32002R0473



Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0021 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002

tal-15 ta' Marzu 2002

li jemenda l-Annessi I, II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel, u li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tat-trasmissjoni tal-informazzjoni dwar l-użu ta' komposti tar-ramm

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu dwarhom fuq il-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/2001 [2], u partikolarment l-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jkun definit b'aktar preċiżjoni il-waqt li fih jibda l-perijodu ta' konverżjoni bħala prinċipju u biex ikunu definiti l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti sabiex jirrikonoxxu b'mod retroattiv il-perijodu qabel il-bidu, bħala parti mill-perijodu tal-konverżjoni.

(2) F'ċirkostanza eċċezzjonali, bħal ma jkun meta jfaqqgħu mard infettiv, kontimanazzjonijiet aċċidentali jew fenomeni naturali, dawk li jrabbu merħliet tal-annimali tal-irziezet jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jakkwistaw fornimenti ta' materjali tal-għalf ta' oriġini organika u awtorizzazzjoni jkollha tingħata, fuq bażi temporanja u b'mod limitat, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, in vista tal-materjali tal-għalf li ma jkunux joriġinaw minn biedja organika.

(3) Il-Parti A ta' l-Anness II, dwar il-fertilizzanti u l-kondizzjonaturi tal-ħamrija, tipprovdi għall-possibiltà tal-użu tal-iskart mid-djar matul perijodu proviżjonali biss li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002. L-użu tal-iskart mid-djar li jkun iffermentat jilħaq il-ħtieġa reali f'ċerti Stati Membri, u dan il-prodott huwa strettament regolat f'dak li jirrigwardja l-oriġini tal-iskart, l-operat tas-sistema tal-ġbir, li għandu jkun aċċettat mill-Istat Membru, u l-kontenut massimu ta' metalli tqal, mingħajr preġudiżju għal xi ħtiġiet oħrajn għall-użu ta' prodott bħal dan fl-agrikoltura ġenerali. Dawn il-ħtiġiet jistgħu jinvolvu li jkunu kkonsidrati mill-ġdid fil-qafas taleġislazzjoni komuni ġdida dwar l-iskart mid-djar. L-awtorizzazzjoni preżenti tista għalhekk tkun imtawwla għal perijodu limitat ta' erba snin.

(4) Piretojdi (deltamethrin u lambdacyhalothrin) huma użati biss mill-biedja organika bħala nasses u l-użu tagħhom għalhekk jilħaq il-kriterja ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. L-użu ta' dawn is-susustanzi kien ġie muri li jilħaq il-ħtieġa vera f'ċerti uċuħ u għandu għalhekk ikun awtorizzat għal perijodu indefinit.

(5) Il-Ġermanja talbet li l-fosfat ferriku jkun inkluż f'Annes II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 hekk li jkun jista jintuża bħala molluskiċidiku fil-biedja organika. Wara li ġiet eżeminata din it-talba, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) ta' dak ir-Regolament kienu nstabu li huma sodisfaċenti. Aktar minn hekk, il-fosfat ferriku kien reċentament evalwat għall-konformità mal-kriterja tas-saħħa umana u l-ambjent permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/41/KEE tal-15 talulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/18/KE [4]. Dan il-prodott għandu għalhekk ikun miżjud ma "l-Anness II, il-Parti B."

(6) Metaldehyde huwa awtorizzat għall-użu bħala molluskiċidju fil-biedja organika għal perijodu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2002. Dan il-perijodu għandu jkun imtawwal għal perijodu tranżizzjonali limitat ta' 4 snin li jkun jippermetti li jinbidel, fl-Istati Membri, il-metaldehyde bħala molluskiċidju bil-ħadid (III) ortofosfat.

(7) L-użu tar-ramm lejn l-għamla ta' idrossidu tar-ramm, ossikloridu tar-ramm, (tribażiku) sulfat tar-ramm u ossidu kupriku u l-użu ta' żjut minerali bħala funġiċidi huma meqjusa bħala prattiċi tal-biedja tradizzjonalment organika bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Issa jidher li dawn is-sustanzi huma, f'dan il-waqt, indispensabbli għall-koltivazzjoni ta' diversi uċuħ u li biss żieda fl-isforzi tar-riċerka tkun tagħmilha possibbli li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi xierqa fuq terminu medju jew fit-tul. Għalhekk, dawn is-sustanzi għandhom għalissa ikunu awtorizzati. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun riveduta fid-dawl ta' żviluppi ġodda u skond l-evidenza fir-rigward tal-alternattivi disponibbli.

(8) L-użu tar-ramm fil-għamliet referuti hawn fuq jista jkollu konsegwenzi fit-tul minħabba l-akkumulazzjoni tiegħu fil-ħamrija, li jidher li huma inkompatibbli ma "l-għanijiet tal-biedja organika ta' biedja ambjentalment aċċettabbli. Il-kondizzjonijiet għall-użu tar-ramm għandhom għalhekk ikunu restritti bl-iffisar ta' massimu dwar l-użu kif espress f'termini ta' kilogrammi ta' ramm għal kull ettaru fis-sena. Dan il-massimu għandu jibda mill-livell ta' 8 kg ta' ramm kull ettaru, u għandu jkun imbagħad limitat wara perijodu trażizzjonali ta' erba snin għal 6 kg kull ettaru, sakemm ma jkunx muri li għal ċerti uċuħ dan il-massimu aktar baxx ma jkunx effikaċi. L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbilità li japplikaw dan il-massimu fuq il-bażi ta' medja matul perijodu ta' ħames snin. L-Istati Membri li jgħamlu użu minn din il-possibbilità għandhom jirraportaw rigward l-implementazzjoni ta' din il-miżura u dwar il-kwantitajiet effettivament użati, in vista tar-reviżjoni possibbli ta' dan ir-reġim meta jkun meħtieġ."

(9) L-estenzjoni tal-perijodu tal-użu ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti b'dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizju għad-deċiżjoni meħudha rigward l-użu ta' dawn il-prodotti fl-agrikoltura ġenerali bħala parti mill-programm ta' reviżjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-Kummissjoni preżentat lill-Kunsill u lill-Parlament rapport kif hemm provediment dwaru fl-Artikolu 8(2) għal eżaminazzjoni tagħhom. Il-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan ir-regolament għandhom ikunu riveduti mingħajr dewmien jekk dan ikun meħtieġ fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-eżami ta' dan ir-rapport.

(10) Permezz ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 l-ittikkettjar u r-reklamar ta' prodott jista "jirreferi biss għal metodi tal-produzzjoni organika meta l-prodott jew l-ingredjenti tiegħu li jkunu tal-oriġini agrikola, ma jkunux ġew suġġetti għal trattamenti li jinvolvu l-użu ta' sustanzi li ma humiex elenkati fis-Sezzjoni B t'L-Anness VI. B'dana kollu, l-idrossidu tas-sodju huwa elenkat f'dak l-Anness għall-użu fil-produżżjoni taż-żejt miż-żerriegħa tar-rapa (Brassica spp.) biss matul perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002. L-użu ta' din is-sostanza kien ġie muri li jilħaq il-ħtieġa vera fil-produzzjoni ta' ċerti tipi ta' żejt organiku miż-żerriegħa tar-rapa għall-użu fl-oġġetti tal-ikel. Għalhekk, l-użu ta' dan il-prodott għandu jkun awtorizzat għal perijodu indefinit."

(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) No 2020/2000 [6] li kien iddeffinixxa l-kontenut t'L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u stabbilixxa l-kondizzjonijiet tal-implementazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri kienu talbu għall-inklużjoni f'L-Anness VI, il-parti Ċ, tal-karkassi; wara eżeminazzjoni kien ġie stabbilit li t-talba għall-inklużjoni tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 207/93.

(12) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat referut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN ID-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu emendati bi qbil ma "l-Anness ta' dan ir-Regolament."

Artikolu 2

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplementa d-deroga li hemm provvediment dwarha fir-rigward tal-livelli massimi tal-komponenti tar-ramm f'Annes II, il-parti B, tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, dan li ġej għandu jkun komunikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn:

- qabel it-30 ta' Ġunju 2002, informazzjoni rigward il-miżuri meħuda fl-implementazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u biex jassiguraw il-konformità tagħha, partikolarment il-livell tal-oqsma ndividwali,

- qabel il-31 ta' Diċembru 2004, rapport dwar l-implementazzjoni u r-riżultati ta' dawn il-miżuri, partikolarment il-kwantitajiet attwallment meħtieġa matul kull perijodu tal-koltivazzjoni sa minn meta tidhol fis-seħħ din id-dispożizzjoni.

Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa bi qbil mal-proċedura prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba "jum wara l-publikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej."

B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-parti A t'L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, li kienu applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti:

- għal meded tal-art li l-perijodu tal-konveżjoni tagħhom kien beda qabel il-31 ta' Diċembru 2002.

- għal meded tal-art li huma parti minn pjan ta' konverżjoni, sa tul ta' żmien massimu ta' ħames snin, mifthiem mal-awtoritajiet kompetenti u li beda qabel l-1 ta' Settembru 2002; din id-deroga ma tapplikax għal meded tal-art miżjuda mal-pjan wara l-ftehim inizjali.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

[2] ĠU L 337, ta' l-20.12.2001, p. 9.

[3] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[4] ĠU L 55, tas-26.2.2002, p. 29.

[5] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 5.

[6] ĠU L 241, tas-26.9.2000, p. 39.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

1.1.

Il-Paragrafu 1 tal-parti A t'L-Anness I

"Pjanti u prodotti tal-pjanti"

huwa mibdul b'dan li ġej:

"1.1. Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a), (b) u (d) u stabbiliti partikolarment f'dan l-Anness għandhom normalment li kienu ġew applikati fuq il-meded tal-art matul il-perijodu tal-konverżjoni ta' mill-anqas sentejn qabel iż-żriegħ, jew, fil-każ tal-art bil-ħaxix tal-mergħa, mill-anqas sentejn qabel l-esplojtazzjoni tagħha bħala materjal tal-għalf mill-biedja organika, jew, fil-każ ta' uċuħ perenni apparti milli tal-art bil-ħaxix tal-mergħa, mill-anqas tlett snin qabel l-ewwel ħsad tal-prodotti riferuti fl-Artikolu 1(1)(a). Il-perijodu tal-konverżjoni għandu jibda l-aktar kmieni fid-data li fiha l-produttur ikun innotifika l-attività tiegħu bi qbil ma l-Artikolu 8 u jkun ippreżenta l-qasam tiegħu għas-sistema ta' spezzjoni li hemm provediment dwarha fl-Artikolu 9.

1.2. B'dana kollu, l-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni jistgħu jiddeċiedu, bi ftehim ma l-awtorità kompetenti, li tirrikonoxxi b'mod retroattiv bħala parti mill-perijodu tal-konverżjoni xi perijodu preċedenti li fih:

(a) il-meded tal-art li kienu parti minn programm implementat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar il-metodi tal-produzzjoni agrikola li huma kompatibbli mal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja [1] jew Kapitolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [2], jew bħala parti minn programm uffiċjali ieħor, basta li l-programmi konċernati jiggarantixxu li l-prodotti elenkati fil-partijiet A u B t'L-Anness II ma jkunux ġew użati fuq dawk il-meded tal-art; jew

(b) il-meded tal-art kienu żoni naturali jew agrikoli li ma kienux ġew ittrattati bil-prodotti elenkati fil-partijiet A u B t'L-Anness II. Dan il-perijodu għandu jkun meqjus fuq bażi retro-attiva biss permezz tal-kondizzjoni li prova sodisfaċenti tkun ġiet fornuta lill-awtorità jew lill-korp tal-ispezzjoni li jippermettulha li tkun sodisfatta li l-kondizzijiet kienu milħuqa matul perijodu ta' mill-anqas tlett snin.

1.3. L-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni tista, meta approvat mill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi, f'ċerti każi, li testendi l-perijodu tal-konverżjoni lill hinn mill-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1.1 wara li jkun ingħata każ tal-medda tal-art li kienet ġiet preċedentament użata.

1.4. Fil-każ ta' meded tal-art li diġa kienu ġew konvertiti lejn jew li kienu fil-proċess ta' konverżjoni lejn il-biedja organika, u li huma trattati bi prodott mhux elenkat f'L-Anness II, l-Istat Membru jista jnaqqas it-tul tal-perijodu tal-konverżjoni għal anqas mill-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1,1 f'dawn iż-żewġ każi kif ġejjin:

(a) il-meded tal-art trattati bi prodott mhux elenkati fil-parti B t'L-Anness II bħala parti minn miżuri obligatorji tal-kontroll tal-mard jew tal-pesti li huma imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-territorju tiegħu, jew f'ċerti partijiet tiegħu, għall-produzzjoni ta' uċuħ speċifiċi.

(b) meded tal-art trattati bi prodott mhux elenkat fil-partijiet A jew B t'L-Anness II bħala parti minn testijiet xjentifiċi approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

F'dawn il-każi it-tul tal-perijodu tal-konverżjoni għandu jkun stabbilit billi jittieħed kont ta' dawn il-punti li ġejjin:

- il-proċess tad-degradazzjoni tal-prodott konċernat tal-protezzjoni tal-pjanti għandu jiggarantixxi, li fit-tmiem tal-perijodu tal-konverżjoni, livell insinifikanti tar-residwi fil-ħamrija u, fil-każ ta' uċuħ perenni, fil-pjanti,

- il-ħsad li jsegwi t-trattament ma jkunx mibjugħ b'referenza għall-metodi tal-produzzjoni organika,

- l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jkun jeħtieġ trattament obligatorju."

1.2. Il-Part B

"Merħliet tal-annimali u prodotti tal-merħliet minn dawn l-ispeċji li ġejjin: bovini (inklużi l-ispeċji tal-bufali u biżonti), il-porċini, l-ovini, il-kaprini, l-ekwidi, it-tjur"

hija emendata kif ġej:

1.2.1.It-test tal-paragrafu 4.9 huwa mibdul b'dan li ġej:""B" deroga mill-paragrafu 4.8. meta l-produzzjoni tal-ħaxix tal-mergħa tkun mitlufa jew meta restrizzjonijiet ikunu imposti, partikolarment bħala riżultat ta' kondizzjonijiet metereoloġiċi eċċezzjonali, it-tifqigħ ta' mard infettuż, il-kontaminazzjoni b'sustanzi tossiċi, jew bħala konsegwenza ta' nirien, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għal perijodu limitat u b'relazzjoni maż-żona speċifika, persentaġġ għola ta' materjal tal-għalf konvenzjonali, meta awtorizzazzjoni bħal din tkun hekk meħtieġa. Ma "l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità jew il-korp tal-ispezzjoni għandhom japplikaw din id-deroga fuq operaturi individwali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-xulxin u lill-Kummissjoni bid-derogi li huma jkunu taw".".

1.2.2. Fil-paragrafu 7.4. il-kelma "esklussivament" hija inkluża wara l-kelma "koperazzjoni"

2. L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

2.1.Il-Parti A "Fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija" hija emendata kif ġej:Fit-tabella, id-data tal-iskadenza tal-"31 ta' Marzu 2002" għall-użu ta' skart mid-djar li jkun kompost jew iffermentat hija mibdula bi ."il-31 ta' Marzu 2006".

2.2. Il-Parti B

"Pestiċidi"

hija emendata kif ġej:

2.2.1.Fit-tabella III "Sustanzi li għandhom ikunu wzati biss f'nasses u/jew dispensaturi", ir-restrizzjoni dwar l-użu tal-piretojdi għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002 hija mħassra.

2.2.2. Fit-tabella III "Sustanzi li għandhom ikunu wżati fin-nasses u/jew dispensaturi", id-data tal-iskadenza tal"31 ta' Marzu 2002"- għall-metaldehyde hija mibdula bil-."31 ta' Marzu 2006".

2.2.3. Fit-tabella IV

"Sustanzi oħrajn minn użu tradizzjonali tal-biedja organika"

, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw ir-ramm huma mibdula b'dan li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni, ħtiġiet kompożizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu |

Ramm fil-għamla ta idrossidu tar-ramm, ramm ossikloridu, (tibażiku) sulfat tar-ramm, ossidu kupriku | Funġiċidju Sal-31 ta' Diċembru 2005 sa massimu ta' 8 kg ramm kull ettaru fis-sena, u mill-1 ta' Jannar 2006 sa massimu ta' 6 kg ramm kull ettaru fis-sena, mingħajr preġudizju għal kwanitatà aktar limitata jekk stabbilita permezz tat-termini speċifiċi tal-leġislazzjoni ġenerali dwar il-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fl-Istati Membri ta' fejn il-prodott sejjer ikun użat Għal uċuħ perenni, l-Istati Membri jistgħu, bħala deroga mill-paragrafu preċedenti, jipprovdu li l-livelli massimi jkunu japplikaw kif ġej: il-kwantità totali massima użata mit-23 ta' Marzu 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 m'għandhiex teċċedi 38 kg ta' ramm kull ettarumill-1 ta' Jannar 2007, il-kwantità massima li tista tkun użata ta' kull sena fuq kull ettaru għandha tkun kalkolata bit-tnaqqis tal-kwanitajiet attwalment użati fl-erba snin preċedenti minn, rispettivament, 36, 34, 32 u 30 kg ta' ramm għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 u s-snin segwentiIl-ħtieġa rikonoxxuta mil-korp tal-ispezzjoni jew mill-awtorità tal-ispezzjoni |

- il-kwantità totali massima użata mit-23 ta' Marzu 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 m'għandhiex teċċedi 38 kg ta' ramm kull ettaru

- mill-1 ta' Jannar 2007, il-kwantità massima li tista tkun użata ta' kull sena fuq kull ettaru għandha tkun kalkolata bit-tnaqqis tal-kwanitajiet attwalment użati fl-erba snin preċedenti minn, rispettivament, 36, 34, 32 u 30 kg ta' ramm għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 u s-snin segwenti

Il-ħtieġa rikonoxxuta mil-korp tal-ispezzjoni jew mill-awtorità tal-ispezzjoni" |

2.2.4. Fit-tabella IV "Sustanzi oħrajn mill-użu tradizzjonali tal-bieda organika", ir-restrizzjoni dwar l-użu taż-żjut minerali għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002 hija mħassra.

2.3. Tabella ġdida IIIa intestata

"Preparazzjonijiet biex jinxterdu bejn ir-raddi fuq il-wiċċ bejn il-pjanti koltivati"

hija miżjuda, b'dan il-kontenut li ġej:

"Isem | Deskrizzjoni, ħtiġiet kompożizzjonali; kondizzjonijiet għall-użu |

Ħadid (III) ortofosfat | Molleskuċidju" |

3. L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:

3.1.Sezzjoni B "Għajnuniet tal-ipproċessar u prodotti oħrajn li jistgħu jkunu wżati għall-ipproċessar tal-ingredjenti tal-oriġini agrikola minn produzzjoni organika, riferuti fl-Artikolu 5(3)(d) u fl-Artikolu 5(5a)(e) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91"hija emendata kif ġej: "ir-restrizzjoni dwar l-użu tal-idrossidu tas-sodju għal perijodu li jeskadi fil-31 ta' Marzu 2002" hija mħassra.

3.2. Fis-Sezzjoni Ċ "Ingredjenti tal-oriġini agrikola li ma kienux ġew prodotti organikament, referuti fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/92", dan li ġej huwa miżjud mal-paragrafu Ċ.3:"Casings, sa l-1 ta' April 2004 biss.".

[1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 85.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

--------------------------------------------------