32002R0509



Official Journal L 079 , 22/03/2002 P. 0015 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002

tal-21 ta’ Marzu 2002

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 31(14) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jiddisponi għall-għoti ta’ rifużjonijiet għal ċerti prodotti koperti b’dak ir-Regolament meta jkunu esportati fil-forma tal-prodotti elenkati fl-Anness II tiegħu.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta’ Awissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni [3] jemenda n-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti.

(3) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu bħala konsegwenza jkun emendat.

(4) L-emendi għandhom japplikaw mid-data ta’ meta jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 2031/2001.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-vers:

"190530 | – Galettini ħelwin; waffles u gallettini rqaq" |

huwa mibdul b’dan li ġej:

| "– Gallettini ħelwin; waffles u gallettini rqaq: |

1905 31 | – – Galettini ħelwin |

1905 32 | – – Waffles u gallettini rqaq" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 21 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

[3] ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1.

--------------------------------------------------