32003D0231



Official Journal L 086 , 03/04/2003 P. 0021 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta' Marzu 2003

li tikkonċerna l-adeżjoni għall-Komunità Ewropea għall-Protokoll dwar l-Emendi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali (Konvenzjoni Kyoto)

(2003/231/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Komunità kienet Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "il-Konvenzjoni", sa mill-1974.

(2) Fis-sessjonijiet tiegħu tas-26 ta' Ġunju 1999 the Kunsill Doganali tal-Koperazzjoni adotta l-Protokoll ta' l-Emendi għall-Konvenzjoni. L-Appendiċi I li jinsab mal-Protokoll ta' l-Emendi fih it-test tal-Preambolu rivedut u tal-artikoli riveduti tal-Konvenzjoni, l-Appendiċi II li jinsab mal-Protokoll ta' l-Emendi fih l-Anness Ġenerali rivedut u l-Appendiċi III li jinsab mal-Protokoll ta' l-Emendi fih l-annessi speċifiċi riveduti. Il-Preambolu rivedut u l-artikoli riveduti tal-Konvenzjoni flimkien mal-Anness Ġenerali rivedut u l-annessi speċifiċi riveduti jissejjħu il-Konvenzjoni Kyoto riveduta.

(3) L-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Konvenzjoni Kyoto riveduta għandha tagħri riżultati sinjifikanti u li jistgħu jitkejjlu billi tittejjeb l-effettività u l-effiċjenza ta' l-amministrazzjonijiet doganali u, għalhekk, il-kompetittività akonomika tan-nazzjonijiet; din tħajjar ukolll-investiment u l-iżvilupp ta' l-industrija u tista' żżid il-parteċipazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-kummerċ internazzjonali.

(4) Il-Konvenzjoni Kyoto riveduta hija element essenzali fl-iffaċilitar tal-kummerċ u bħala tali stimulu importanti għat-tkabbir ekonomiku għal dawk l-imsieħba li aċċettawha.

(5) Il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni Kyoto riveduta juru l-impenn għall-applikazzjoni ta' proċeduri doganali ċari, trasparenti u aġġornati, li jippermetti il-mogħdija aktar mgħaġġla mid-dwana ta' oġġetti permezz ta' l-użu ġdid ta' teknoloġija ta' informazzjoni u tekniċi ġodda għall-kontroll doganali bħal stima tar-riskji u verifiki.

(6) Il-Protokoll għall-Emendi, inklużi l-Appendiċi I u II meħmusa miegħu, għandu jidħol fis-seħħ tlett xhur wara li l-40 Parti Kontraenti ikunu esprimew il-konsensus tagħhom li jintrabtu bil-Protokoll għall-Emendi, inklużi l-Appendiċi I u II.

(7) Iniżjalment il-Komunità Ewropea għandha taċċedi għall-Protokoll ta' l-Emendi, inklużi l-Appendiċi I u II. L-adeżjoni għall-annessi speċifiċi riveduti, li jinsabu fl-Appendiċi III li jinsab mal-Protokoll ta' l-Emendi, tiġi deċiża fi stadju aktar tard,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll ta' l-Emendi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, bl-eċċezzjoni ta' l-Appendiċi III, huwa b'dan approvat għan-nom tal-Komunità Ewropea.

2. It-test tal-Protokoll ta' l-Emendi, inklużi l-Appendiċi I u II, jidhru fl-Anness I li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

3. L-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 8(5)(a) u n-notifikazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Kyoto riveduta jidhru fl-Annessi II and III rispettivament li jinsabu ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-Komunità għandha tkun rappresentata fil-Kumitat ta' Ġestjoni li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 6 ta' l-Appendiċi I li jinsab mal-Protokoll ta' l-Emendi għall-Konvenzjoni mill-Kummissjoni, assistita bir-rappresentanti ta' l-Istati Membri.

2. Il-posizzjoini li għandha tiġi adottata mill-Komunità fil-Kumitat ta' Ġestjoni, fejn tittratta ma' kwistjonijiet li ikunu fil-kompetenza tal-Komunità, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill waqt li jaġixxi skond ir-regoli tal-votazzjoni li jirriżultaw mid-disposizzjonijiet applikabbli tat-Trattat.

Artikolu 3

1. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrument għall-adeżjoni għall-Protokoll ta' l-Emendi, inklużi l-Appendiċi I u II, għan-nom tal-Komunità. Dak id-depożitu għandu iseħħ fl-istess żmien bħad-depożitu ta' l-istrumenti ta' l-adeżjoni mill-Istati Membri.

2. Il-persuni li jingħataw is-setgħa għandhom ukoll jikkomunikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Doganali tal-Koperazzjoni l-informazzjoni u n-notifikazzjoni, li jidhru fl-Annessi II u III rispettivament li jinsabu ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

--------------------------------------------------