32003D0803



Official Journal L 312 , 27/11/2003 P. 0001 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Novembru ta’ l-2003

li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4359)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/803/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju ta’ l-2003 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jemendaw id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [1], u b’mod partikolari it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 17 tiegħu,

billi:

(1) L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li klieb, qtates u nemes għandhom ikunu akkumpanjati b’passaport meta huma mċaqalqa bejn l-Istati Membri. Dak ir-Regolament jipprovdi wkoll għall-mudell ta’ passaporti għall-moviment ta’ dawk l-annimali li għandhom ikunu stabbiliti.Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu japplika mit-3 ta’ Lulju ta’ l-2004. Direttiva 92/65/KEE għandha tkun emendata b’għan għall-implimentazzjoni ta’ l-istess regoli għall-movimenti ta’ l-annimali konċernati meta negozjati.

(2) B’hekk, huwa adegwat li jkun stabbilit mudell ta’ passaport li jista’ jkun użat għall-movimenti kollha ta’ klieb, qtates u nemes bejn l-Istati Membri. Il-mudell ta’ passaport għandu jinkludi dettalji ta’ ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni li jirrigwardaw it-tilqim kontra r-rabja, kif ukoll il-ħtiġijiet l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li jikkonċerna l-istat ta’ saħħa ta’ dawk l-annimali. Għandu wkoll ikun f’format li tista’ tkun faċilment verifikat mill-Awtorita’ Kompetenti.

(3) Il-mudell tal-passaport għandu jipprovdi wkoll għaċ-ċertifikazzjonijiet ta’ tilqim oħra, mhux meħtieġa taħt Regolament (KE) Nru 998/2003 għall-movimenti ta’ klieb, qtates u nemes bejn l-Istati Membri, għandhom ikunu inklużi sabiex il-passaport jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja għal dak li jirrigwarda l-istat ta’ saħħa ta’ l-annimal in kwistjoni.

(4) Iktar u iktar, il-mudell ta’ passaport għandu jinkludi sezzjoni fuq eżaminazzjoni klinika u leġislazzjoni sabiex il-passaporti jistgħu wkoll ikunu użati għall-moviment ta’ dawk l-annimali barra mill-Komunità.

(5) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma in konformita’ ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-mudell ta’ passaport għall-moviment ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-klieb, qtates u nemes bejn l-Istati Membri kif provdut fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 (il-mudell ta’ passaport).

L- Artikolu 2

Il-mudell ta’ passaport huwa stabbilit fl-Anness I.

L- Artikolu 3

Il-mudell ta’ passaport għandu jikkonforma mall-ħtiġijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness II.

L- Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2004.

L- Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 26 Novembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Mudell ta’ Passaport għall-moviment ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċji tal-klieb, qtates u nemes bejn l-Istati Membri, kif provdut fl-Artikolu 2.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ĦTIĠIJIET ADDIZZJONALI LI JIKKONĊERNAW IL-MUDELL TA’ PASSAPORT KIF PROVDUT FL-ARTIKOLU 3

A. Format tal-mudell tal-passaporti

1. Il-format tal-mudell ta’ passaport għandu jkun uniformi.

2. Id-dimensjoni tal-mudell ta’ passaport għandu jkun 100 × 152 mm.

B. Il-qoxra tal-mudell ta’ passaport

1. Kulur: ikħal (RIFLESS IKĦAL PANTONE) u stilel sofor (PANTONE ISFAR) fil-kwart ta’ fuq li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni ta’ l-emblema Ewropea.

2. L-informazzjoni tal-qoxra tal-mudell ta’ passaport għandha tikkonforma ma’ dan li ġej:

(a) Il-passaport għandu jinħareġ fil-linwa(i) uffiċjali ta’ l-Istat Membru li qiegħed joħorġu;

(b) Il-kliem "Unjoni Ewropea" u l-isem ta’ l-Istati Membri li joħorġuhom għandhom ikunu stampati fuq sinjal ta’ tip tipografiku simili;

(ċ) In-numru tal-mudell ta’ passaport, kodiċi ISO ta’ l-Istat Membru li joħorġu segwiet b’numru uniku, għandu jkun stampat fuq il-qoxra tal-mudell tal-passaport.

Ċ. Segwenza tat-titoli, tqegħid ta’ numru ta’ paġni u lingwi

1. Is-segwenza tat-titoli (b’numri Rumani) tal-mudell ta’ passaport stabbilit fl-Anness I għandha tkun strettament rispettata.

2. Il-paġni tal-mudell ta’ passaport għandhom ikunu mogħtija numru fit-tarf ta’ kull paġna. F’paġna 1, in-numru ta’ paġni tad-dokument distribwit għandu jkun indikat (1 minn (daħal in-numru totali ta’ paġni)).

3. Informazzjoni għandha tkun mogħtija fil-linwa(i) uffiċjali ta’ l-Istat Membru li joħorġu u bl-Ingliż.

4. Id-daqs u l-forma tal-"kaxxi" tal-mudell tal-passaport stabbiliti fl-AnnessI huma indikattivi u m’humiex vinkolanti.

--------------------------------------------------