32003D0204



Official Journal L 078 , 25/03/2003 P. 0014 - 0015


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Marzu 2003

biex temenda d-Deċiżżjoni Nru 97/569/KE li tirrigwardja d-dħul ta’ l-istabbilimneti fl-Ungerija, l-Islovenja u r-Repubblika ta’ Slovakkja fil-lista provviżorja ta’ l-istabbilimenti ta’ terzi pajjiżi minn liema l-Istati Membri awtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam

(notifikata taħt id-dokument K (2003) 832)

(Test b’rilevanza għall-EEE)

(2003/204/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE ta’ 22 ta’ Ġunju 1995 fuq il-kondizzjonijiet sabiex isiru, għall-perjodu ta’ żmien, listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ terzi pajjiżi minn liema l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw ċerti prodotti li l-oriġini tagħhom ġejja mill-annimal [1], prodotti tal-ħut jew mollusk bivalvi ħaj [2]

Billi:

(1) Listi provviżorji ta’ stabbilimenti fit-terzi pajjiżi minn liema l-Istati Membri awtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam saru bid-Deċiżżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE [3], bħal ma ġiet emendata l-aħħar bid-deċiżżjoni 2002/671/KE [4].

(2) L-Ungerija, l-Islovenja u r-Repubblika Slovakka bagħtu listi ta’ stabbilimenti li jipproduċu prodotti tal-laħam tal-kaċċa ferali għal-liema l-awtoritajiet responsabbli ċċertifikaw li dawn l-istabbilimenti huma konformi mar-regoli tal-Komunità.

(3) Dawk l-istabbilimenti għandhom jiġu mdaħħla fil-lista li saret bid-Deċiżżjoni 97/569/KE.

(4) Minħabba li spezzjonijiet fuq il-post għadhom ma sarux, importazzjonijiet minn dawn l-istabbilimenti mhumiex eliġibbli għat-tnaqqis ta’ iċċekjar fiżiku skond l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżżjoni 95/408/KE.

(5) Deċiżżjoni 97/569/KE għalhekk għandha tkun emendata kif suppost.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżżjoni 97/569/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ April 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21.

[3] ĠU L 234, tas-26.8.1997, p. 16.

[4] ĠU L 228, ta’ l-24.8.2002, p. 25.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I hu emendat kif ġej:

1. It-text li ġej hu mdaħħal f’L-Anness I f’dik il-parti li tikkonċerna l-Ungerija skond referenza nazzjonali

"“

País: Hungria

Land: Ungarn

Land: Ungarn

Xώρα: Oνγγαρία

Country: Hungary

Pays: Hongrie

Paese: Ungheria

Land: Hongarije

País: Hungria

Maa: Unkari

Land: Ungern

"PKF "prodotti tal-laħam tal-kaċċa ferali."

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

HU 50 | Mavad-Vecsés Vadfeldolgozó Kft | Vecsés | Pest megye | VMZ |

HU 68 | Öreglaki Vadfeldolgozó Kft | Öreglak | Somogy megye | VMZ |

2. It-text li ġej hu mdaħħal f’L-Anness I f’dik il-parti li tikkonċerna s-Slovenja skond referenza nazzjonali:

"“

País: Eslovenia

Land: Slovenien

Land: Slowenien

Xώρα: Σλoβeνία

Country: Slovenia

Pays: Slovénie

Paese: Slovenia

Land: Slovenie

País: Eslovénia

Maa: Slovenia

Land: Slovenien

"PKF "prodotti tal-kaċċa ferali tal-laħam.

"1 "Laħam tal-ħanżir salvaġġ għandu jiġi trattat ta' l-anqas għat-trattament minimu kif stabbilit fid-Deċiżżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE Slovenja."

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

31 | MIP d.d. Salame Tolmin | Tolmin | | VMZ, 1 |

747 | Droga Izola | Izola | | VMZ, 1 |

3. It-text li ġej hu mdaħħal f’L-Anness I f’dik il-parti li tikkonċerna r-Repubblika ta’ Slovakkja skond referenza nazzjonali:

"“

País: República Eslovaca

Land: Slovakiet

Land: Slowakische Republik

Χώρα: Σλoβακική Δημοκρατία

Country: Slovak Republic

Pays: Slovaquie

Paese: Repubblica Slovacca

Land: Slowakije

País: República Eslovaca

Maa: Slovakian Tasavalta

Land: Slovakien

"PKF "prodott tal-kaċċa ferali tal-laħam.

"1 "Laħam tal-ħanżir salvaġġ għandu jiġi trattat ta' l-anqas għat-trattament minimu kif stabbilit fid-Deċiżżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE għar-Repubblika ta' Slovakkja."

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

SK 77 | Fons Slovakia spol. s r.o. | Nové Mesto nad Váhom | Trenčín | VMZ, 1 |

--------------------------------------------------