32003D0168



Official Journal L 067 , 12/03/2003 P. 0022 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-11 ta' Marzu 2003

li tistabilixxi l-Bord ta' l-Energy Star tal-Komunità Ewropea

(2003/168/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm Komnunitarju tal-għoti tat-tikketti għall-effiċjenza fl-enerġija lit-tagħmir ta' l-uffiċċji [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi Bord ta' l-Energy Star tal-Komunità Ewropea (minn issa' l quddiem riferit bħala l- "ECESB") sabiex iwettaq il-programm Energy Star tal-Komunità Ewropea, kif iddefinit fil-Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinament tal-programmi tal-għoti tat-tikketti għall-enerġija effiċjenti lit-tagħmir ta' l-uffiċċji [2]

(2) L-ECESB għandu jikkonsisti mir-rappreżentanti nazzjonali, kif definiti bir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 u mill-partijiet interessati elenkati fuq bażi indikattiv f'dan ir-Regolament,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Huwa hawnhekk stabbilit il-Bord ta' l-Energy Star tal-Komunità Ewropea "ECESB".

L-Artikolu 2

1. Is-Sedja ta' l-ECESB għandha tinżamm mill-Kummissjoni, irrappreżentata mid-Direttorat Ġenerali ta' l-Enerġija u t-Trasport.

2. Il-lista indikattiva tar-rappreżentanti nazzjonali riferita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2422/2002 għandha tiġi ddikjarata fil-Parti A ta' l-Anness.

Meta jiġi nnominat iktar minn rappreżentant nazzjonali wieħed, il- "koordinatur" għandu jkun ir-rappreżentant mogħti s-setgħa mill-Istati Membri kif indikat fl-Anness.

3. Il-lista indikattiva tal-Partijiet interessati riferita fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 2422/2002 għandha tiġi ddikjarata fil-Parti B ta' l-Anness.

4. Sabiex tiġi żurata l-parteċipazzjoni tal-Partijiet kollha interessati rigward kull grupp ta' prodotti tat-tagħmir ta' l-uffiċċji, is-Sedja tista’ taddatta s-sħubija tal-Partijiet interessati kif approprjat.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 332, ta' l-15.12.2001, p. 1.

[2] ĠU L 172, tas-26.6.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-LISTA INDIKATTIVA TAL-MEMBRI TA' L-ECESB

PARTI A

Ir-Rappreżentanti nazzjonli

A | L-Abteilung IV/3 Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit | Is-Sur Matthias BRUNNER Dipl.-Ing. (Koordinatur) |

L-EVA - L-Aġenzija Awstrijaka ta' l-Enerġija | Is-Sur Herbert RITTER |

B | L-Administration de l'Energie du Ministère des Affaires Economiques; Division Gaz-Electricité | Is-Sur Luc MICHIELS |

DK | L-Aġenzija Daniża ta' l-Enerġija | Is-Sinjura Anette GYDESEN |

FIN | Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija | Ms Veera PEDERSEN (Kordinatriċi) |

Il-Motiva Oy | Is-Sur Heikki HÄRKÖNEN |

F | Il-MINEFFI/DGEMP — Télédoc 161 | Is-Sra Evelyne BISSON (Koordinatriċi) |

L-Ademe — Centre de Sophia Antipolis | Is-Sur Alain ANGLADE |

D | Il-Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie | Dr Wolfgang WAGNER (Koordinatur) |

Id-Deutsche Energie-Agentur | Dr Christiane DUDDA |

EL | Il-Ministeru ta' l-Iżvilupp | Is-Sur Dimitrios NOMIDIS (Koordinatur) |

Il-Ministeru ta' l-Iżvilupp | Is-Sur Dimitrios NOMIDIS (Koordinatur) |

IRL | L-Engerġija Sostenibbli ta' l-Irlanda | Is-Sur Tom HALPIN |

L-Engerġija Sostenibbli ta' l-Irlanda | Is-Sra Antonia SHIELDS |

I | Is-Segreteria Tecnica della DGERM, Ministerio delle Attività Produttive | Is-Sur Dario CHELLO (Koordinatur) |

L-ENEA Ispra | Is-Sra Milena PRESUTTO |

L | Is-Service de l'énergie de l'État – | Is-Sur Jean-Paul HOFFMAN |

P | Id-Direcção Geral da Energia | Is-Sur Renato ROMANO |

E | Is-Subdirección General de Planificación Energetica | Is-Sur Angel CHAMERO FERRER |

S | L-Amministrazzjoni Nazzjonali Svediża ta' l-Enerġija | Is-Sra Kristina BEIERTZ |

NL | In-NOVEM | Id-Drs. Ir. Hans-Paul SIDERIUS |

UK | Id-Dipartiment ta' l-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali Żona 6D/11, Ashdown House | Is-Sur Chris BAKER (Koordinatur) |

ITS Research & Training Centre (iċ-Ċentru ITS tar-Riċerka u t-Testijiet) | Is-Sur Bob HARRISON |

Il-BRE Ltd | Is-Sra Monika MUNZINGER |

IL-PARTI B

Il-partijiet interessati

Il-fabbrikanti

L-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Tagħrif, il-Komunikazzjonijiet u l-Konsumaturi ta' l-Industrija tat-Teknoloġija Elettronika (EICTA)

Il-bejjiegħa bl-imnut

L-Eurocommerce

Il-gruppi tal-protezzjoni ambjentali

Il-WWF

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC)

--------------------------------------------------