32003D0516



Official Journal L 181 , 19/07/2003 P. 0025 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-6 ta' ġunju 2003

li tirrigwarda l-firma ta' numru ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-estradizzjoni u l-għajnuna legali reċiproka f'materji kriminali

(2003/516/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

Billi:

(1) L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jikkoperaw f'materji kriminali ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq il-bażi ta' numru ta' ftehim bilaterali, konvenzjonijiet, trattati, liġijiet u arranġamenti nazzjonali.

(2) L-Unjoni Ewropea hija ddeterminata li tittejjeb din il-koperazzjoni sabiex tkun tista' tikkumbatti, b'mod partikolari, id-delitti u t-terroriżmu transnazzjonali f'manjiera iktar effettiva.

(3) Fis-26 ta' April 2002, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, li tidħol f'negozjati ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, u l-Presidenza nnegozjat żewġ Ftehim dwar il-koperazzjoni internazzjonali fil-materji kriminali, wieħed dwar l-għajnuna legali reċiproka u l-ieħor dwar l-estradizzjoni, ma' l-Istati Unita ta' l-Amerika.

(4) Kull ftehim għandhom jiġu ffirmati f'isem l-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-konklużjoni sossegwenti tagħhom. L-Unjoni Europea trid, mal-waqt tal-firma, tagħmel id-dikjarazzjoni li 3ġejja:

"L-Unjoni Ewropea tiddikjara li tinsab fil-proċess ta' l-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li jista' jkollha konsegwenzi li jaffettwaw kull ftehim ma' l-Istati Uniti. Dawn l-iżviluppi jridu jiġu kkonsidrati bil-għaqal mill-Unjoni b'mod partikolari rigward l-Artikolu 10(2) tal-Ftehim dwar l-Estradizzjoni. L-Unjoni trid tixtieq li tikkonsulta ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika sabiex issib is-soluzzjonijiet għal kull żviluppi li jaffettwaw kull Ftehim, inkluż, jekk meħtieġ, permezz tar-reviżjoni ta' kull Ftehim. L-Unjoni tiddikjara illi l-Artikolu 10 ma jikkostitwixxix preċedent għan-negozjati ma' pajjiżi terzi."

(5) Kull Ftehim jipprevedu fl-Artikolu 3(2) illi jridu jiġu skambjati strumenti bil-miktub bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Istati Membri ta' l-Unjoni dwar l-applikazzjoni tat-trattati bilaterali. L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim dwar il-għajnuna legali reċiproka jipprovdi obbligu simili għal dawk l-Istati Membri li ma għandhomx trattat ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Uniti. Bil-ħsieb li jitfasslu dawn l-istrumenti bil-miktub l-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom ġewwa l-Kunsill,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna/i mogħtija l-poter li jiffirma/w kull Ftehim f'isem il-Komunità, bla ħsara għall-konklużjoni tagħhom iktar tard.

2. It-test ta' kull Ftehim u n-Noti ta' Spjegazzjoni li jakkumpanjawjhom, fejn ta' l-aħħar jirreġistraw ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa bil-ħsieb li jfasslu strumenti bil-miktub bejniethom u l-Istati Uniti ta' l-Amerika kif ikkuntemplat fl-Artikolu 3(2) u (3) tal-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali Reċiproka.

2. L-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom skond il-paragrafu 1 ġewwa l-Kunsill.

Artikolu 3

Fil-każ ta' estensjoni ta' l-applikazzjoni territorjali ta' kull Ftehim skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 20(1)(b) tal-Ftehim dwar l-Estradizzjoni jew it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 16(1)(b) tal-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali Reċiproka, il-Kunsill għandu jiddeċiedi bl-unanimità f'isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni u l-annessi tagħha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-6 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

--------------------------------------------------