla ħsara ghad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE [3], kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/235/KE [4], iniżżel il-pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti bla ħsara ghad-Direttiva 92/118/KE, inklużi prodotti mhux intiżi għall-konsum mill-bnedmin.

(3) Ir-Regolament (KE) Numru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 iniżżel regoli tas-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali li m’humiex intiżi għall-konsum mil-bnedmin [5], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 808/2003 [6], jordna regoli tal-Komunità dwar prodotti ta’ l-annimali li m’humiex intiżi għall-konsum mill-bnedmin. Id-data li jidħlu fis-seħħ iċ-certifikati mudelli tas-saħħa previsti fir-Regolament (KE) Numru 1774/2002 hija l-1 ta’ Jannar 2004.

(4) Id-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2002 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/EEC u 92/118/KE dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali [7], emendat b’mod kbir id-Direttiva 92/118/KEE biex jiġi limitat l-iskop għall-prodotti intiżi għall-konsum mill-bnedmin.

(5) Huwa neċessarju li wieħed jikkonsidra li l-Istati li ser isiru membri huma skedati li jidħlu fl-1 ta’ Mejju 2004.

(6) Għall-iskopijiet ta’ ċarezza u konsistenza fil-leġislazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjoni 94/278/KE għandha tiġi mħassra u mibdula bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali intiżi għall-konsum mill-bnedmin bla ħsara għad-Direttiva 92/118/KEE minn pajjiżi terzi jew minn partijiet minn pajjiżi terzi jew territorji skond il-lista fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/278/EC hija mħassra.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2004.

L-Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.03.93, p. 49.

[2] ĠU C 260, tal-11.10.03, p. 21.

[3] ĠU L 120, tal-11.05.94, p. 44.

[4] ĠU L 87, ta’ l-4.04.03, p. 10.

[5] ĠU L 273, ta’ l-10.10.02, p. 1.

[6] ĠU L 117, tat-13.05.03, p. 1.

[7] ĠU L 315, tad-19.11.02, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-listi li ġejjin huma listi fil-prinċipju u kull importazzjoni għandha taderixxi mal-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa pubblika u s-saħħa ta’ l-annimali

Listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali intiżi għall-konsum mill-bnedmin

PARTI I: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi min fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam leporidae (fenek u liebru) u l-prodotti tal-laħam tagħhom

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin taħt il-kolonna "Fenek domestiku u leporidae mrobbi" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [1] u taħt il-kolonna "Leporidae (fenek u liebru)" fit-tabella fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [2].

PARTI II: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtoriżżaw l-importazzjoni ta’ prodotti ta’ selvaġġina bil-fêr imrobbijin

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin taħt il-kolonna xierqa "2. selvaġġina mifruqa bid-difer imrobbijin (ħlief ħnieżer)" jew "selvaġġina mifruqa bid-difer selvaġġi (ħlief ħnieżer)" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/222/KE.

PARTI III: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam selvaġġina bir-rix imrobbijin

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi skond il-kolonna xierqa "2. Selvaġġina bir-rix imrobbijja" jew "Għasafar selvaġġini selvaġġi" fit-tabella f’Parti II ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/222/KE.

PARTI IV: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd intiż għall-konsum mill-bnedmin

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [3].

PARTI V: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ bajd intiż għall-konsum mill-bnedmin

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/85/KE u l-pajjiżi li ġejjin:

Kodiċi ISO | Pajjiż |

AL | L-Albanija |

EE | L-Estonja |

GL | l-Groenlandja |

HK | Hong Kong |

IN | l-Indja |

MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja |

MX | Il-Messiku |

NC | New Caledonia |

RU | Ir-Russja |

CS | Serbja u Montenegro |

SG | Is-Singapor |

Kodiċi ISO | Pajjiż |

BA | Bosnja-Erzegovina |

MD | Il-Moldova |

MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja |

SK | l-Islovakkja |

SY | Is-Sirja |

UA | L-Ukrajna |

Kodiċi ISO | Pajjiż |

BA | Bosnja-Erzegovina |

EG | l-Eġittu |

MK | Ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja |

Kodiċi ISO | Pajjiż |

KR | Korejas Republika |

MY | Malaizija |

PK | Pakistan |

TW | Taivana |

PARTI IX: Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-għasel u ġelatina rjali intiż għall-konsum mill-bnedmin

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/159/KE [11] bil-marka "X" fil-kolonna "Għasel".

[1] ĠU L 89, ta’ l-4.04.97, p. 39.

[2] ĠU L 251, tas-6.10.00, p. 1.

[3] ĠU L 44, tas-17.02.94, p. 31.

[11] ĠU L 51, ta’ l-24.02.00, p. 30.

--------------------------------------------------