32003D0479

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP

Official Journal L 160 , 28/06/2003 P. 0072 - 0080
CS.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
ET.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
HU.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
LT.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
LV.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
MT.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
PL.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
SK.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149
SL.ES Chapter 18 Volume 02 P. 141 - 149


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Ġunju 2003

dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u staff militari dwar sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jħassru id-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, id-Deċiżjoni 2001/41/KE u d-Deċiżjoni 2001/496/CFSP

(2003/479/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Billi:

(1) Esperti nazzjonali ssekondati (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa SNEs) u staff nazzjonali militari ssekondat (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ staff militari ssekondat) għandhom iħallu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ il-GSC) jieħu vantaġġ mil-livell għoli ta' l-għarfien tagħhom u esperjenza professjonali taagħhom, partikolarment f'oqsma fejn dan l-għarfien espert mhux qiegħed għad-disposizzjoni b'mod faċli.

(2) Din id-Deċiżjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' esperjenza professjonali u għarfien ta' politiċi Ewropej billli tagħti b'mod temporanju lill-GSC esperti minn amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri. Tfittex ukoll biex tassigura kollaborazzjoni mil-viċin bejn il-Kunsill u amministrazzjonijiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet internazzjonali, permezz tas-sekondament ta' uffiċjali GSC lilhom.

(3) SNEs għandhom jittieħu minn gvernijiet jew ministeri fi Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

(4) Id-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' SNEs u staff militari ssekondat stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom jassiguraw li jwettqu d-doveri tagħhom biss fl-interessi tal-GSC.

(5) Fid-dawl tan-natura temporanja tax-xogħol tagħhom u l-istatus partikolari tagħhom, SNEs u staff militari ssekondat m'għandhomx jieħdu responsabbiltà f'isem il-GSC għall-eserċiżju tal-prerogattivi ta' liġi pubblika tiegħu.

(6) Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-impieg kollha ta' SNEs u staff militari ssekondat u tkun applikabbli mingħajr rigward għall-oriġini ta' l-approprjazzjonijiet tal-budget użati għall-kopertura ta' l-infiq.

(7) Proviżjoni speċjali għandha wkoll tiġi magħmula għal staff militari ssekondat lill-GSC biex jiġi fformat l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea.

(8) Peress illi dawn ir-regoli jbiddlu dawk stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1997 u t-22 ta' Marzu 1999, kif ukoll fid-Deċiżjoni 2001/41/KE u fid-Deċiżjoni 2001/496/CFSP, dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jitħassru,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

1. Dawn ir-Regoli huma applikabbli għal esperti nazzjonali ssekondati (SNEs) issekondati lill-GSC minn amministrazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali. Għandhom japplikaw ukoll għal esperti fuq sekondament minn organizzazzjoni internazzjonali.

2. Il-persuni koperti minn dawn ir-Regoli għandhom jibqgħu fis-servizz ta' l-impjegatur tagħhom matul il-perjodu ta' sekondament u għandhom jibqgħu jitħallsu minn dak l-impjegatur.

3. Il-GSC għandu jimpjega SNEs skond il-ħtiġijiet u possibbiltajiet tal-budget. Is-Segretarju Ġenerali Deputat għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għal dan l-impjieg.

4. Ħlief għal fejn is-Segretarju Ġenerali Deputat jagħti deroga li mhijiex applikabbli fil-qasam tal-CFSP/ESPD, SNEs għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru. SNEs għandhom jiġu rreklutati fuq bażi ġeografika wiesa' kemm hu possibbli fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri u l-GSC għandhom jikkoperaw biex jassiguraw, sa fejn hu possibbli, bilanċ bejn irġiel u nisa u josservaw il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali.

5. Is-sekondament għandu jiġi implimentat permezz ta' Skambju ta' Ittri bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Personal u l-Amministrazzjoni tal-GSC u r-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali, kif xieraq. Kopja tar-regoli applikabbli lil SNEs mas-sekondament lill-GSC għandha tiġi mehmuża ma' l-Iskambju ta' Ittri.

Artikolu 2

Il-perjodu ta' sekondament

1. Il-perjodu ta' sekondament ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn sentejn u jista' jiġi mġedded b'mod suċċessiv sa perjodu totali li mhuwiex aktar minn erba' snin.

2. Il-perjodu ta' sekondament maħsub għandu jiġi stabbilit mil-bidu fl-iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 1(5). L-istess proċedura għandha tgħodd fil-każ ta' tiġdid tal-perjodu ta' sekondament.

3. SNE li diġà ġie ssekondat lill-GSC jista' jiġi ssekondat mil-ġdid, skond regoli interni li jistabbilixxu perjodi massimi matul liema dawn il-persuni jistgħu jkunu preżenti f'dipartimenti GSC u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-SNE għandu jkompli jilħaq il-kondizzjonijiet għas-sekondament;

(b) perjodu ta' mill-inqas sitt snin għandu jkun għadda bejn it-tmiem tal-perjodu ta' sekondament ta' qabel u kwalunkwe sekondament ulterjuri; jekk fit-tmiem ta' l-ewwel sekondament il-SNE rċieva, kuntratt addizzjonali ieħor, il-perjodu ta' sitt snin għandu jibda jiġri mill-iskadenza ta' dak il-kuntratt. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tipprevjeni l-GSC milli jaċċetta s-sekondament ta' SNE li s-sekondament inizjali tiegħu dam inqas minn erba' snin, imma f'dak il-każ is-sekondament ġdid m'għandux ikun aktar mil-parti li ma skadietx tal-perjodu ta' erba' snin.

Artikolu 3

Il-post tas-sekondament

SNEs għandhom jiġu ssekondati lil Brussel jew lil uffiċju ta' koperazzjoni tal-GSC.

Artikolu 4

Dmirijiet

1. SNE għandu jassisti uffiċjali jew staff temporanju tal-GSC u jwettaq il-kompiti mogħtija lilu.

Id-dmirijiet imwettqin għandhom jiġu mfissrin permezz ta' ftehim reċiproku bejn il-GSC u l-amministrazzjoni li tissekonda l-espert nazzjonali fl-interess tad-dipartimenti u bit-teħid in konsiderazzjoni tal-kwalifiki tal-kandidat.

2. SNE għandu jieħu sehem f'missjonijiet u laqgħat biss:

(a) jekk qed jakkumpanja uffiċjal jew membru ta' l-istaff temporanju tal-GSC; jew

(b) bħala osservatur jew biss għal skopijiet ta' informazzjoni, jekk waħdu.

Id-Direttur Ġenerali tad-dipartiment in kwistjoni jista' f'ċerti ċirkostanzi speċjali jidderoga minn din ir-regola fuq il-bażi ta' mandat speċifiku mogħti lill-SNE, wara li jkun ivverifikat li m'hemm l-ebda kunflitt ta' interess potenzali. Kemm-il darba mandat speċjali ġie mogħti, taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, mid-Direttur Ġenerali tad-dipartiment in kwistjoni, l-SNE ma jistax jobbliga l-GSC b'mod estern.

3. Il-GSC għandu jżomm ir-responsabbiltà unika għall-approvazzjoni tar-riżultati ta' kompiti mwettqin mil-SNE.

4. Id-dipartimenti GSC in kwistjoni, l-impjegatur tal-SNE u l-SNE għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess jew dehra ta' kunflitt bħal dan fir-rigward tad-dmirijiet a' l-SNE matul is-sekondament. Għal dan il-għan, il-GSC għandu, fi żmien tajjeb, jinforma l-SNE u l-impjegatur bid-dmirijiet maħsubin u għandu jsaqsi kull wieħed minnhom biex jikkonfermaw bil-miktub li ma jafu ebda raġuni għaliex l-SNE m'għandux jinata' dawk id-dmirijiet. Il-SNE għandu jiġi mistoqsi b'mod partikolari biex jiddikjara kwalunkwe kunflitt potenzali bejn iċ-ċirkostanzi tal-familja tiegħu (partikolarment l-attivitajiet professjonali ta' membri tal-familja viċini jew kwalunkwe interessi finanzjarji importanti proprji, jew ta' membri tal-familja viċini) u d-dmirijiet proposti waqt is-sekondament. L-impjegatur u l-SNE għandhom jintrabtu biex jinnotifikaw il-GSC bi kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkostanzi matul is-sekondament li jista' jikkawża' kwalunkwe kunflitt bħal dan.

5. Fejn il-GSC jikkonsidra li n-natura tal-kompiti mogħtija lill-SNE teħtieġ prekawzjonijiet tas-sigurtà partikolari, clearance tas-sigurtà għandha tiġi miksuba qabel il-SNE hu ssekondat.

6. Fil-każ ta' nuqqas ta' ħarsien mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2,3 u 4, il-GSC jista' jtemm is-sekondament tal-SNE taħt it-termini ta' l-Artikolu 8.

Artikolu 5

Drittijiet u obbligazzjonijiet

1. Matul il-perjodu ta' sekondament:

(a) SNE għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u għandu jaġixxi biss bl-interessi tal-Kunsill f'moħħu;

(b) SNE għandu jastjeni minn kwalunkwe azzjoni, u partikolarment kwalunkwe espressjoni pubblika ta' opinjoni, li tista' tirrefletti fuq il-posizzjoni tiegħu fil-GSC;

(ċ) kwalunkwe SNE li, fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, hu msejjaħ biex jagħti deċiżjoni fuq it-trattament jew il-ħruġ ta' kwistjoni ġo liema għandu interess personali li jista' jfixkel l-indipendenza tiegħu, għandu jinforma l-kap tad-dipartiment lil liema hu mibgħut;

(d) SNE m'għandux, kemm jekk waħdu kif ukoll jekk flimkien ma' oħrajn, jippubblika jew jikkawża' li jiġi ppubblikat kwalunkwe test li jittratta x-xogħol ta' l-Unjoni Ewropea mingħajr ma jkun kiseb permess skond il-kondizzjonijiet u r-regoli fis-seħħ fil-GSC. Il-permess għandu jiġi miċħud biss fejn il-pubblikazzjoni maħsuba kapaċi li tkun ta' preġudizzju għall-interessi ta' l-Unjoni Ewropea;

(e) id-drittijiet kollha fi kwalunkwe xogħol magħmul minn SNE fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għandhom ikunu l-proprjetà tal-GSC;

(f) SNE għandu jkollu r-residenza tiegħu fil-post tas-sekondament jew f'distanza mhux akbar minnu li hu kompatibbli mat-twttiq xieraq ta' l-attivitajiet tiegħu;

(g) SNE għandu jassisti u jagħti parir lis-superjur lil liema hu mibgħut u għandu jkun responsabbli lis-superjur tiegħu għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu;

(h) SNE għandu, fl-eserċizju tad-dmirijiet tiegħu, jaċċetta l-ebda istruzzjonijiet mill-impjegtur tiegħu jew gvern nazzjonali. M'għandu jibda l-ebda attivitajiet għall-impjegatur tiegħu, u lanqas għal gvernijiet, u lanqas għal kwalunkwe persuna, kumpannija privata jew korp pubbliku ieħor.

2. Kemm matul u wara l-perjodu ta' sekondament, SNE għandu jeserċita l-ogħla diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha li jiġu għall-għarfien tiegħu matul jew in konnessjoni mat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. M'għandux fi kwalunkwe forma jiżvela lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata kwalunkwe dokument jew informazzjoni mhux diġà magħmulin pubbliċi b'mod legali, u lanqas m'għandu jużhom għal vantaġġ personali.

3. Fit-tmien tas-sekondament SNE għandu jkompli jkun marbut mill-obligazzjoni biex jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fl-eserċiżju ta' dmirijiet ġodda mogħtija lilu u fl-aċċettanza ta' ċerti posizzjonijiet jew vantaġġi.

Għal dak il-għan, fit-tlett snin wara l-perjodu ta' sekondament SNE għandu jinforma l-GSC minnufih bi kwalunkwe dmirijiet jew kompiti li għandu jwettaq għall-impjegatur tiegħu li x'aktarx li jikkawżaw kunflitt ta' interess fir-rigward tal-kompiti li wettaq matul is-sekondament.

4. SNE għandu jkun suġġett għar-regoli tas-sigurtà fis-seħħ fil-GSC.

5. Nuqqas ta' ħarsien tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu matul il-perjodu ta' sekondament għandu jintitola l-GSC biex itemm is-sekondament ta' SNE taħt it-termini ta' l-Artikolu 8.

Artikolu 6

Livell, esperjenza professjonali u għarfien ta' ilsna

1. Sabiex jikkwalifika għal sekondament lill-GSC, SNE għandu jkollu mill-inqas tlett snin ta' esperjenza full-time ta' funzjonijiet amministrattivi, xjentifiċi, tekniċi, konsultattivi jew ta' superviżjoni ekwivalenti għal dawk tal-kategorija A jew B kif imfissrin fir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg applikabbli għal impjegati oħrajn tal-Komunitajiet. Qabel is-sekondament, l-impjegatur ta' l-SNE għandu jagħti lill-GSC dikjarazzjoni ta' l-impjieg ta' l-espert li jkopri t-tnax-il xahar ta' qabel.

2. SNE għandu jkollu għarfien tajjeb ta' waħda mill-ilsna tal-Komunità u għarfien sodisfaċjenti ta' ilsien ieħor għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 7

Sospensjoni tas-sekondament

1. Il-GSC jista' jawtorizza sospensjonijiet tas-sekondament u jispeċifika t-termini applikabbli. Matul dawn is-sospensjonijiet:

(a) il-konċessjonijiet imsejħa fl-Artikoli 15 u 16 ma jkunux jistgħu jitħallsu;

(b) l-ispejjeż imsejħa fl-Artikoli 18 u 19 għandhom jitħallsu biss jekk is-sospensjoni hi fuq it-talba tal-GSC.

2. Il-GSC għandu jinforma l-impjegatur tal-SNE.

Artikolu 8

Terminazzjoni ta' perjodi tas-sekondament

1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, sekondament jista' jiġi mitmum fuq it-talba ta' GSC jew ta' l-impjegatur tal-SNE, previst li notifika ta' teltt xhur hi mogħtija. Jista' wkoll jiġi mitmum fuq it-talba tal-SNE previst li l-istess notifika hi mogħtija u bla ħsara għall-ftehim tal-GSC.

2. F'ċerti każijiet eċċezzjonali s-sekondament jista' jiġi mitmum mingħajr notifika:

(a) mill-impjegatur tal-SNE, jekk l-interessi essenzali ta' l-imjegatur hekk jeħtieġu,

(b) permezz ta' ftehim bejn il-GSC u l-impjegatur, fuq it-talba tal-SNE liż-żewġ partijiet, jekk l-interessi essenzali personali jew professjonali tal-SNE hekk jeħtieġu,

(ċ) mil-GSC fil-każ ta' nuqqas mil-SNE biex iħares l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt dawn ir-regoli. Il-SNE għandu l-ewwel jiġi mogħti opportunità biex jagħti d-difiża tiegħu.

3. Fil-każ ta' terminazzjoni taħt il-paragrafu 2(ċ), il-GSC għandu immedjatament jinforma l-imjegatur.

KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 9

Sigurtà soċjali

1. Qabel ma jibda l-perjodu tas-sekondament, l-impjegatur minn liema l-espert nazzjonali għandu jiġi ssekondat għandu jiċċertifika lill-GSC li, matul il-perjodu ta' sekondament, il-SNE għandu jibqa' soġġett għal-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali applikbbli għall-amministrazzjoni pubblika jew organizzazzjoni internazzjonali li timpjega l-SNE u li għandha tassumi responsabbiltà għal spejjeż li ntefqu barra.

2. Mil-bidu tas-sekondament tiegħu, l-SNE għandu jiġi kopert mil-GSC kontra r-riskju ta' inċident. Il-GSC għandu jipprovdih b'kopja tat-termini ta' din il-kopertura fil-ġurnata fuq liema hu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni biex jikkompleta l-formalitajiet amministrattivi relatati mas-sekondament.

Artikolu 10

Ħinijiet tax-xogħol

1. SNE għandu jkun soġġett għar-regoli fis-seħħ fil-GSC fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol. Dawn ir-regoli jistgħu jiġu mmodifikati mis-Segretarju Ġenerali Deputat fejn il-ħtiġijiet tad-dipartiment hekk jeħtieġu.

2. SNE għandu jaħdem fuq bażi full-time matul il-perjodu tas-sekondament. Wara talba ġġustifikata b'mod xieraq minn Direttorat Ġenerali u bla ħsara għal kompatibbiltà ma' l-interessi tal-GSC, id-Direttur Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni jista' jawtorizza SNE biex jaħdem part time, wara ftehim mill-impjegatur tiegħu.

3. Fejn xogħol part-time hu awtorizzat, il-SNE għandu jaħdem mill-inqas nofs il-ħin tax-xogħol normali.

4. SNE jista' jaħdem sigħat flessibbli biss jekk awtorizzat mid-dipartiment GSC lil liema hu mibgħut. L-awtorizzazzjoni għandha tintbgħat għall-informazzjoni lill-unità relevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni.

5. Il-konċessjonijiet fis-seħħ fil-GSC għal xogħol bix-xifts jistgħu jiġu mogħtija lill-SNEs.

Artikolu 11

Assenza għal raġunijiet ta' mard jew inċident

1. Fil-każ ta' assenza minħabba raġunijiet ta' mard jew inċident, SNE għandu jinnotifika lis-superjur tiegħu malli hu possibbli, u għandu jiddikjara l-indirizz preżenti tiegħu. Għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk assenti għal aktar minn tlett ijiem u jista' jiġi meħtieġ jgħaddi minn eżami medika irrranġata mil-GSC.

2. Jekk assenza minħabba mard jew inċident ta' mhux aktar minn tlett ijiem taqbeż total ta' 12-il ġurnata matul perjodu ta' 12-il xahar, SNE għandu jiġi meħtieġ jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza ulterjuri minħabba mard.

3. Fejn il-perjodu ta' sick leave jaqbeż xahar jew il-perjodu ta' impjieg imwettaq mil-SNE, skond liema wieħed hu l-itwal, il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikolu 15(1) u (2) għandhom jiġu sospiżi awtomatikament. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' mard konness mat-tqala. Is-sick leave ma jistax jiġi estiż 'il hin mid-dewmien tas-sekondament tal-persuna in kwistjoni.

4. Madankollu, SNE li hu vittma ta' korriment relatat max-xogħol li jseħħ matul is-sekondament għandu jkompli jirċievi, fl-intier tagħhom, il-konċessjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) u (2) matul il-perjodu matul liema mhuwiex fi stat tajjeb għax-xogħol sat-tmiem tal-perjodu tas-sekondament.

Artikolu 12

Leave ta' kull sena, leave speċjali u vaganzi

1. SNE għandu jkun intitolat għal żewġt ijiem u nofs ta' xogħol ta' leave għal kull xahar sħiħ ta' servizz (30-il ġurnata għal kull sena tal-kalendarju).

2. Il-leave hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-dipartiment lil liema l-SNE hu mibgħut.

3. SNE jista', b'applikazzjoni raġunata, jiġi mogħti leave speċjali fil-każijiet li ġejjn:

- żwieġ tal-SNE: żewġt ijiem kull sena,

- mard serju tar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha: sa tlett ijiem,

- mewt tar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha: erbat ijiem,

- mard serju ta' qraba fil-linja axxendenti: sa żewġt ijiem kull sena,

- mewt ta' qraba fil-linja axxendenti: żewġt ijiem,

- twelid ta' tarbija: żewġt ijiem,

- mard serju ta' tifel jew tifla: sa żewġt ijiem kull sena,

- mewt ta' tifel jew tifla: erbat ijiem.

4. Fuq talba ġġustifikata b'mod xieraq mill-impjegatur tal-SNE, sa żewġt ijiem ta' leave speċjali f'perjodu ta' 12-il xahar jista' jiġi moghti mil-GSC fuq bażi ta' kull każ waħdu.

5. Fil-każ ta' xogħol part-time, leave ta' kull sena għandu jiġi mnaqqas skond dan.

6. Ġranet ta' leave ta' kull sena mhux meħudin sa l-aħħar tal-perjodu tas-sekondament għandhom jiġi mitlufa.

Artikolu 13

Leave tal-maternità

1. SNE li hi tqila għandha tinata' leave tal-maternità ta' 16-il ġimgħa, matul liema perjodu għandha tirċievi l-konċessjonjiet previsti fl-Artikolu 15.

2. SNE li qed tredda' tista' fuq talba, fuq il-bażi ta' ċertifikat mediku li jiivverifika l-fatt, tiġi mogħtija leave speċjali għal massimu ta' erba' ġimgħat li jibdew mit-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha, matul liema perjodu għandha tirċievi l-konċessjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15.

3. Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-impjegatur tal-SNE tagħti leave tal-maternità itwal, is-sekondament għandu jiġi sospiż għall-perjodu li jaqbeż dak mogħti mil-GSC. F'dak il-każ perjodu ekwivalenti għas-sospensjoni għandu jiġi miżjud f'dak it-tmiem tas-sekondament jekk l-interessi tal-GSC jiġġustifikawh.

4. SNE jista', alternattivament, japplika għal sospensjoni tas-sekondament biex jiġi kopert l-intier tal-perjodi permessi għal leave tal-maternità u biex tredda'. F'dak il-każ perjodu ekwivalenti għas-sospensjoni għandu jiġi miżjud f'dak it-tmiem tas-sekondament jekk l-interessi tal-GSC jiġġustifikawh.

Artikolu 14

Ġestjoni u kontroll

Il-ġestjoni u l-kontroll ta' leave għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjoni tal-GSC. Il-kontroll ta' ħin tax-xogħol u assenzi għandu jkun ir-responsabbiltà tad-Direttorat-Ġenerali jew dipartiment lil liema l-SNE hu mibgħut.

KAPITOLU III

KONĊESSJONIJIET U SPEJJEŻ

Artikolu 15

Konċessjonijiet għas-sussistenza

1. SNE għandu jkun intitolat għal konċessjoni ta' kuljum għas-sussistenza matul il-perjodu tas-sekondament. Fejn id-distanza bejn il-post tar-residenza u l-post tas-sekondament hi ta' 150-il km jew inqas, il-konċessjoni ta' kuljum għandha tkun ta' EUR 26,78. Fejn id-distanza hi ta' aktar minn 150-il km, il-konċessjoni ta' kuljum għandha tkun ta' EUR 107,1.

2. Jekk il-SNE ma rċeviex spejjeż tat-tneħħija jew mil-GSC jew mill-impjegatur, konċessjoni addizzjonali ta' kull xahar għandha titħallas kif muri fit-tabella hawn taħt:

Distanza bejn il-post ta' residenza u l-post ta' l-issekondar (km) | Ammont f'EUR |

0–150 | 0 |

> 150 | 68,85 |

> 300 | 122,40 |

> 500 | 198,90 |

> 800 | 321,30 |

> 1300 | 504,90 |

> 2000 | 604,35 |

Din il-konċessjoni għandha titħallas kull xahar bl-arretrati.

3. Dawn il-konċessjonijiet għandhom ikunu mħallsin għal perjodi ta' missjoni, leave ta' kull sena, leave tal-maternità, leave speċjali u vaganzi mogħtija mil-GSC.

4. SNEs li matul it-tlett snin li jtemmu sitt xhur qabel is-sekondament kellhom ir-residenza tas-soltu tagħhom jew komplew l-attività professjonali prinċipali tagħhom f'post li jinstab f'distanza ta' 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament għandhon jirċievu konċessjoni ta' kuljum għas-sussistenza ta' EUR 26,78. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, ċirkostanzi li jqumu minn xogħol magħmul minn SNEs għal Stat barra minn dak tal-post tas-sekondament jew għal organizzazzjoni internazzjonali m'għandux jiġi meħud in kunsiderazzjoni.

5. Meta SNE jibda s-sekondament, għandu jirċievi ammont minn qabel ekwivalenti għal 75-il ġurnata tal-konċessjoni għas-sussistenza, ma' liema intitolament għal kwalunlkwe konċessjonijiet bħal dawn ulterjuri għandu jieqaf matul il-perjodu korrispondenti. Jekk is-sekondament għall-GSC hu mitmum qabel l-iskadenza tal-perjodu meħud in kunsiderazzjoni biex jiġi kkalkulat l-ammont mogħti minn qabel, il-SNE hu obbligat li jrodd lura l-ammont korrispondenti għall-parti li tifdal ta' dak il-perjodu.

6. Fil-ħin ta' l-iskambju ta' Ittri previst fl-Artikolu 1(5) il-GSC għandu jiġi informat bi kwalunkwe pagament simili għal dak imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu rċevut mil-SNE. Kwalunkwe ammonti bħal dawn għandhom jiġu mnaqqsin mil-konċessjoni mħallsa mil-GSC skond l-imsemmi paragrafu 1.

7. Konċessjonijiet ta' kuljum u ta' kull xahar għandhom jiġu aġġestati kull sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi ta' l-adattament tas-salarji basiċi ta' uffiċjali tal-Komunità fi Brussel u l-Lussemburgu.

8. Għal SNEs issekondati għal Uffiċju tal-Koperazzjoni tal-GSC, il-konċessjonijiet għas-sussistenza msejħin f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu mibdula minn konċessjoni għad-dar fejn dan hu ġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż tas-sekondament, bla ħsara għal deċiżjoni raġunata mid-Direttur-Ġenerali għall-Amministrazzjoni u l-Protokoll.

Artikolu 16

Konċessjoni addizzjonali b'rata fissa

1. Ħlief għal fejn il-post tar-residenza ta' SNE hu 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament, għandu, fejn xieraq, jirċievi konċessjoni addizzjonali b'rata fissa ugwali għad-differenza bejn is-salarju gross ta' kull sena (bit-tnaqqis tal-konċessjonijiet għall-familja) imħallas mill-impjegatur kif ukoll il-konċessjonijiet għas-sussistenza mħallsin mil-GSC u s-salarju bażiku li jitħallas lil uffiċjal fil-posizzjoni 1 tal-grad A 8 jew il-grad B 5, skond il-kategorija lil liema hu assimilat.

2. Din il-konċessjoni għandha tiġi aġġustata darba fis-sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi ta' l-adattament tas-salarji basiċi ta' uffiċjali Komunitarji.

Artikolu 17

Post tar-residenza

1. Għall-iskopijiet ta' dawn ir-regoli, il-post tar-residenza għandu jkun il-post fejn il-SNE wettaq id-dmirijiet tiegħu għall-impjegatur immedjatament qabel is-sekondament. Il-post tas-sekondament għandu jkun il-post fejn id-dipartiment tal-GSC lil liema l-SNE hu mibgħut jinstab. Iż-żewġ postijiet għandhom jiġu ddentifikati fl-iskambju ta' Ittri msemmi fl-Artikolu 1(5).

2. Jekk, mas-sekondament bħala SNE, espert nazzjonali hu diġà fuq sekondament f'isem l-impjegatur tiegħu f'post barra minn dak ġo liema l-uffiċju prinċipali ta' dan ta' l-aħħar jinstab, il-post tar-residenza għandu jkun kwalunkwe wieħed mit-tnejn li hu l-aktar viċin għall-post tas-sekondament.

3. Il-post tar-residenza għandu jkun meqjus bħala l-post tas-sekondament fejn:

(a) matul it-tlett snin li jtemmu sitt xhur qabel is-sekondament, il-SNE kellu r-residenza tas-soltu jew kompla l-attività professjonali prinċipali tiegħu f'post li jinstab 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament; jew

(b) fiż-żmien tat-talba tal-GSC għas-sekondament, il-post tas-sekondament hu r-residenza prinċipali tal-mara jew ir-raġel tal-SNE jew ta' kwalunkwe mit-tfal dipendenti tiegħu jew tagħha.

Għal dak il-għan, residenza fi 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament għandha tiġi meqjusa bħala residenza f'dak il-post.

4. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ċirkostanzi li jqumu minn xogħol magħmul minn SNEs għal Stat barra minn dak tal-post tas-sekondament jew għal organizzazzjoni internazzjonali m'għandux jiġi meħud in kunsiderazzjoni.

Artikolu 18

Spejjeż tas-safar

1. SNE li l-post tar-residenza tiegħu hu aktar minn 150-il km mil-post tas-sekondament hu intitolat għal rimbors ta' spejjeż tas-safar:

(a) għalih/għaliha:

- mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament fil-bidu tal-perjodu tas-sekondament;

- mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza fit-tmiem tal-perjodu tas-sekondament;

(b) għar-raġel jew il-mara tiegħu jew tagħha u t-tfal dipendenti, previst li jgħixu mal-SNE u li t-tneħħija hi rimborsata mil-GSC:

- fil-bidu tas-sekondament, mat-tneħħija mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament;

- fit-tmiem tas-sekondament, mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza.

2. Kemm-il darba il-vjaġġ hu magħmul bil-ajru, l-ammont għandu jiġi rimborsat b'rata fissa, limitata għall-ispiża tal-ħlas tat-tren tat-tieni klassi, mingħajr supplimenti. Dan għandu japplika wkoll għal vjaġġi magħmulin bil-karozza. Fejn il-vjaġġ bit-tren jaqbeż il-500 km jew fejn ir-rotta normali tinvolvi t-taqsim mil-baħar, vjaġġ mill-ajru jista' jiġi rimborsat sa' l-ispiża attwali ta' biljett bi prezz imnaqqas (PEX jew APEX), mal-produzzjoni ta' biljetti u karti tal-boarding.

3. B'deroga mil-paragrafu 1, SNEs li juru li bidlu l-post fejn ser ikomplu l-attività prinċipali tagħhom wara s-sekondament għandhom jiġu intitolati għal rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għal dak il-post fil-limiti msemmijin hawn fuq. Ir-rimbors ma jistax jinvolvi pagament ta' somma ogħla minn dik għal liema l-SNE hu intitolat fil-każ ta' ritorn għall-post tar-residenza.

4. Jekk SNE wettaq it-tneħħija tiegħu mil-post tar-residenza tiegħu għall-post tas-sekondament tiegħu, għandu jkun intitolat kull sena għal pagament b'rata fissa ugwali għall-ispiża ta' vjaġġ ta' ritorn mil-post tas-sekondament tiegħu għall-post tar-residenza għalih innifsu, il-mara jew ir-raġel tiegħu jew tagħha u kwalunkwe tfal dipendenti fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-GSC.

Artikolu 19

L-ispejjeż għat-tneħħija

1. Kemm-il darba t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15(4) japplika, SNE jista' jneħħi l-affarijiet personali tiegħu mil-post tar-residenza għall-post tas-sekondament, bl-ispiża tal-GSC, wara li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-GSC, skond ir-regoli fis-seħħ fil-GSC fil-ħin dwar ir-rimbors ta' spejjeż tat-tneħħija, previst li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma milħuqa:

(a) il-perjodu inizjali tas-sekondament għandu jkun għal sentejn;

(b) il-post tar-residenza tal-SNE għandu jkun 100 km jew aktar mil-post tas-sekondament;

(ċ) it-tneħħija għandha tiġi kkompletata f'sitt xhur mid-data ta' bidu tas-sekondament;

(d) awtorizzazzjoni għandha tiġi mitluba mill-inqas xahrejn qabel id-data maħsuba tat-tneħħija;

(e) l-ispejjeż tat-tneħħija mhumiex qed jiġu mroddin lura mill-impjegatur;

(f) il-SNE għandu jibgħat oriġinali ta' stimi, irċevuti u fatturi lill-GSC u ċertifikat mill-impjegatur tal-SNE li jikkonferma li l-impjegatur mhux qed iħallas spejjeż tat-tneħħija.

2. Bla ħsara għall-paragrafi 3 u 4, fejn it-tneħħija għall-post tas-sekondament ġiet rimborsata mil-GSC, il-SNE għandu jkun intitolat fit-tmiem tas-sekondament, wara awtorizzazzjoni minn qabel, għal rimbors ta' l-ispejjeż tat-tneħħija mil-post tas-sekondament għall-post tar-residenza, skond regoli fis-seħħ fil-GSC fil-ħin fir-rigward tar-rimbors ta' spejjeż tat-tneħħija, bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(d), (e) u (f) hawn fuq u l-kondizzjonijiet ulterjuri li ġejjin:

(a) it-tneħħija ma tistax iseħħ aktar kmieni minn tlett xhur qabel it-tmiem tas-sekondament;

(b) it-tneħħija għandha tiġi kkompletata f'sitt xhur wara t-tmiem tas-sekondament.

3. SNE is-sekondament ta' liema hu mitmum fuq it-talba tiegħu jew fuq it-talba ta' l-impjegatur f'sentejn mil-bidu tas-sekondament m'għandux ikun intitolat għal rimbors ta' l-ispejjeż tat-tneħħija għall-post tar-residenza.

4. Fejn SNE juri li l-post fejn hu ser ikompli l-attività prinċipali tiegħu wara s-sekondament inbidel, l-ispejjeż tat-tneħħija għal dak il-post ġdid jistgħu jiġu rimborsati, imma biss sa l-ammont li kien ikun imħallas fil-każ ta' tneħħija għall-post tar-residenza.

Artikolu 20

Missjonijiet u spejjeż ta' missjonijiet

1. SNE jista' jiġi mibgħut fuq missjoni bla ħsara għall-Artikolu 4.

2. Spejjeż ta' missjoni għandhom jiġu rimborsati skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fil-GSC.

Artikolu 21

Taħriġ

SNE għandu jkun intitolat jattendi korsijiet ta' taħriġ organizzati mil-GSC, jekk l-interessi tal-GSC jeħtieġu dan. L-interessi raġonevoli tal-SNE, waqt li tiġi kkonsidrata b'mod partikolari l-karriera professjonali tiegħu wara s-sekondament, għandhom jiġu kkonsidrati meta deċiżjoni dwar il-permess biex jattendi korsijiet hi meħuda.

Artikolu 22

Disposizzjonijiet amministrattivi

1. SNE għandu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni fl-ewwel ġurnata tas-sekondament biex jikkompleta l-formalitajiet amministrattivi meħtieġa. Għandu jibda d-dmirijiet tiegħu jew fl-ewwel jew fis-16-il ġurnata tax-xahar.

2. SNE mibgħut lil uffiċju ta' koperazzjoni tal-GSC għandu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tal-GSC fil-post tas-sekondament tiegħu.

3. Pagamenti għandhom jiġu magħmulin mid-dipartiment xieraq tal-GSC, f'euro, għal ġo kont tal-bank li nfetaħ f'istituzzjoni tal-bank fil-post tas-sekondament.

KAPITOLU IV

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI GĦAL STAFF MILITARI NAZZJONALI SSEKONDAT

Artikolu 23

Regoli li japplikaw għal staff militari ssekondat

Bla ħsara għall-Artikoli 24 sa 33, dawn ir-Regoli għandhom japplikaw ukoll għal staff militari ssekondat għall-GSC biex jifforma l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/CFSP tat-22 ta' Jannar 2001 dwar l-istabbilixximent ta' l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea [1].

Artikolu 24

Kondizzjonijiet

Staff militari ssekondat għandhom ikunu fuq servizz imħallas fil-forzi armati ta' Stat Membru matul is-sekondament tagħhom. Għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru.

Artikolu 25

Reklutar

B'deroga mit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 1(3), is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għar-reklutar ta' staff militari ssekondat.

Artikolu 26

Skambju ta' Ittri

Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(5), l-Iskambju ta' Ittri għandu jseħħ bejn is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli u r-Rappreżentanza Permanenti ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

Artikolu 27

Tul tas-sekondament

1. B'deroga mill-Artikolu 2(1), it-tul tas-sekondament ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn tlett snin u jista' jiġi estiż b'mod suċċessiv sa perjodu totali ta' mhux aktar minn erba' snin.

2. B'deroga mill-Artikolu 2(3)(b), ħlief f'każijiet eċċezzjonali, perjodu ta' mill-inqas tlett snin għandu jgħaddi bejn it-tmiem tal-perjodu ta' qabel tas-sekondament u sekondament ġdid, fejn il-kondizzjonijiet hekk jiġġustifikaw u bi ftehim mas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

Artikolu 28

Kompiti

B'deroga mill-Artikolu 4(1), staff militari ssekondat li jaġixxi taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jwettaq il-missjoni, jwettaq il-kompiti u jwettaq id-dmirijiet mogħtija lilu skond l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/80/CFSP.

Artikolu 29

Irbit estern

B'deroga mill-Artikolu 4(2), staff militari ssekondat ma jistax jinvolvi l-GSC f'rabta esterna, ħlief taħt mandat speċjali mogħti taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

Artikolu 30

Clearance tas-sigurtà

B'deroga mill-Artikolu 4(5), il-livell xieraq ta' clearance tas-sigurtà tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat, li ma jistax ikun aktar baxx minn SECRET, għandu jiġi stabbilit fl-Iskambju ta' Ittri imsejjaħ fl-Artikolu 1(5).

Artikolu 31

Esperjenza professjonali

B'deroga mill-Artikolu 6(1), membru ta' l-istaff militari li jaħdem fil-livell amministrattiv jew ta' konsultenza u li juri grad għoli ta' kompetenza għad-dmirijiet li għndhom jitwettqu jista' jiġi ssekondat lill-GSC.

Artikolu 32

Sospensjoni u terminazzjoni tas-sekondament

1. Awtorizzazzjoni biex jiġi applikat l-Artikolu 7 għal membru ta' l-istaff militari ssekondat għandha tiġi mogħtija mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

2. B'deroga mill-Artikolu 8, sekondament jista' jiġi mitmum jekk l-interessi tal-GSC jew ta' l-amministrazzjoni nazzjonali tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat hekk jeħtieġu jew għal kwalunkwe kawża suffiċjenti oħra.

Artikolu 33

Nuqqas serju ta' ħarsien ta' l-obbligazzjonijiet

1. B'deroga mill-Artikolu 8(3), sekondament jista' jiġi mitmum mingħajr notifika f'każijiet serji ta' nuqqas maħsub jew negliġenti tal-membru ta' l-istaff militari ssekondat biex iħares l-obbligazzjonijiet tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli wara li l-persuna in kwistjoni kellha l-opportunità tagħti d-difiża tagħha. Qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu, is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jinnotifika lir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru ta' liema l-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu ċittadin. Ulterjurament għal dik id-deċiżjoni, il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikoli 18 u 19 m'għandhomx jiġu mogħtija aktar.

Qabel id-deċiżjoni msejħa fl-ewwel paragrafu, membru ta' l-istaff militari ssekondat jista' jiġi sospiż fejn nuqqas serju li jħares l-obbligazzjonijiet tiegħu hu allegat kontrih mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli wara li l-persuna in kwistjoni ġiet mogħtija opportunità biex tagħti d-difiża tagħha. Il-konċessjonijiet imsejħin fl-Artikoli 15 u 16 m'għandhomx jiġu mħallsin matul din is-sospensjoni, li ma tistax taqbeż tlett xhur.

2. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jista' jġib għall-attenzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali kwalunkwe vjolazzjoni minn membru ta' l-istaff militari fuq sekondament tar-regoli stabbiliti jew imsejħin f'din id-Deċiżjoni.

3. Membru ta' l-istaff militari fuq sekondament għandu jkompli jkun suġġett għar-regoli dixxiplinarji nazzjonali tiegħu.

Artikolu 34

Ħinijiet tax-xogħol

It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(2) m'għandhiex tapplika għal staff militari ssekondat.

Artikolu 35

Leave speċjali

B'deroga mill-Artikolu 12(4), leave speċjali addizzjonali mhux imħallas jista' jiġi mogħti mil-GSC għal taħriġ mill-impjegatur bla ħsara għal talba rraġunata b'mod xieraq mill-impjegatur.

Artikolu 36

Konċessjonijiet

B'deroga mill-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 16, l-Iskambju ta' Ittri msejjaħ fl-Artikolu 1(5) jista' jistabbilixxi li konċessjonijiet previsti ġo fih m'għandhomx jiġu mħallsin.

Artikolu 37

Post tar-residenza

1. Il-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu kkonsidrat li għandu l-post tar-residenza tiegħu fil-kapital ta' l-Istat Membru ta' liema hu ċittadin, meta, skond l-Artikolu 17(1), (2) u (3)(a), il-post tar-residenza tiegħu jinstab 150-il km jew inqas mil-post tas-sekondament.

2. Il-membru ta' l-istaff militari ssekondat hu kkonsidrat li għandu l-post tar-residenza tiegħu fil-kapital ta' l-Istat Membru ta' liema hu ċittadin meta l-post tar-residenza prinċipali tal-mara jew tar-raġel jew tat-tifel jew tifla (tfal) imsejjaħ fl-Artikolu 17(3)(b) jinstab fi Stat Membru barra minn dak tas-sekondament.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 38

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jiġu mħassrin:

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni) fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-pjan biex tikber il-ġlieda kontra d-delitti organizzati,

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1999 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni) fil-kuntest ta' l-istima kollettiva ta' l-għemil, applikazzjoni u implimentazzjoni effettiva mil-pajjiżi applikanti ta' l-acquis ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Ġustizja u l-Affarijiet Interni,

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/41/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali mat-tneħħija għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-kuntest ta' sistema ta' skambju għal uffiċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u uffiċjali ta' amministrazzjonijiet nazzjonali jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali [2], u

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/496/CFSP tal-25 ta' Ġunju 2001 dwar ir-regoli applikabbli għal staff militari nazzjonali fuq sekondament lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill sabiex jifforma l-istaff militari ta' l-Unjoni Ewropea [3].

Artikolu 39

Effett

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha għal kull sekondament ġdid jew tiġdid ta' sekondament.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 27, tat-30.1.2001, p. 7.

[2] ĠU L 11, tas-16.1.2001, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/34/KE (ĠU L 15, tas-17.1.2002, p. 29).

[3] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/34/KE.

--------------------------------------------------