32002R0120



Official Journal L 028 , 30/01/2002 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 120/2002

tal-21 ta' Jannar 2002

kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2793/1999 fir-rigward ta' l-aġġustament tal-kwota tat-tariffa għall-inbid

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 1999/753/KE tad-29 ta' Lulju 1999 [1] il-Kunsill approva l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fuq il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel fuq l-oħra [2] (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-Ftehim "TDC"). Il-Ftehim TDC kien applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2000.

(2) L-Anness X tal-Ftehim TDC għandu Skambu ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel li jipprovdi għall-kwota ta' kull sena bla dazju ta' 32 miljun litru ta' nbid Sud Afrikan importat fi fliexken. L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2793/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim fuq il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel [3], jipposponi l-ftuħ ta' dik il-kwota tat-tariffa għall-inbid sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel fuq il-Kummerċ fl-inbid u l-ispirti rispettivament.

(3) Bid-Deċiżjoni 2002/51/KE [4] il-Kunsill approva, f'isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel fuq il-kummerċ fl-inbid. Barra dan, il-Kunsill bid-Deċiżjoni 2002/55/KE [5] approva Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika ta' Isfel fuq il-kummerċ fl-inbid li jemenda l-volum tal-kwota tat-tariffa għall-inbid importat fi fliexken provdut fl-Anness X tal-Ftehim tad-TDC.

(4) Ir-Reġolament (KE) Nru 2793/2000 għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2793/1999 huwa emendat kif ġej:

Fil-ħames kolonna, taħt it-titolu

"Volum tal-kwota tat-tariffa annwali, u l-fattur tat-tkabbir annwali,"

id-daħla korrispondenti man-numru ta' l-ordni 09.1825 għandha tinbidel b'li ġej:

"35300000 litru

(agf 3 %) [(4)] Għal kull sena mill-2002 sa l-2011 volum fiss ta' 6720000 litru għandu jiżdied mal-volum tal-kwota bażika annwali. Il-fattur tat-tkabbir annwali għandu japplika mill-2003 għall-volum tal-kwota bażika ta' 35300000 litru biss.".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU L 311, ta' l-4.12.1999, p. 1.

[2] ĠU L 311, ta' l-4.12.1999, p. 3.

[3] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 29. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1747/2000 (ĠU L 200, tat-8.8.2000, p. 25).

[4] Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] Ara l-paġna 133 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------