32002R2251



Official Journal L 343 , 18/12/2002 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 2251/2002

tas-17 ta' Diċembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2759/1999 li jippreskrivi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel is-sħubija

(Test b'rilevanza għall-EEE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel is-sħubija [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1) Waħda mill-għanijiet ta' l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 hija li jissolvew problemi ta' prijorita u speċifiċi għall-adattament sostenibbli tas-settur agrikolu u erji rurali fil-pajjiżi applikanti. Ħsara kawżata lil erji agrikoli u rurali, inkluż il-boskijiet, permezz ta' diżastri naturali eċċezzjonali tista' tikkostitwixxi dawn il-problemi kif muri bl-għarar li f'Awissu 2002 ikkawża ħsara konsiderevoli f'pajjiżi applikanti varji. Il-Komunità teħtieġ li tkun tista' tirrispondi b'mod xieraq għal dawn id-diżastri naturali eċċezzjonali permezz ta' strumenti varji inkluż l-istrument taż-żmien ta' qabel l-isħubija dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999.

(2) Fejn diżatri naturali eċċezzjonali, inkluż dawk li jinvolvu nirien, jaffettwaw b'mod żvantaġġjuż foresti f'pajjiżi applikanti varji, għandu jkun possibbli li jiġu appoġġjati ċerti azzjonijiet favur dak is-settur. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli wkoll li jittieħdu l-azzjonijiet preventivi dikjarati skond is-sitt indent ta' l-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [3].

(3) L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2749/1999 [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2251/2001 [5], jagħmilha possibbli li jingħata appoġġ għal taħriġ vokazzjonali li jikkontribbwixxi għat-titjib ta' l-abilita u l-kompetenza fix-xogħol ta' bdiewa u persuni oħra nvoluti f'attivitajiet agrikoli u ta' forestrija u l-konversjoni tagħhom. Fl-assenza ta' strument ieħor finanzjarju komunitarju taż-żmien ta' qabel l-isħubija li jappoġġja taħriġ vokazzjonali, l-estensjoni ta' appoġġ għal dan it-taħriġ għal xi persuni għal attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn miżuri taż-żmien ta' qabel is-sħubija għal żvilupp agrikolu u rurali (Sapard) jikkontribbwixxi b'mod effettiv għall-ksib ta' l-għanijiet ta' Sapard.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(5) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1. Appoġġ għal taħriġ vokazzjonali jista' jingħata biex jikkontribbwixxi għat-titjib ta' l-abilita u l-kompetenza fix-xogħol ta' bdiewa u persuni oħra nvoluti f'attivitajiet agrikoli u attivitajiet ta' forestrija u l-konversjoni tagħhom. B'żieda ma' dan, appoġġ jista' jingħata għat-taħriġ vokazzjonali ta' persuni oħra potenzalment impjegati f'attivitajiet eliġibbli għal xi miżura oħra fil-Programm, minbarra dawk riferiti fl-aħħar indent ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999.

2. Appoġġ għal taħriġ vokazzjonali m'għandux jinkludi korsijiet ta' istruzzjoni jew taħriġ li jifforma parti minn programmi normali jew sistemi ta' edukazzjoni f'livelli sekondarji jew aktar għolja."

2. L-Artikolu 7(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Appoġġ jista' jingħata għall-azzjonijiet provvduti fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u suġġetti għall-kondizzjonijiet dikjarati f'dawk l-artikoli.

Madankollu, appoġġ biex jiġi restawrat potenzal ta' produzzjoni fil-forestrija jista' jingħata biss fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi li diżastru natural eċċezzjonali, irrispettivament mill-kawża, ikun sar."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

[2] ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1.

[3] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[4] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 51.

[5] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 6.

--------------------------------------------------