32002L0087



Official Journal L 035 , 11/02/2003 P. 0001 - 0027


Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara lil kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Billi l-leġislazzjoni kurrenti tal-Komunità tipprovdi għal sett komprensiv ta' regoli dwar is-superviżjoni bi prudenza ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment fuq bażi individwali, u istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment li huma parti rispettiva ta' grupp bankarju/ta' investiment, jew grupp ta' assigurazzjoni, jiġifieri gruppi b'attivitajiet omoġenji finanzjarji.

(2) Żviluppi ġodda fis-swieq finanzjarji wasslu għall-ħolqien ta' gruppi finanzjarji li jipprovdu servizzi u prodotti f'setturi differenti tas-swieq finanzjarji, imsejjħa komglomerati finanzjarji. Sa issa, ma kien hemm ebda forma ta' superviżjoni bi prudenza fuq bażi ta' grupp wiesgħa ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment li huma parti ta' konglomerati bħal dawk, b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni ta' solvibilità u konċentrazzjoni ta' riskju fil-livell tal-konglomerat, it-transazzjonjiet bejn il-grupp, il-proċessi ta' maniġġar ta' riskju intern fil-livell tal-konglomerat u l-karattru li jaqbel u xieraq ta' l-immaniġġar. X'uħud minn dawn il-konglomerati huma fost l-akbar gruppi li huma attivi fis-swieq finanzjarji u jipprovdu servizzi fuq bażi globali. Jekk dawk il-konglomerati, u b'mod partikolari l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-impriżi ta' assigurazzjoni u d-ditti ta' investiment li huma parti ta' konglomerati bħal dawk, jkollhom jiffaċċaw diffikultajiet finanzjarji, dawn jistgħu jiddistabilizzaw serjament is-sistema finanzjarja u jaffettwaw depożitaturi individwali, detenturi ta' poloz ta' assigurazzjoni u investituri.

(3) Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizzi Finanzjarji identifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa għat-tlestija ta' Suq Wieħed fis-Servizzi Finanzjarji, u ħabbar l-iżvilupp ta' leġislazzjoni supplementari ta' prudenza, għall-konglomerati finanzjarji li għandhom jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-leġislazzjoni preżenti tas-settur, u riskji addizzjonali ta' prudenza biex jiġu assigurati arranġamenti ta' superviżjoni kif imiss fir-rigward ta' gruppi finanzjarji b'attivitajiet finanzjarji rappreżentattivi. Objettiv ambizzjuż bħal dak jista' jinkiseb biss fi stadji. L-istabbiliment ta' superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju huwa wieħed minn dawn l-sitadji.

(4) Laqgħat oħra internazzjonali identifikaw il-ħtieġa għall-iżvilupp ta' kunċetti adattati ta' superviżjoni fir-rigward ta' konglomerati finanzjarji.

(5) Sabiex tkun effettiva, is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi applikata għal dawk il-konglomerati, li l-attivitajiet finanzjarji rappreżentattivi tagħhom huma sinjifikanti, li huwa l-każ meta jintlaħqu ċerti limiti, tkun xi tkun l-istruttura tagħhom. Is-superviżjoni supplementari għandha tkopri l-attivitajiet finanzjarji kollha identifikati bil-leġislazzjoni finanzjarja settorali u l-entitajiet prinċipali kollha li jwettqu dawk l-attivitajiet għandhom jiġu nklużi fil-kamp ta' l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari, inklużi kumpanniji li jimmaniġġaw l-assi.

(6) Deċiżjonijiet li ma tiġix inkluża entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari għandhom jittieħdu, waqt li wieħed iqis fost ħwejjeġ oħra jekk entità bħal dik tkunx inkluża jew le fis-superviżjoni wiesgħa tal-grupp taħt regoli settorali..

(7) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jagħmlu stima fil-livell wiesgħa tal-grupp tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment li huma parti ta' konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari fir-rigward ta' solvibilità (inkluża l-eliminazzjoni ta' arranġamenti multipliċi ta' strumenti ta' fondi tagħhom stess), konċentrazzjoni tar-riskju u transazzjonijiet bejn il-grupp.

(8) Konglomerati finanzjarji huma ta' spiss immaniġġati fuq bażi ta' linja tan-negozju li ma tikkoinċidix ma' l-istrutturi legali tal-konglomerati. Sabiex jingħata kont ta' din ix-xejra, il-ħtiġiet għall-immaniġġar għandhom jiġu estiżi aktar, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-immaniġġar ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta l-ishma.

(9) Il-konglomerati finanzjarji kollha suġġetti għas-superviżjoni supplementari għandu jkollhom kordinatur maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti involuti.

(10) Il-kompiti tal-kordinatur m'għandhomx jaffettwaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorali.

(11) L-awtoritajiet kompetenti involuti, u speċjalment il-kordinatur, għandu jkollhom il-mezi li jiksbu mill-entitajiet fi ħdan konglomerat finanzjarju, jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, l-informazzjoni meħtieġa għat-twettieq tas-superviżjoni supplementari tagħhom.

(12) Hemm ħtieġa urġenti għal żieda fil-kollaborazzjoni bejn awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment, inkluż l-iżvilupp ta' arranġamenti ad hoc ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-superviżjoni ta' entitajiet li huma parti mill-istess konglomerat finanzjarju.

(13) Istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment li jkollhom l-uffiċċji tagħhom fil-Komunità jistgħu jkunu parti minn konglomerat finanzjarju, li l-kap tagħhom ikun barra l-Komunità. Dawn l-entitajiet regolati għandhom ukoll ikunu s-suġġett ta' arranġamenti supplementari ekwivalenti u adattati li jiksbu objettivi u riżultati simili għal dawk imfittxija mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, trasparenza tar-regoli u skambju ta' informazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar iċ-ċirkostanzi kollha relevanti huma ta' importanza kbira.

(14) Arranġamenti supplementari ta' superviżjoni ekwivalenti u adattati jistgħu biss jiġu preżunti li jeżistu jekk l-awtoritajiet ta' superviżjoni ta' pajjiżi terzi jkunu ftehmu li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti konċernati dwar il-mezzi u l-objettivi ta' l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati ta' konglomerat finanzjarju.

(15) Din id-Direttiva ma teħtieġx il-kxif mill-awtoritajiet kompetenti ta' konglomerati finanzjarji ta' informazzjoni li hija suġġetta għal obbligazzjoni ta' kunfidenzjalità skond din id-Direttiva jew direttivi settorali oħrajn.

(16) Minħabba li l-objettiv ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-istabbiliment ta' regoli dwar is-superviżjoni supplemenatri ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju, ma jistgħax suffiċjentement jinkiseb mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif preskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif preskritt f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx' l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan l-objettiv. Minħabba li din id-Direttiva tiddefinixxi standards minimi, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regolai aktar stretti.

(17) Din id-Direttiva tirrispetta d-Drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [5].

(19) Gwida teknika u miżuri ta' implimentazzjoni għar-regoli preskritti f'din id-Direttiva jistgħu minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa biex jagħtu kont ta' żviluppi ġodda fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tiġi mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta' din id-Direttiva.

(20) Ir-regoli settorali eżistenti għal istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment għandhom ikunu supplementati sa livell minimu, b'mod partikolari biex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju bejn ir-regoli settorali u dawk għal konglomerati finanzjarji. Għalhekk, l-Ewwel Direttiva Tal-Kunsill 73/239/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1973 dwar il-kordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw dwar il-bidu u tkomplija ta' negozju ta' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni fuq il-ħajja [6], l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta' Marzu 1979 dwar il-kordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw mal-bidu u tkomplija ta' negozju ta' assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [7], id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-kordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' assigurazzjoni diretta minbarra assigurazzjoni fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja) [8], id-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta' l-10 ta' Novembru 1992 dwar il-kordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni fuq il-ħajja) [9], id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-adegwatezza ta' kapital ta' ditti ta' investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu [10] u d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1993 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tas-sigurtajiet [11], kif ukoll id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' asigurazzjoni fi grupp ta' assigurazzjoni [12] u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 li tirrelata mal-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu [13] għandhom jiġu hekk emendati. L-objettiv ta' aktar armonizzazzjoni jista', iżda, jinkiseb biss fi stadji u jeħtieġ li jiġi bażat fuq analiżi bil-għaqal.

(21) Sabiex tiġi stmata l-ħtieġa, u jsiru preparamenti, għal kull armonizzazzjoni possibbli fil-futur tat-trattament ta' kumpanniji li jimmaniġġaw l-assi taħt regoli settorali, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-prattiċi ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli għal superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/22/KEE jew l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/12/KE, li huma parti minn konglomerat finanzjarju. Temenda wkoll ir-regoli settorali relevanti li japplikaw għal entitajiet regolati mid-Direttivi msemmija hawn fuq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. "istituzzjoni ta' kreditu" għandha tfisser istituzzjoni ta' kreditu skond it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE;

2. "impriża ta' assigurazzjoni" għandha tfisser impriża ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE;

3. "ditta ta' investiment" għandha tfisser ditta ta' investiment skond l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 93/6/KEE;

4. "entità regolata" għandha tfisser istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment;

5. "kumpannija li timmaniġġa" l-assi' għandha tfisser kumpannija li timmaniġġa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-kordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma' impriżi dwar investiment kollettiv f'sigurtajiet trasferibbli (UCITS) [14], kif ukoll impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun barra l-Komunità u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva jekk ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ġewwa l-Komunità;

6. "impriża ta' riassikurazzjoni" għandha tfisser impriża ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE;

7. "regoli settorali" għandha tfisser il-leġislazzjoni tal-Komunità li tirrelata mas-superviżjoni bi prudenza ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari dwak preskritti fid-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 98/78/KE, 93/6/KEE, 93/22/KEE u 2000/12/KE;

8. "settur finanzjarju" għandha tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:

(a) istituzzjoni ta' kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari bankarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(5) u (23) tad-Direttiva 2000/12/KE (is-settur bankarju);

(b) impriża ta' assigurazzjoni, impriża ta' riassikurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE (is-settur ta' l-assigurazzjoni);

(ċ) ditta ta' investiment jew istituzzjoni finanzjarja skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 93/6/KEE (si-settur tas-servizzi ta' l-investiment);

(d) kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra;

9. "kumpannija prinċipali" għandha tfisser kumpannija prinċipali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tas-Seba Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar kontijiet konsolidati [15] u kull impriża li, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;

10. "impriża sussidjarja" għandha tfisser impriża skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE u kull impriża li fuqha, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita influenza dominanti; l-impriżi susidjarji kollha ta' impriżi sussidjarji għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi sussidjarji ta' l-impriża prinċipali;

11. "parteċipazzjoni" għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17 tar-Raba Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-15 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji [16], jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew dwak kapitali ta' impriża;

12. "grupp" għandha tfisser grupp ta' impriżi, li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, kif ukoll impriżi marbuta ma' xulxin permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

13. "rabtiet mill-qrib" għandha tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta':

(a) "parteċipazzjoni", li għandha tfisser il-proprjetà, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta' impriża; jew

(b) "kontroll", li għandha tfisser ir-ralazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, fil-każi kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn xi persuna naturali jew ġuridika u impriża; kull impriża sussidjarja ta' impriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja ta' l-impriża prinċipali li tkun tmexxi dawk l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma permanentement marbuta ma' persuna waħda li tkun l-istess persuna, permezz ta' relazzjoni ta' kontroll għandha wkoll titqies bħala li tikkostitwixxi rabta mill-qrib bejn dawk il-persuni;

14. "konglomerat finanzjarju" għandha tfisser grupp li jikkonforma, bla ħsara għal l-Artikolu 3, mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tkun tmexxi l-grupp jew ta' l-anqas waħda mis-sussidjarji fil-grupp tkun entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1;

(b) fejn ikun hemm entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tmexxi l-grupp, tkun jew impriża prinċipali ta' entità fis-settur finanzjarju, entità li tikkontrolla l-parteċipazzjoni f'entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma' entità fis-settur finanzjarju permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(ċ) fejn ma jkun hemm ebda entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tmexxi l-grupp, l-attivitajiet tal-grupp prinċipalment iseħħu fis-settur finanzjarju skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1);

(d) ta 'l-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp tkun fi ħdan is-settur finanzjarju u ta' l-anqas waħda tkun fi ħdan is-settur bankarju jew dak ta' servizzi ta' investiment;

(e) l-attivitajiet konsolidati u/jew aggregati ta' l-entitajiet fi ħdan is-settur ta' l-assigurazzjoni u l-attivitajiet konsolidati u/jew aggregati ta' l-entitajiet fi ħdan is-settur bankarju jew ta' servizzi ta' investiment huma t-tnejn sinjifikanti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) jew (3).

Kull sub-grupp ta' grupp skond it-tifsira tal-punt 12 li jikkonforma mal-kriterji ta' dan il-punt għandu jitqies bħala konglomerat finanzjarju;

15. "kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra" għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Komunità, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

16. "awtoritajiet kompetenti" għandha tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri li għandhom is-setgħa skond il-liġi jew regolamenti li jissorveljaw istituzzjonijiet ta' kreditu u/jew impriżi ta' assigurazzjoni u/jew ditti ta' investiment sew fuq bażi individwali u bażi wiesgħa ta' grupp;

17. "awtoritajiet relevanti kompetenti" għandha tfisser:

(a) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni settorali fuq firxa ta' grupp ta' xi waħda mill-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju;

(b) il-kordinatur maħtur skond l-Artikolu 10 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija fl-(a);

(ċ) awtoritajiet kompetenti oħra konċernati, fejn relevanti, fl-opinjoni ta' l-awtoritajiet imsemmija fl-(a) jew il-(b); din l-opinjoni għandha speċjalment tagħti kont tas-suq ta' l-ishma ta' l-entitajiet regolati tal-konglomerat fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari jekk jeċċedi l-5 %, u l-importanza fil-konglomerat ta' xi entità regolata stabbilita fi Stat Membru ieħor;

18. "transazzjonijiet bejn il-grupp" għandha tfisser it-transazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istes grupp jew fuq xi persuna naturali jew ġuridika marbuta ma' l-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta' "rabtiet mill-qrib", għat-twettieq ta' obbligazzjoni, sew jekk kuntrattwali jew le, u sew jekk bi ħlas jew le;

19. "konċentrazzjoni tar-riskju" għandha tfisser l-esponimenti kollha b'potenzjal ta' telf li jinġarru minn entitajiet fi ħdan konglomerat finanzjarju, li huma kbar biżżejjed li jheddu s-solvibilità jew il-pożizzjoni finanzjarja b'mod ġenerali ta' entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; dawk l-esponimenti jistgħu jiġi kawżati minn riskju/kreditu ta' kontro-parti, riskju ta' investiment, riskju ta' assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b'kombinazzjoni jew interazzjoni ta' dawn ir-riskji.

Artikolu 3

Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

1. Għall-għanjijet ta' l-istabbiliment dwar jekk l-attivitajiet ta' grupp iseħħux prinċipalment fis-settur finanzjarju, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(14)(ċ), il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu m'għandux jeċċedi l-40 %.

2. Għall-għanijiet ta' l-istabbiliment dwar jekk attivitajiet f'setturi finanzjarji differenti humiex sinjifikanti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(14)(e), għal kull settur finanzjarju il-medja tal-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dak is-settur finanzjarju mat-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp u l-proporzjon tal-ħtiġiet tas-solvibilità ta' l-istess settur finanzjarju mal-ħtiġiet totali tas-solvibilitàta' l-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp m'għandux jeċċedi l-10 %.

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-iżgħar settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-iżgħar medja u l-aktar settur finanzjarju importanti f'konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-ogħla medja. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-medja u għall-kejl ta' l-iżgħar u l-aktar settur finanzjarju importanti, is-settur bankarju u s-settur tas-servizzi ta' investiment għandhom jitqiesu flimkien.

3. Attivitajiet rappresentattivi għandhom ukoll ikunu preżunti li jkunu sinjifikanti skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(14)(e) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jeċċedi l-EUR 6 biljuni. Jekk il-grupp ma jilħaqx l-għatba msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li jqiesux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju, jew li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 8 jew 9, jekk ikunu ta' l-opinjoni li l-inklużżjoni tal-grupp fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew tiżgwida fir-rigward ta' l-objettivi ta' superviżjoni supplementari, waqt li jingħata kont, per eżempju, tal-fatt li:

(a) id-daqs relattiv ta' l-iżgħar settur finanzjarju tiegħu ma jeċċedix il-5 %, imkejjel jew f'termini tal-medja msemmija fil-paragrafu 2 jew f'termini tat-total tal-karta tal-bilanċ jew tal-ħtiġiet ta' solvibilità ta' dak is-settur finanzjarju; jew

(b) is-sehem tas-suq ma jeċċedix il-5 % f'xi Stat Membru, imkejjel f'termini tat-total tal-karta tal-bilanċ fis-setturi bankarju jew tas-servizzi ta' investiment u f'termini tal-premiums gross miktuba fis-settur ta' l-assigurazzjoni.

Deċiżjonijiet meħuda skond dan il-paragrafu għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

4. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni:

(a) jeskludu entità meta jikkalkolaw il-proporzjonijiet, fil-każi msemmija fl-Artikolu 6(5);

(b) jagħtu kont tal-konformita ma' l-għatbiet maħsuba fil-paragrafi 1 u 2 għal tlett snin konsekuttivi, sabiex jevitaw xejriet f'daqqa tar-reġim, u jinjoraw dik il-konformità jekk ikun hemm bidliet sinjifikanti fl-istruttura tal-grupp.

Meta konglomerat finanzjarju jkun ġie identifikat skond il-paragrafi 1, 2, u 3, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' propsta magħmula mill-kordinatur ta' dak il-konglomerat finanzjarju.

5. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali u bi ftehim konumi, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b'wieħed jew it-tnejn tal-parametri li ġejjin jew iżiedu wieħed jew iż-żewġ parametri, jekk ikunu ta' l-opinjoni li dawn il-parametri ikunu ta' relevanza partikolari għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari skond din id-Direttiva: struttura dwar id-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ.

6. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, jekk il-proporzjonijiet imsemmija f'dawk il-paragrafi jaqgħu taħt l-40 % u l-10 % rispettivament għal konglomerati li jkun diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, proporzjon aktar baxx ta' 35 % u 8 % rispettivament għandu japplika għat-tlett snin li jiġu wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

Bl-istess mod, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3, jekk it-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jinżel taħt l-EUR 6 biljuni għal konglomerati li jkunu diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, figura aktar baxxa ta' EUR 5 biljuni għandha tapplika għat-tlett snin ta' wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

Matul il-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu, il-kordinatur jista', bi qbil ma l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, jiddeċiedi li l-proporzjonijiet aktar baxxi jew l-ammont aktar baxx imsemmi f'dan il-paragrafu għandhom jieqfu milli japplikaw.

7. Il-kalkolazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-karta tal-bilanċ għandhom isiru fuq il-bażi tat-total aggregat tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tak-grupp, skond il-kontijiet annwali tagħhom. Għall-għanijiet ta' din il-kalkolazzjoni, għandu jingħata kont ta' impriżi li fihom hija miżmuma parteċipazzjoni fir-rigward ta' l-ammont tat-total tal-karta tagħhom tal-bilanċ li jikkorrispondi mas-sehem proporzjonali aggregat miżmum mill-grupp. Iżda, meta kontijiet konsolidati huma disponibbli, għandhom jintużaw minflok il-kontijiet aggregati.

Il-ħtiġiet ta' solvibilità imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu kalkolati skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti settorali.

Artikolu 4

Identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

1. L-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati għandhom, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 2, 3 u 5, jidentifikaw kull grupp li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Għal dan il-għan:

- awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp għandhom, fejn meħtieġ, jikkoperaw fil-qrib,

- jekk awtorità kompetenti tkun ta' l-opinjoni li entità regolata awtorizzata minn diuk l-awtorità kompetenti tkun membru ta' grupp li jista' jkun konglomerat finanzjarju, li ma kienx diġà identifikat skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti konċernati.

2. Il-kordinatur maħtur skond l-Artikolu 10 għandu jinforma lill-impriża prinċipali li tmexxi grupp jew, fin-nuqqas ta' impriża prinċipali, l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fl-aktar settur finanzjarju importanti fil-grupp, li l-grupp ikun ġie identifikat bħala konglomerat finanzjarju u bil-ħatra tal-kordinatur. Il-kordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, kif ukoll lill-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU II

SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI

TAQSIMA 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 5

Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni li jinsabu fir-regoli settorali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1, sal-limitu u bil-mod preskritt f'din id-Direttiva.

2. L-entitajiet regolati li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għas-superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju skond l-Artikoli 6 sa 17:

(a) kull entità regolata li tkun tmexxi konglomerat finanzjarju;

(b) kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Komunità;

(ċ) kull entità regolata marbuta ma' settur ieħor finanzjarju permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.

Fejn konglomerat finanzjarju jkun sub-grupp ta' konglomerat finanzjarju ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 6 sa 17 għall-entitajiet regolati fi ħdan il-grupp imsemmi l-aħħar biss u kull referenza fid-Direttiva għat-termini grupp u konglomerat finanzjarju għandha allura tiftiehem bħala li tirreferi għal dan il-grupp isemmi l-aħħar.

3. Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skond il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Komunità, għandha tkun is-suġġett ta' superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18.

4. Meta persuni jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali f'entità regolata waħda jew aktar, jew jeżerċitaw influwenza sinjifikanti fuq entitajiet bħal dawk mingħajr ma jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali, ħlief fil-każi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom, bi ftehim komuni u b'konformità mal-liġi nazzjonali, jistabbilixxu jekk u sa liema limitu superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati għandha titwettaq, daqslikieku jikkostitwixxu konglomerat finanzjarju.

Sabiex tiġi applikata superviżjoni supplementari bħal dik, ta' l-anqas waħda mill-entitajiet għandha tkun entità regolata kif imsemmija fl-Artikolu 1 u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(14)(d) u (e) għandhom ikunu mħarsa. L-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, waqt li jagħtu kont ta' l-objettivi tas-superviżjoni supplementari kif provdut f'din id-Direttiva.

Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għal "gruppi koperattivi", l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu kont tar-rabta pubblika finanzjarja ta' dawn il-gruppi fir-rigward ta' entitajiet finanzjarji oħra.

5. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13, l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju m'għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni f'relazzjoni ma' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw, entitajiet regolati ta' pajjiżi terzi f'konglomerat finanzjarju jew entitajiet mhux regolati f'konglomerat finanzjarju, fuq bażi ta' każ b'każ.

TAQSIMA 2

POSIZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 6

Adegwatezza ta' kapital

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, superviżjoni supplementari ta' adegwatezza ta' kapital ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tkun eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (5), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jassiguraw li fondi proprji huma disponibbli fil-livell tal-konglomerat finanzjarju li huma dejjem ikunu ugwali għal ta' l-anqas il-ħtiġiet ta' l-adegwezza tal-kapital kif kalkolati skond l-Anness I.

L-Istati Membri għandhom ukoll jeħtieġa li l-entitajiet regolati jkollhom taħdem politika adegwata ta' adegwatezz ta' kapital fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

Il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur skond it-Taqsima 3.

Il-kordinatur għandu jassigura li l-kalkolazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu titwettaq ta' l-anqas darba fis-sena, jew mill-entitajiet regolati jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

Ir-riżultati tal-kalkolazzjoni u t-tagħrif relevanti għall-kalkolazzjoni għandhom jintbagħtu lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmessi l-konglomerat finanzjarju, jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat finanzjarju identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

3. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari bil-mod u sal-limitu definit f'L-Anness I:

(a) istituzzjoni ta' kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi bankarji anċillari skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(5) u (23) tad-Direttiva 2000/12/KE;

(b) impriża ta' assigurazzjoni, impriża ta' riassikurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE;

(ċ) ditta ta' investiment jew istituzzjoni finanzjarja skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 93/6/KEE;

(d) kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw.

4. Meta jiġu kalkolati l-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni ta' konteġġi) imsemmi f'L-Anness I, il-fondi proprji u l-ħtiġiet ta' solvibilità ta' l-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-regoli settorali li jikkorrispondu fil-forma u l-limitu ta' konsolidazzjoni kif preskritt b'mod partikolari fl-Artikolu 54 tad-Direttiva 2000/12/KE u l-Anness I.1. B. tad-Direttiva 98/78/KE.

Meta jiġu applikati l-metodi 2 jew 3 (Tnaqqis u aggregazzjoni, Valur skond il-kotba/Ħtieġa tat-tnaqqis) imsemmija f'L-Anness I, il-kalkolazzjoni għandha tagħti kont tas-sehjem proporzjonali miżmum mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f'entità oħra tal-grupp. "Sehem proporzjonali" tfisser il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huwa miżmum, direttament jew indirettament, minn dik l-impriża.

5. Il-kordinatur jista' jiddeċiedi li ma jinkludix entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni meta jikkalkola l-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplimentari fil-każijiet li ġejjin:

(a) jekk l-entità tkun tinsab f'pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta' l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali li jirrigwardaw l-obbligu ta' l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom ma jitħalliex isir;

(b) jekk l-entità tkun ta' interess negliġibbli fir-rigward ta' l-objettivi tas-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju;

(ċ) jekk l-inklużjoni ta' l-entità ma tkunx tixraq jew tista' tiżgwida fir-rigward ta' l-objettivi ta' superviżjoni supplementari.

iżda, jekk diversi entitajiet għandhom jiġu esklużi bis-saħħa ta' (b) ta' l-ewwel subparagrafu, għandhom madana kollu jkunu nklużi meta kollettivament ikun ta' interess mhux negliġibbli.

Fil-każ imsemmi fiċ-(ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-kordinatur għandu, ħlief f'każi ta' urġenza, jikkonsulta ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti qabel ma jieħu deċiżjoni.

Meta kordinatur ma jinkludix entità regolata fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' wieħed mill-każi kif hemm provdut fil-(b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab l-entità jistgħu jitolbu l-entità li tkun tmexxi il-konglomerat finanzjarju għall-informazzjoni li tista' tiffaċilita is-superviżjoni tagħhom ta' l-entità regolata.

Artikolu 7

Konċentrazzjoni ta' riskju

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu u f'L-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena lill-kordinatur kull konċentrazzjoni ta' riskju sinjifikanti fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-Artikolu u f'L-Anness II. L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

Dawn il-konċentrazzjonijiet ta' riskju għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur skond it-Taqsima 3.

3. Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni fil-leġilazzjoni tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiffissaw limiti kwantitattivi, jew jieħdu miżuri oħra superviżorji li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni supplementari, fir-rigward ta' kull konċentrazzjoni ta' riskju fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.

4. Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorali fir-rigward ta' konċentrazzjoni ta' riskju tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju, jekk ikun hemm, għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

Artikolu 8

Transazzjonijiet bejn il-grupp

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, supreviżjoni supplementari ta' transazzjonijiet bejn il-grupp ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skind ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur it-transazzjonijiet kollha sinifikanti bejn il-grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-artikolu u f'L-Anness II. Sal-limitu li ma jkunux tħejjew definizzjonijiet ta' l-għatbiet imsemmija fl-aħħar sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Anness II, transazzjoni bejn il-grupp għandha tiġi preżunta li tkun sinifikanti jekk l-ammont tagħha jeċċedi ta' l-anqas 5 % ta' l-ammont totali tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

Dawn it-transazzjonijiet bejn il-grupp għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.

3. Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni fil-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiffissaw limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi, jew jieħdu miżuri oħra ta' superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni supplementari, fir-rigward ta' transazzjonijiet bejn il-grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.

4. Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorali li jirrigwardaw transazzjonijiet bejn il-grupp ta' l-aktar settur finnzjarju importanti fil-konglomerat finanzjarju għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

Artikolu 9

Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jkollhom, jaħdmu fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, proċessi adegwati ta' maniġġar tar-riskju u mekkaniżmi interni ta' kontroll, inkluż proċeduri sodi ta' amministrazzjoni u konteġġi.

2. Il-proċessi ta' l-immaniġġar tar-riskju għandhom jinkludu:

(a) governanza sod u mmaniġġar bl-approvazzjoni u reviżjoni ta' kull tant żmien ta' l-istrateġiji u l-politika minn korpi adattati li jirregolaw fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward tar-riskji kollha li jassumu;

(b) politika adegwata ta' adegwatezza ta' kapital sabiex jantiċipaw l-impatt fuq l-istrateġija tagħhom tan-negozju dwar profil tar-riskju u ħtiġiet ta' kapital kif sttabbilit skond l-Artikolu 6 u l-Anness I;

(ċ) proċeduri adegwati li jassiguraw li s-sistemi tagħhom ta' sorveljanza tar-riskju huma integrati sew fl-organizzazzjoni taghom li li jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li s-sistemi implimentati fl-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni suppelmentari huma konsistenti sabiex ir-riskji jistgħu jitkejjlu, sorveljati u kontrollati fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

3. Il-mekkaniżmi interni ta' kontroll għandhom jinkludu:

(a) mekkaniżmi adegwati fir-rigward ta' adegwatezza ta' kapital biex jiġu identifikati u mkejjla ir-riskji kollha materjali li jidħlu għalihom u li jirrelataw fondi proprji kif jixraq għar-riskji;

(b) proċeduri ta' rapportar sod u ta' kontijiet li jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fl-impriżi kollha nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari bis-saħħa ta' l-Artikolu 5, mekkaniżmi adegwati interni ta' kontroll għall-produzzjoni ta' kull tagħrif u informazzjoni li jistgħu jkunu relevanti għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari.

5. Il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.

TAQSIMA 3

MIŻURI BIEX TIĠI FAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI

Artikolu 10

Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)

1. Sabiex tiġi asigurata superviżjoni supplementari kif imiss ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, kordinatur wieħed, responsabbli għall-kordinament u l-eżerċizzju ta' superviżjoni supplementari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati, inklużi dawk l-Istati Membri li fihom il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha.

2. Il-ħatra għandha tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jkun eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

(b) fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti identifikata skond il-prinċipji li ġejjin:

(i) fejn l-prinċipali ta' entità regolata tkun kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

(ii) fejn aktar minn entità regolata waħda b'uffiċċju prinċipali fil-Komunità jkollhom bħala ommhom l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawn l-entitajiet tkun ħiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata awtorizzata f'dak l-Istat Membru.

Fejn aktar minn entità regolata waħda, jkunu attivi f'setturi finanzjarji differenti fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata attiva fl-aktar settur finanzjarju importanti.

Fejn il-konglomerat finanzjarju jkun immexxi minna aktar minn kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b'uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm entità regolata f'kull wieħed minn dawn l-Istati, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorià kompetenti ta' l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jekk dawn l-entitajiet huma fl-istess settur finanzjarju, jew mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

(iii) fejn aktar minn entità regolata waħda b'uffiċċju prinċipali fil-Komunità jkollhom bħala ommhom l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamminsitra u ebda waħda minn dawn lk-entitajiet ma tkun ħiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

(iv) fejn il-konglomerat finanzjarju huwa grupp mingħajr impriża prinċipali fil-quċċata, jew f'kull każ ieħor, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti.

3. F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jisgħu bi ftehim komuni iwarrbu l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adattata, waqt li jingħata kont ta' l-istruttura tal-konglomerat u l-importanza relattiva ta' l-attivitajiet tiegħu f'pajjiżi differenti u jaħtru awtorità kompetenti differenti bħala kordinatur. F'dawn il-każi, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-konglomerat l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

Artikolu 11

Kompiti tal-kordinatur

1. Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kordinatur fir-rigward ta' superviużjoni supplementari għandhom jinkludu:

(a) il-kordinament tal-ġbir u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti jew essenzjali f'negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li hija importanti għall-kompitu ta' superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali;

(b) superviżjoni fuq fuq u stima tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' konglomerat finanzjarju;

(ċ) stima ta' konformità mar-regoli dwar l-adegwetezza ta' kapital u konċentrazzjoni ta' riskju u transazzjonijiet bejn il-grupp kif stipulat f'L-Artikoli 6, 7 u 8;

(d) stima ta' l-istruttura tal-konglomerat finanzjarju, l-organizzazzjoni u s-sistema interna ta' kontroll kif stipulat fl-Artikolu 9;

(e) ippjanar u kordinament ta' attivitajiet superviżorji f'negozji vijabbli kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koeprazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti involuti;

(f) kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lill-kordinatur b'din id-Direttiva jew li joħorġu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplementari fuq bażi legali wiesgħa, il-kordinatur u l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, u fejn meħtieġ awtoritajiet kompetenti oħra konċernati, għandu jkollhom jaħdmu arranġamenti ta' kordinament. L-arranġamenti ta' kordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-kordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti relevanti kif imsemmija f'L-Artikoli 3, 4, 5(4), 6, 12(2), 16 u 18, u għal koperazzjoni ma' awtoritajiet oħra kompetenti.

2. Il-kordinatur għandu, meta jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti oħra skond ir-regoli settorali, jikkuntattja lil din l-awtorità kull fejn possibbli sabiex jipprevjeni duplikazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet varji involuti fis-superviżjoni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fil-leġislazzjoni tal-Komunità, il-preżenza ta' kordinatur fdat b'kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju m'għandhiex teffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorali..

Artikolu 12

Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju u l-awtorità kompetenti maħtura bħala kordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, dawn l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra skond ir-regoli settorali u din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti u l-kordinatur għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.

Din il-koperazzjoni għandha ta' l-anqas tipprovdi għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-partiti li ġejjin:

(a) identifikazzjoni ta' l-istruttura tal-grupp ta' l-entitajiet kollha prinċipali li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, kif ukoll ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-entitajiet regolati fil-grupp;

(b) il-politika strateġika tal-konglomerat finanzjarju;

(ċ) is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari dwar l-adegwatezza ta' kapital, transazzjonijiet bejn il-grupp, konċentrazzjoni ta' riskju u profitabilità;

(d) id-detenturi prinċipali ta' l-ishma tal-konglomerat finanzjarju u l-amministrazzjoni;

(e) l-organizzazzjoni, l-immaniġġar tar-riskju u s-sistemi interni ta' kontroll fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

(f) proċeduri għal ġbir ta' informazzjoni mill-entitajiet f'konglomerat finanzjarju, u l-verifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;

(g) żviluppi kuntrarji f'entitajiet regolati jew f'entitajiet oħra ta' konglomerat finanzjarju li jistgħu jaffettwaw serjament l-entitajiet regolati;

(g) sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-regoli settorali jew din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw ma' l-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista' tkun meħtieġa għat-twettieq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta' entitajiet regolati fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju, b'linja mad-dispożizzjonijiet preskritti fir-regoli settorali: banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta' banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew.

2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, qabel id-deċiżjoni tagħhom, jikkonsultaw ma' xulxin fir-rigward tal-partiti li ġejjin, fejn dawn id-deċiżjonijiet huma ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:

(a) bidliet fid-detenturi ta' l-ishma, struttura ta' organizzazzjoni jew amministrattiva ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li jeħtieġu approvazzjoni jew awtorizzazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti;

(b) sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tikkonsultax f'każi ta' urġenza jew fejn dik il-konsultazzjoni tista' tipperikola l-effettività tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

3. Il-kordinatur jista' jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-impriża prinċipali ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u li huma stess ma jeżerċitawx is-superviżjoni supplementari bis-saħħa ta' L-artikolu 10, li jistaqsu lill-impriża prinċipali għal kull informazzjoni li tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom ta' kordinament kif preskritti fl-Artikolu 11, u li jittrasmettu dik l-informazzjoni lill-kordinatur.

Fejn l-informazzjoni msemmija f'L-artikolu 14(2) tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari jistgħu japplikaw lill-awtorità imsemmija l-ewwel biex jiksbu l-informazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u awtoritajiet oħra, kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-kollezzjoni jew pussess ta' informazzjoni fir-rigward ta' entità fi ħdan konglomerat finanzjarju li mux entità regolata m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni ma' dawn l-entitajiet fuq bażi skond il-każ.

Informazzjoni riċevuta fil-qafas ta' superviżjoni supplementari, u b'mod partikolari kull skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħra kif hemm provdut f'din id-Direttiva, għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali preskritta fir-regoli settorali.

Artikolu 13

Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw

L-Istati membri jistgħu jeħtieġu li persuni li effettivament jidderieġu in-negozju ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni suffiċjentement tajba u li jkollhom esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-doveri.

Artikolu 14

Aċċess għal informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm ebda impedimenti legali fil-ġurisdizzjoni tagħhom li tipprevjeni li l-persuni naturali jew ġuridiċi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari, sew jekk entità regolata jew le, li jiskambjaw bejniethom kull informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari.

2. L-Istati membri għandhom jipprovdu li, meta javviċinaw entitajiet f'konglomerat finanzjarju, sew jekk entità regolata jew le, jew direttament jew indirettamen, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari għandu jkollhom aċċess għal kull informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari.

Artikolu 15

Verifika

Fejn, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, awtoritajiet kompetenti jixtiequ f'każi speċifiċi li jivverifikaw l-informazzjoni dwar entità, sew jekk regolata jew le, li hija parti ta' konglomerat finanzjarju u li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li jġiegħlu li titwettaq il-verifikazzjoni.

L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifikazzjoni huma stess, jew billi jippermettu li awditur jew espert iwettaqha, jew billi jippermettu lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaqha hi stess.

L-awtorita kompetenti li tkun għamlet it-talba tista', jekk hekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifikazzjoni meta ma twettaqx il-verifikazzjoni hi stess.

Artikolu 16

Miżuri ta' infurzar

Jekk l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija f'L-Artikoli 6 sa 9 jew fejn il-ħtiġiet jitħarsu iżda s-solvibilità tista' madanakollu tiġi perikolata jew fejn it-transazzjonijiet bejn grupp jew il-konċentrazzjoni ta' riskji huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja ta' l-entitajiet regolati, il-miżuri neċessarji huma meħtieġa sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli:

- mill-kordinatur fir-rigward ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra,

- mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' entitajiet regolati; għal dak il-għan il-kordinatur għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet kompetenti bis-sejbiet tiegħu.

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 17(2), l-Istati membri jistgħu jistabbilixxu liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw.

L-awtoritajiet kompetenti involuti, inkluż il-kordinatur, għandhom fejn xieraq jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni.

Artikolu 17

Setgħat addizzjonali ta' l-awtoritajiet kompetenti

1. Sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni bejn ir-regoli settorali, l-Istati membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ikollhom is-setgħa li jieħdu kull miżura ta' superviżjoni meqjusa meħtieġa sabiex tiġi evitata jew tiġi ttrattata ċ-ċirkumvenzjoni ta' regoli settorali minn entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju.

2. Mingħajr preġudizzju għall-liġi kriminali tagħhom, l-Istati membri għandhom jassiguraw li penalitajiet jew miżuri mmirati li jtemmu ksur osservat jew il-kawżi ta' dak il-ksur jistgħu jiġu imposti fuq kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi mgħoddija għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. F'ċerti każi, dawk il-miżuri jistgħu jeħtieġu l-intervent tal-qrati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw fil-qrib biex jassiguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa.

TAQSIMA 4

PAJJIŻI TERZI

Artikolu 18

Impriżi prinċipali barra l-Komunità

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverfifikaw jekk entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Komunità, humiex suġġetti għal superviżjoni minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik li hemm provduta fid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun il-kordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba ta'l-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta' xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fil-Komunità jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, u għandha tagħti kont ta' kull gwida applikabbli preparata mill-Kumitat tal-Konglomerati Finanzjarji skond l-Artikolu 21(5). Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Kumitat qabel ma tieħu deċiżjoni.

2. Fin-nuqqas ta' superviżjoni ekwivalenti imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-entitajiet regolati, permezz ta' analoġija, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Bħala alternattiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw wieħed mill-metodu stipulat fil-paragrafu 3.

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw metodi oħra li jassiguraw superviżjoni supplementari adattata ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju. Dawn il-metodi għandhom jiġi miftiehma mill-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b'mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Komunità, u japplikaw din id-Direttiva għall-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju mmexxi minn dik il-kumpannija li tamministra. Il-metodi għandhom jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni supplementari kif definiti f'din id-Direttiva u għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti u lill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Koperazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi

1. L-Artikolu 25(1) u (2) tad-Direttiva 2000/12/KE u l-Artikolu 10a tad-Direttiva 98/78/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta' patti ta' ftehim ma' xi pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-mezzi ta' l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju.

2. Il-Kummissjoni, il-Kumitat Bankarju ta' Konsulenza, il-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni u l-Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji għandhom jeżaminaw ir-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.

IL-KAPITOLU III

SETGĦAT KONFERITI FUQ IL-KUMMISSJONI U PROĊEDURA TA' KUMITAT

Artikolu 20

Setgħat moghtija lill-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), l-adattazzjonijiet tekniċi li għandhom isiru għal din id-Direttiva fiż-żoni li ġejjin:

(a) formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex jingħata kont ta' l-iżviluppi fi swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

(b) formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fil-Komunità;

(ċ) l-allinjament ta' terminoloġija u l-iffurmar ta' definizzjonijiet fid-Direttiva skond atti sussegwenti tal-Komunità dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;

(d) definizzjoni aktar preċiża tal-metodi ta' kalkolazzjoni stipulati f'L-Anness I sabiex jingħata kont ta' l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u teknika ta' prudenza;

(e) il-kordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' l-Artikoli 7 u 8 u Annes II bil-ħsieb li tiġi nkoraġġita l-applikazzjoni uniformi ġewwa l-Komunità.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pubbliku b'kull proposta presentata skond dan l-Artikolu u għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati qabel ma tibgħat l-abbozz tal-miżuri lill-Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji msemmi fl-Artikolu 21.

Artikolu 21

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat".

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tlett xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni diġà adaottati, malli jiskadi perjodu ta' erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha li jeħtieġa l-adozzjoni ta' regoli tekniċi u deċiżjonijiet skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi sospiża. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu iġeddu d-dispożizzjonijiet konċernati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dak il-għan, huma għandhom jirreveduhom qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi hawn fuq.

5. Il-Kumitat jista' jagħti gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni supplementari ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni supplementari kif definita f'din id-Direttiva, b'relazzjoni ma' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu barra l-Komunità. Il-Kumitat għandu jżomm kull gwida bħal dik taħt reviżjoni u għandu jagħti kont għal kull bidliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

6. Il-Kumitat għandu jinżamm infurmat mill-Istati Membri bil-prinċipji li japplikaw dwar is-superviżjoni ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni tar-ruskju.

IL-KAPITOLU IV

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI

Artikolu 22

Emendi għad-Direttiva 73/239/KEE

Id-Direttiva 73/239/KEE hija emendata kif ġej:

1. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 12a

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra involuti għandhom jiġu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni, li tkun:

(a) sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' imoriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involuta responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment għandha tiġi konsultata qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni li tkun:

(a) sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta'impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.

3. L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni."

2. is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 16(2):

"Il-marġini disponibbli ta' solvibilità għandu wkoll jitnaqqas bil-partiti li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f:

- impriżi ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6 ta' l-Ewwel Direttiva 79/267/KEE tal-5 ta' Marzu 1979 dwar il-kordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw mal-bidu u l-kontinwazzjoni tan-negozju ta' assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [17], jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [18],

- impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,

- kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

- istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [19],

- ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE [20] u l-Artikolu 2(4) u (7) tad-Direttiva 93/6/KEE [21];

(b) kull waħda mill-partiti li ġejjin li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:

- l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,

- l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 79/267/KEE,

- talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jiġu miżmuma temporanjament għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt (a) u (b) tar-raba' subparagrafu.

Bħala alternattivi għat-tnaqqis il-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tar-raba' subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju [22]. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod konsistenti matul perjodu ta' żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' asigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, m'għandhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tar-raba' subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni li jamministra li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari.

Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE."

Artikolu 23

Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE

Id-Direttiva 79/267/KE hija emendata kif ġej:

1. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 12a

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra nvoluti għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:

(a) sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2. L-awtorità kompetenti ta' Stat membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:

(a) sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.

3. L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni."

2. is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 18(2):

"Il-marġini disponibbli ta' solvibilità għandu wkoll jitnaqqas bil-partiti li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm, f

- impriżi ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE [23], jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [24],

- impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,

- kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,

- istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [25],

- ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE [26] u l-Artikoli 2(4) u 2(7) tad-Direttiva 93/6/KEE [27];

(b) kull waħda mill-partiti li ġejjin li impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:

- l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,

- l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,

- talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jkunu temporanjament miżmuma għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt l-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu.

Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju [28]. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod kosnsitenti matul perjodu ta' żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' assigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jkollhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni holding li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari.

Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE."

Artikolu 24

Emendi għad-Direttiva 92/49/KEE

Id-Direttiva 92/49/KEE hija emendata kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 15:

"1a. Jekk dak li jakkwista ż-żammiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikun impriża ta' assigurazzjoni, istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzat fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' dik l-entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm sehem issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 73/239/KEE."

2. L-Artikolu 16(5ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5ċ. Dan l-Artikolu m'għandux jipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti

- lill-banek ċentrali jew korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji,

- fejn xieraq lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' pagamenti,

informazzjoni maħsuba għat-twettieq tal-kompiti tagħhom, lanqas m'għandha timpedixxi lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni hekk kif jista' jkun meħtieġ għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta b'dan l-Artikolu."

Artikolu 25

Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE

Id-Direttiva 92/96/KEE hija emendata kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 14:

"1a. Jekk dak li jakkwista ż-żammiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikun impriża ta' assigurazzjoni, istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzat fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' dik l-entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm sehem issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 79/267/KEE."

2. L-Artikolu 15(5ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"5ċ. Dan l-Artikolu m'għandux jipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti

- lill-banek ċentrali jew korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji,

- fejn xieraq lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' pagamenti,

informazzjoni maħsuba għat-twettieq tal-kompiti tagħhom, lanqas m'għandha timpedixxi lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni hekk kif jista' jkun meħtieġ għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta b'dan l-Artikolu."

Artikolu 26

Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE

Fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/6/KEE l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"— "kumpannija finanzjarja li tamministra" għandha tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha huma jew esklussivament jew prinċipalment ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji, li ta' l-anqas waħda minnhom hija ditta ta' investiment, u li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju [29],

— "kumpannija b'attività mħallta li tamministra" għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn kumpannija holding finanzjarja jew ditta ta' l-investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha ta' l-anqas jinkludu ditta ta' investiment."

Artikolu 27

Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE

Id-Direttiva 93/22/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 6 il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew impriżi ta' assigurazzjoni, għandhom jiġu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta ta' investiment li tkun:

(a) sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta' l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, sew jekk naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità.

L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma'xulxin meta jagħmlu stima ta' l-adattabilita' tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-isthma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni."

2. L-Artikolu 9(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Jekk dak li jakkwista l-kontroll imsemmi fl-ewwel paragrafu jkun ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jakkwista kontroll issir is-sussidjarja ta' dak li jakkwista jew tiġi taħt il-kontroll tiegħu, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel kif hemm provdut fl-Artikolu 6."

Artikolu 28

Emendi għad-Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/KE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1 il-punt (g), (ħ), (i) u (j) għandhom ikunu sostitwiti b'dan li ġej:

"(ġ) "impriża li tipparteċipa" għandha tfisser impriża li tkun jew impriża prinċipali jew impriża oħra li tikkontrolla parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma impriża oħra permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(h) "impriża relatata" għandha tfisser jew sussidjarja jew impriża oħra li fiha tkun miżmuma parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma' impriża oħra permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(i) "kumpannija ta' assigurazzjoni holding" għandha tfisser impriża prinċipali, li n-negozju prinċipali tagħha huwa li takkwista u żżomm parteċipazzjonijiet f'impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi ta' assigurazzjoni, impriżi ta' riassikurazzjoni, jew impriżi ta' assigurazzjoni ta' pajjiżi mhux membri, bl-inqas waħda minn dawk l-impriżi sussidjarji tkun impriża ta' assigurazzjoni, u li ma tkunx kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju [30];

(j) "kumpannija holding ta' assigurazzjoni b'attività imħallta" għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn impriża ta' assigurazzjoni, impriża ta' assigurazzjoni ta' pajjiż mhux membru, impriża ta' riassikurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li tinkludi ta' l-anqas impriża waħda ta' assigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha."

2. fl-Artikolu 6(3) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

"L-awtorità kompetenti li għamlet it-talba tista, jekk hekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifikazzjoni meta ma twettaqx il-verifikazzjoni hi stess."

3. fl-Artikolu 8(2) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriżi ta' assigurazzjoni li jkollhom jaħdmu proċessi adegwati ta' immaniġġar ta' riskju u makkaniżmi interni ta' kontroll, inkluż rapportaġġ u proċeduri ta' konteġġi kif imiss, sabiex jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw transazzjonijiet kif hemm provdut fil-paragrafu 1 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom ukoll jeħtieġu ta' l-anqas rapportar kull sena minn impriżi ta' assigurazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' transazzjonijiet sinifikanti. Dawn il-proċessi u makkaniżmi għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti."

4. l-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

"L-Artikolu 10a

Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi

1. Il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, għan-negozjar ta' patti ta' ftehim ma' pajjiż terz wieħed jew aktar fir-rigward tal-mezzi ta' eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fuq:

(a) impriżi ta' ssigurazzjoni li jkollhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom lokat f'pajjiż terz; u

(b) impriżi ta' assigurazzjoni ta' pajjiżi mhux membri li jkollhom, bħala impriżi li jipparteċipaw, impriżi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità.

2. Il-patti ta' ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom b'mod partikolari jfittxu li jassiguraw kemm:

(a) li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità u li jkollhom sussidjarji jew li jżommu parteċipazzjoni f'impriżi barra l-Komunità; u

(b) li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fit-territorji tagħhom u li jkollhom sussidjarji jew iżommu parteċipazzjonijiet f'impriżi fi Stat Membru wieħed jew aktar.

3. Il-Kummissjoni u l-Kumitat ta' l-Assigurazzjoni għandhom jeżaminaw ir-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.

Artikolu 10b

Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji ta' assigurazzjoni holding

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li persuni li effettivament imexxu negozju ta' kumpannija holding ta' assigurazzjoni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawn id-doveri."

5. f'L-Anness I.1. B. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn uħud mill-impriżi ta' grupp ta' assigurazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi liema sehem proporzjonali għandu jingħata kont tiegħu."

6. f'L-Anness I.2. il-punt li ġej għandu jiżdied:

"2.4a. Istituzzjonijiet relatati ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji

Meta tiġi kalkolata u aġġustata s-solvibilità ta' impriża ta' assigurazzjoni li tkun impriża li tipparteċipa f'istituzzjoni tal-kreditu, ditta ta' investiment jew istituzzjoni finanzjarja, ir-regoli preskritti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE dwar it-tnaqqis ta' dawk il-parteċipazzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-abbiltà ta' Stati Membri taħt ċerti kondizzjonijiet li jippermettu metodi alternattivi u li jippermettu li dawk il-parteċipazzjonijiet ma jitnaqqsux."

Artikolu 29

Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE

Id-Direttiva 2000/12/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-punt (9) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"9. "parteċipzzjoni għall-għanijiet ta' superviżjoni fuq bażi konsolidat u għall-għanijiet tal-punti 15 u 16 ta' l-Artikolu 34(2)" għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 78/660/KEE, jew proprjetà diretta jew indiretta, ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta' impriża;"

(b) Il-punti (21) u (22) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"21. "kumpannija holding finanzjarja" għandha tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta' kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b'ta l-anqas waħda minn dawk is-sussidjarji tkun istituzzjoni ta' kreditu, u li ma tkunx kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni jew ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju [31];

22. "kumpannija holding b'attività mħallta" għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn kumpannija holding finanzjarja jew istituzzjoni ta' kreditu jew kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha jinkludu ta' l-anqas istituzzjoni waħda ta' kreditu;"

2. fl-Artikolu 12 il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' impriżi ta' assigurazzjoni jew ditti ta' investiment, għandha tiġi konsultata qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta' kreditu li tkun:

(a) sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' incestiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(ċ) kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.

L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jagħmlu stima ta' l-adattabilita' tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-amministrazzjoni ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-isthma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni."

3. L-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Jekk dak li jakkwista l-azjendi msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-istituzzjoni li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm kontroll kienet issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12."

4. L-Artikolu 34(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fl-ewwel subparagrafu il-punti 12 u 13 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"12. kontrolli f'istituzzjonijiet oħra ta' kreditu jew finanzjarji li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom;

13. talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) li istituzzjoni ta' kreditu żżomm fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li fihom ikollha kontrolli li jeċċedu l-10 % tal-kapital f'kull każ;

14. kontrolli f'istituzzjonijiet oħra ta' kreditu u finanzjarji sa 10 % tal-kapital tagħhom, it-talbiet subordinati u l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) li istituzzjoni ta' kreditu żżomm fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji barra minbn dawk imsemmija fil-punti 12 u 13 ta' dan is-subparagrafu fir-rigward ta' l-ammont tat-total ta' dawk il-kontrolli, talbiet subordinati u strumenti li jeċċedu l-10 % tal-fondi proprji ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu kalkolati qabel it-tnaqqis tal-partiti fil-punti 12 sa 16 ta' dan is-subparagrafu;

15. parteċipazzjonijiet skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(9) li istituzzjoni ta' kreditu żżomm fi

- impriżi ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [32],

- impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,

- kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE;

16. kull waħda mill-partiti li ġejjin li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fil-punt (15) li fiha żżomm parteċipazzjoni:

- l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,

- strumenti msemmija fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 79/267/KEE;"

(b) it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Fejn ishma f'istituzzjoni ta' kreditu oħra, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni huma miżmuma temporanjament għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex torganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija fil-punti 12 sa 16.

Bħala alternattiva tat-tnaqqis tal-partiti msemmija fil-punti 15 u 16, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet tagħhom ta' kreditu li japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod kosnsitenti matul perjodu ta' żmien.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fuq bażi ta' każ b'każ, istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal superviżjoni fuq bażi konsolidat skond il-Kapitolu 3 jew għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jiġux meħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fil-punti 12 sa 16 li jkunu miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni holding, li huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata jew supplementari.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għar-regoli kollha ta' prudenza armonizzati bl-atti tal-Komunità."

5. L-Artikolu 51(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri m'humiex meħtieġa li japplikaw il-limiti preskritti fil-paragrafi 1 u 2 għal kontrolli f'kumpanniji ta' assigurazzjoni kif definniti fid-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 79/267/KEE, jew f'kumpanniji ta' riassikurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 98/78/KE."

6. l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 52(2) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 54a, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' kumpannija holding finanzjarja m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni mal-kumpannija holding finanzjarja fuq bażi ta' każ b'każ."

7. L-Artikolu 54 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1 is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"Fil-każ fejn impriżi huma marbuta permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu kif il-konsolidazzjoni għandha titwettaq."

(b) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż għandu jitħassar;

8. Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 54a

Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji finanzjarji holding

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li persuni li effettivament jidderieġu in-negozju ta' kumpanniji holding finanzjarji jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-doveri."

9. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 55a

Transazzjonijiet bejn il-grupp ma' kumpanniji holding b'attività mħallta

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, Kapitolu 2, Taqsima 3, ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, fejn impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar tkun kumpannija holding b'attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq transazzjonijiet bejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kumpannija holding b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom jaħdmu proċessi adegwati ta' immaniġġar ta' riskju u mekkaniżmi interni ta' kontroll, inklużi proċeduri ta' rapportaġġ u ta' konteġġi kif imiss, sabiex jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw transazzjonijiet mal-kumpannija holding prinċipali tagħhom b'attività mħallta u s-sussidjarji tagħha kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu r-rapportar mill-istituzzjoni tal-kreditu ta' kull transazzjoni sinjifikanti ma' dawn l-entitajiet minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 48. Dawn il-proċeduri u transazzjonijiet sinifikanti għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti.

Fejn dawn it-transazzjonijiet bejn il-grupp ikunu theddida għall-pożizzjoni finanzjarja ta' l-istituzzjoni tal-kreditu, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' l-istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa."

10. fl-Artikolu 56(7) is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

"L-awtorità kompetenti li għamlet it-talba tista', jekk hekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifikazzjoni meta ma twettaqx il-verifikazzjoni hi stess."

11. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 56a

Impriżi prinċipali ta' pajjiżi terzi

Fejn istituzzjoni ta' kreditu, li l-impriża prinċipali tagħha hija istituzzjoni ta' kreditu jew kumpannija holding finanzjarja, li l-iffiċċju prinċipali tagħha jkun barra l-Komunità, ma tkunx suġġetta għal superviżjoni konsolidata taħt l-Artikolu 52, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ta' kreditu hiex suġġetta għal superviżjoni konsolidata minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li hija ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji preskritti fl-Artikolu 52. Il-verifikazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata kieku kellu japplika r-raba' subparagrafu, fuq it-talba ta' l-impriża prinċipali jew ta' xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fil-Komunità jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.

Il-Kumitat Bankarju ta' konsulenza jista' jagħti gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni konsolidata ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi humiex x'aktarx li jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni konsolidata kif definita f'dan il-Kapitolu, b'relazzjoni ma' istituzzjonijiet ta' kreditu, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Komunità. Il-Kumitat għandu jżomm kull gwida bħal dik taħt osservazzjoni u jagħti kont ta' kull bidla fl-arranġamenti ta' superviżjoni konsolidata applikati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

L-awtorita kompetenti li twettaq il-verifikazzjoni speċifikata fit-tieni subparagrafu għandha tagħti kont ta' dik il-gwida. Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Kumitat qabel ma tieħu deċiżjoni.

Fin-nuqqas ta' dik is-superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52 għall-istituzzjoni tal-kreditu b'analoġija.

Bħala alternattiva. l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw teknika adattata oħra ta' superviżjoni li tikseb l-objettivi tas-superviżjoni fuq bażi konsolidat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawk il-metodu għandhom ikunu miftiehma mill-awtorità kompetenti li kienet tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b'mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta' kumpannija holding finanzjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Komunità, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni konsolidata għall-pożizzjoni konsolidata ta' dik il-kumpannija holding finanzjarja. Il-metodu għandhom jiksbu l-objettivi ta' superviżjoni konsolidata kif definita f'dan il-Kapitolu u għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti u lill-Kummissjoni."

IL-KAPITOLU V

KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI

Artikolu 30

Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi

Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta' regoli settorali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta' kumpanniji ta' immaniġġar ta' assi:

(a) fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, u/jew fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni fi grupp ta' assigurazzjoni; u

(b) fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari skond it-tifsira ta' din id-Direttiva.

Għall-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skond liema regoli settorali (settur bankarju, settur ta' assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta' investiment) li kumpanniji ta' immaniġġar ta' assi għandhom jiġu nklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu. Għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni, ir-regoli settorali relevanti li jirrigwardaw il-forma u l-limitu ta' l-inklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment) u impriżi ta' riassikurazzjoni (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari msemmija fil-(b) ta' l-ewwel paragrafu, il-kumpannija li timmaniġġa assi għandha tiġi ttrattata bħala parti ta' skond liema settur tiġi nkluża fih bis-saħħa ta' (a) ta' l-ewwel paragrafu.

Fejn kumpannija li timmaniġġa assi tkun parti minn konglomerat finanzjarju, kull referenza għall-idea ta' entità regolata u kell referenza għall-idea ta' awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet relevanti kompetenti għandha għalhekk, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, tiftiehem bħalali tinkludi, rispettivament, kumpanniji li jimmaniġġaw assi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' gruppi msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu.

IL-KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 31

Rapport mill-Kummissjoni

1. Sal-11 ta'Awissu 2007, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji msemmi fl-Artikolu 21 rapport dwar il-prattiċi ta' l-Istati Membri, u, fejn meħtieġ, dwar il-ħtieġa ta' aktar armonizzazzjoni, fir-rigward ta'

- l-inklużjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi f'superviżjoni wiesgħa ta' grupp,

- l-għażla u l-applikazzjoni tal-metodi ta' adegwatezza ta' kapital stipulati f'L-Anness I,

- id-definizzjoni ta' transazzjonijiet sinjifikanti bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju u s-superviżjoni ta' transazzjonijiet bejn il-gruppi u l-konċentrazzjoni ta' riskju msemmija f'L-Anness II, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi għal dan il-għan,

- l-intervalli li fihom konglomerati finanzjarji għandhom iwettqu l-kalkolazzjonijiet ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital kif stipulati fl-Artikolu 6(2) u rapport lill-kordinatur dwar konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju kif stipulata fl-Artikolu 7(2).

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat qabel ma tagħmel il-proposti tagħha.

2. Fi żmien sena minn meta jintlaħaq ftehim f'livell internazzjonali dwar ir-regoli għall-eliminazzjoni tad-double ġearing tal-fondi proprji fi gruppi finanzjarji, il-Kummissjoni għandha teżamina kif iġġib id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva f'konformità ma' patti ta' ftehim internazzjonali u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa.

Artikolu 32

Transposizzjoni

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seġġ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-11 ta' Awissu 2004. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għas-superviżjoni ta' kontijiet għas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar 2005 jew matul dik is-sena kalendarja.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Diċembru 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 213 E, tal-31.7.2001, p. 227.

[2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, p. 1.

[3] ĠU C 271, tas-26.9.2001, p. 10.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2002 (għada mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2002 (ĠU C 253 E, tat-22.10.2002, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Novembru 2002 (għada mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 17).

[7] ĠU L 63, 13.03.79, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 7).

[8] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[9] ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE.

[10] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29).

[11] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE.

[12] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1.

[13] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/28/EC (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

[14] ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

[15] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[16] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE.

[17] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 11).

[18] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1.

[19] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2000/28/KEE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

[20] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[21] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29).

[22] ĠU L 35, tal-11.2.2003.

[23] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 17).

[24] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1.

[25] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

[26] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

[27] ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 27).

[28] ĠU L 35, tal-11.2.2003.

[29] ĠU L 35, tal-11.2.2003.

[30] ĠU L 35, tal-11.2.2003.

[31] ĠU L 35, tal-11.2.2003.

[32] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I.

ADEGWATEZZA TA' KAPITAL

Il-kalkolazzjoni għall-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6(1) għandha titwettaq skond il-prinċipji tekniċi u wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jassumu r-rwol ta' kordinatur fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju partikolari, li jiddeċiedu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra u l-konglomerat innifsu, liema metodu għandu jiġi applikat minn dak il-konglomerat finanzjarju.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kalkolazzjoni titwettaq skond metodu wieħed partikolari minn fost dawk deskritti f'dan l-Anness jekk konglomerat finanzjarju jkun immexximinn entità regolata li tkun ġiet awtorizzata f'dak l-Istat Membru. Fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' xi wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti huma lokati fl-istess Stat Membru, f'liema każ dak l-Istat Membru jista' jeħtieġ l-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi.

I. Prinċipji tekniċi

1. Limitu u forma tal-kalkolzzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari

Jintuża liema metodu jintuża, meta l-entità tkun impriża sussidjarja u jkollha defiċit ta' solvibilità, jew, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, defiċit spekulattiv ta' solvibilità, id-defiċit totali ta' solvibilità tas-sussidjarja għandu jingħata kont tiegħu. Fejn f'dan il-każ, fl-opinjoni tal-kordinatur, ir-responsabbiltà ta' l-impriża prinċipali li tkun proprjetarja ta' sehem mill-kapital tkun strettament u mingħajr ambigwità limitata għal dak is-sehem tal-kapital, il-kordinatur jista' jagħti permess li d-defiċit ta' solvibilità ta' l-impriża sussidjarja jingħata kont tiegħu fuq bażi proporzjonali.

Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn entitajiet f'konglomerat finanzjarju, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra, għandhu jistabbilixxi liema proporzjon tas-sehem għandu jingħata kont tiegħu, waqt li jżomm f'moħħu l-lijabilità li għaliha r-relazzjoni eżistenti tagħti lok.

2. Prinċipji tekniċi oħra

Ikun x'ikun il-metodu wżat għall-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' entitajiet regolti f'konglomerat finanzjarju kif preskritti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness, il-kordinatur, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, għandu jassigura li l-prinċipji li ġejjin għandhom japlikaw:

(i) l-użu multipliku ta' elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju (gearing multipliku) kif ukoll xi ħolqien mhux adattat bejn il-gruppi ta' fondi proprji għandhom jiġu eliminati; sabiex tiġi assigurata l-eliminazzjoni ta' gearing multipliku u l-ħolqien bejn il-grupp ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw b'analoġija il-prinċipji relevanti preskritti fir-regoli settorali relevanti;

(ii) sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli settorali, il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat f'konglomerat finanzjarju għandhom ikunu koperti b'elementi ta' fondi proprji skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu; fejn ikun hemm defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, elementi biss ta' fondi proprji li huma eliġibbli skond kull waħda mir-regoli settorali (kapital bejn is-setturi) għandhom jikkwalifikaw għall-verifikazzjoni ta' konformità mal-ħtiġiet addizzjonali ta' solvibilità;

fejn regoli settorali jipprovdu għal limiti dwar l-eliġibilità ta' ċerti strumenti ta' fondi proprji, li kienu jikkwalifikaw bħala kapital bejn is-settur, dawn il-limiti għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir il-kalkolazzjoini tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

meta ssir il-kalkolazzjoni ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jagħtu kont ta' l-effettività tat-trasferibilità u d-disponibilità tal-fondi proprji bejn l-entitajiet legali differenti fil-grupp, mogħtija l-objettivi tar-regoli ta' adegwatezza ta' kapital;

fejn, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità hija kalkolata skond it-taqsima 2 ta' dan l-Anness, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital li biha dik l-entità kien ikollha tikkonforma mar-regoli settorali relevanti daqslikieku kienet entità regolata ta' dak is-settur finanzjarju partikolari; fil-każ ta' kumpanniji li jimaniġġaw assi, il-ħtieġa ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital stipulata fl-Artikolu 5a(1)(a) tad-Direttiva 85/611/KEE; il-ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tiġi kalkolata skond ir-regoli settorali tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju.

II. METODI TEKNIĊI TA' KOLLAZZJONI

Metodu 1: Metodu ta' "konsolidazzjoni ta' konteġġi"

Il-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kontijiet konsolidati.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju kalkolati fuq il-bażi tal-pożizzjoni konsolidata tal-grupp; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) is-somma tal-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat fil-grupp; il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti huma kalkolati skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu.

Ir-regoli settorali li hemm referenza għalihom huma b'mod partikolari d-Direttivi 2000/12/KE, Titolu V, Kapitolu 3, fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, 98/78/KE fir-rigward ta' impriżi ta' assigurazzjoni, u 93/6/KEE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment.

Fil-każ ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati li m'humiex inklużi fil-kalkolazzjonijiet tal-ħtiġiet settorali ta' solvibilità msemmija qabel, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tkun ikkalkolata.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 2: Metodu ta' "Tnaqqis u aggregazzjoni"

Il-Kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) is-somma tal-fondi proprji ta' kull entita' fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) is-somma ta'

- l-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull entità fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli settorali relevanti, u

- il-valur skond il-kotba tal-parteċipazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra tal-grupp.

Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tiġi kalkolata. Fondi proprji u ħtiġiet ta' solvibilità għandu jingħata kont tagħhom għas-sehem proporzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 3: Metodu "ta valur skond il-kotba/ħtieġa ta' tnaqqis"

Il-kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

(i) il-fondi proprji ta' impriża prinċipali jew ta' entità kap ta' konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huwa dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

u

(ii) is-somma ta'

- il-ħtiġiet ta' solvibilità ta' l-impriża prinċipali jew il-kap riferit f'(i), u

- l-għola tal-valur tal-kotba tal-parteċipazzjoni ta' din imsemmija l-aħħar f'entitajiet oħra fil-grupp u l-ħtiġiet ta' solvibilità ta' dawn l-entitajiet; il-ħtiġiet ta' solvibilità ta' dawn imsemmija l-aħħar għandu jingħata kont tagħhom għas-sehem proporzjonali tagħhom kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tiġi kalkolata. Meta jiġu valutati l-elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari, il-parteċipazzjonijiet jistgħu jiġu valutati permezz tal-metodu ta' ekwità skond l-għażla stipulata fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

Metodu 4: Kombinazzjoni tal-metodi 1, 2 u 3

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodi 1,2 u 3, jew kombinazzjoni ta' tnejn minn dawn il-metodi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

APPLIKAZZJONI TEKNIKA TAD-DISPOSIZZJONIJIET TA' TRANSAZZJONIJIET BEJN IL-GRUPP U KONĊENTRAZZJONI TA' RISKJU

Il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, għandu jidentifika t-tip ta' transazzjonijiet u entitajiet regolati ta' riskju f'konglomerat finanzjarju partikolari għandu jirrapporta skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) dwar ir-rapportar ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni ta' riskju. Meta jiddefinixxu jew jagħtu l-opinjoni tagħhom dawr it-tip ta' transazzjonijiet u riskji, il-kordinatur u l-awtoritajiet kompetenti relevanti għandhom jagħtu kont ta' l-istruttura tal-grupp speċifiku u ta' l-immaniġġar tar-riskju tal-konglomerat finanzjarju. Sabiex jidentifika transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju li għandhom jiġu rapportati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 8, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra u l-konglomerat innifsu, għandu jiddefinixxi għatbiet adattati bażati fuq fondi proprji regolatorji u/jew dispożizzjonijiet tekniċi.

Meta jiġu sorveljati it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjonijiet ta' riskju, il-kordinatur għandu b'mod partikolari jissorvelja r-riskju possibbli ta' kontaġju fil-konglomerat finanzjarju, ir-riskju ta' konflitt ta' interessi, ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' regoli settorali, u l-livell jew volum tar-riskji.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw fil-livell ta' konglomerat finanzjarju d-dispożizzjonijiet tar-regoli settorali fuq transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari biex tiġi evitata ċirkomvenzjoni tar-regoli settorali.

--------------------------------------------------