32002L0061



Official Journal L 243 , 11/09/2002 P. 0015 - 0018


Id-Direttiva 2002/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-19 ta' Lulju 2002

li temenda għad-dsatax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ażokoloranti)

IL-PARLAMENT EWOPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,

Dan għandu jkun il-każ għal perjodu transitorju sa l-1 ta' Jannar 2005 jekk l-amini huma rilaxxati mir-residwi derivati miż-żebgħa preċedenti ta' l-istess fibri. Dan jippermetti għar-reċiklaġġ tat-tessili, li għandu benefiċċji globali għall-ambjent.Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Ix-xogħol fis-suq intern għandu gradwalment itejjeb il-kwalità tal-ħajja, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur. Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jassiguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur.

(2) Artikoli tessili u tal-ġilda li jikkontjenu ċerti ażojdi għandhom il-kapaċità li jirrilaxxaw ċerti arilamini, li jistgħu jimponu riskji ta' kanċer;

(3) Limitatazzjonijiet diġà adottati jew ippjanati minn ċerti Stati Membri dwar l-użu ta' artikoli tessili u tal-ġilda ażokuluriti jikkonċernaw il-kompletazzjoni u l-funzjonament tas-suq intern. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dan il-qasam, u konsegwentement, li jiġi emendat l-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [4]

(4) Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE), wara li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni, ikkonferma li r-riskji tal-kanċer imposti minn oġġetti tessili u tal-ġilda kkuluriti minn ċerti ażokuluri, jagħtu lok għal tħassib.

(5) Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa umana, l-użu ta' ċerti ażokuluri perikolużi u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti oġġetti kkuluriti b'żebgħat bħal dawn għandu jiġi projbit.

(6) Għal oġġetti tessili magħmula minn fibri riċiklati, konċentrazzjoni massima ta' 70 ppm għall-amini elenkati fil-punt 43 fl-appendiċi tad-Direttiva 76/769/KEE għandha tiġi applikata.

(7) Metodi armonizzati ta' l-ittestjar huma neċessarji għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 2a tad-Direttiva 76/769/KEE, għandha tistabbilixxi dawn il-metodi. Il-metodi ta' l-ittestjar għandhom preferibbilment jiġu żviluppati fuq livell Ewropew, jekk approprjat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

(8) Fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku ġdid, il-metodi ta' l-ittestjar għandhom jiġu riveduti, inklużi metodi ta' l-ittestjar għall-analiżi ta' 4-amino ażobenżina.

(9) Fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku ġdid, id-dispożizzjonijiet dwar ċert ażokoloranti għandhom jiġu riveduti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu inklużi materjali oħra mhux koperti b'din id-Direttiva, kif ukoll amini aromatiċi oħra. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil riskji possibbli għat-tfal.

(10) Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni ta' ħaddiema kontenuti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391//KEE [5] u f'direttivi individwali bbażati fuqha, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [6] u d-Direttiva 98/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [7],

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Metodi ta' l-ittestjar għall-applikazzjoni tal-punt 43 ta' Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 2a ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-11 ta' Settembru 2003, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-11 ta' Settembru 2003.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom maghhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU Ċ 89 E, tat- 28.3.2000, p. 67 u ĠU Ċ 96 E, tas- 27.3.2001, p. 269.

[2] ĠU Ċ 204, tat- 18.7.2000, p. 90.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2000 (ĠU Ċ 135, tas- 7.5.2001, p. 257), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 (ĠU Ċ 119 E, tat- 22.5.2002, p. 7) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif l-aħħar emedata mid-Direttiva tal-Kummissjoni. 2001/91/KE (ĠU L 286, tat-30.10.2001, p. 27).

[5] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

[6] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emedata mid-Direttiva 1999/38/KE (ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66).

[7] ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat kif ġej:

1. Għandu jiżdied il-punt li ġej:

"43. Ażokoloranti | 1.L-ażokuluri li, bi sfaldabilità mnaqqsa ta' grupp ażo wieħed jew aktar, jistgħu jirrilaxxaw waħda jew aktar mill-amini aromatiċ elenkati fl-Appendiċi, f’ konċentrazzjonijiet traċċabbli, jiġiifieri ’l fuq minn 30 ppm fl-artikoli kompluti jew fil-partijiet miżbugħa tagħhom, skond il-metodu ta' l-ittestjar stabbilit skond l-Artikolu 2a ta' din id-Direttiva, ma jistgħux jintużaw f’artikoli tessili u tal-ġilda li jistgħu jiġu f’ kuntatt dirett u pprolongat mal-ġilda umana jew kavità orali, bħal:ħwejjeġ, friex, xugamani, oġġetti tax-xahar, parrokki, kpiepel, ħrieqi u artikoli oħra sanitarji, sleeping bags,żraben, ingwanti, ċineg ta' l-arloġġi, basktijiet tan-nisa, portmonijiet, briefcases, koperturi tas-siġġijiet, portmonijiet li jintlibsu madwar l-għonq,ġugarelli tessili jew tal-ġilda u ġugarelli li jinkludu xi ħwejjeġ tessili jew tal-ġilda,ħajt u fibri maħsuba għall-użu mill-konsumatur finali.2.Barra minn hekk, l-Artikoli tessili u tal-ġilda msemmija fil-punt 1 hawn fuq ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq sakemm ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-punt.B'deroga, sa l-1 ta' Jannar 2005, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal oġġetti tessili magħmula minn fibri riċiklati jekk l-amini huma rilaxxati minn residwi li jidderivaw minn żbigħ preċedenti ta' l-istess fibri u jekk l-amini elenkati huma rilaxxati f’ konċentrazzjonijiet inqas minn 70 ppm.3.Sa mhux aktar tard mill-11 ta' Settembru 2005, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta' tagħrif xjentifiku ġdid, tirrevedi d-dispożizzjonijiet dwar ażokoloranti." |

2. Il-punt li ġejgħandu jiżdied ma’ l-Appendiċi:

"Il-Punt 43 - Ażokoloranti

Lista ta' amini aromatiċi

| numru CAS | numru ta' l-indiċi | numru tal-KE | Sustanzi |

1 | 92-67-1 | 612-072-00-6 | 202-177-1 | biphenyl-4-ylamine 4- aminobiphenyl xenylamine |

2 | 92-87-5 | 612-042-00-2 | 202-199-1 | benzidine |

3 | 95-69-2 | | 202-441-6 | 4-chloro-o-toluidine |

4 | 91-59-8 | 612-022-00-3 | 202-080-4 | 2-naphthylamine |

5 | 97-56-3 | 611-006-00-3 | 202-591-2 | o-aminoazotoluene 4-amino-2, 3-dimethylazobenzene 4-o-tolylazo-o-toluidine |

6 | 99-55-8 | | 202-765-8 | 5-nitro-o-toluidine |

7 | 106-47-8 | 612-137-00-9 | 203-401-0 | 4-chloroaniline |

8 | 615-05-4 | | 210-406-1 | 4-methoxy-m-phenylenediamine |

9 | 101-77-9 | 612-051-00-1 | 202-974-4 | 4,4'-methylenedianiline 4,4'-diaminodiphenylmethane |

10 | 91-94-1 | 612-068-00-4 | 202-109-0 | 3,3'-dichlorobenzidine 3,3'-dichlorobiphenyl-4,4'-ylenediamine |

11 | 119-90-4 | 612-036-00-X | 204-355-4 | 3,3'-dimethoxybenzidine o-dianisidine |

12 | 119-93-7 | 612-041-00-7 | 204-358-0 | 3,3'-dimethylbenzidine 4,4'-bi-o-toluidine |

13 | 838-88-0 | 612-085-00-7 | 212-658-8 | 4,4'-methylenedi-o-toluidine |

14 | 120-71-8 | | 204-419-1 | 6-methoxy-m-toluidine p-cresidine |

15 | 101-14-4 | 612-078-00-9 | 202-918-9 | 4,4'-methylene-bis-(2-chloro-aniline) 2,2'-dichloro-4,4'-methylene-dianiline |

16 | 101-80-4 | | 202-977-0 | 4,4'-oxydianiline |

17 | 139-65-1 | | 205-370-9 | 4,4'-thiodianiline |

18 | 95-53-4 | 612-091-00-X | 202-429-0 | o-toluidine 2-aminotoluene |

19 | 95-80-7 | 612-099-00-3 | 202-453-1 | 4-methyl-m-phenylenediamine |

20 | 137-17-7 | | 205-282-0 | 2,4,5-trimethylaniline |

21 | 90-04-0 | 612-035-00-4 | 201-963-1 | o-anisidine 2-methoxyaniline |

22 | 60-09-3 | 611-008-00-4 | 200-453-6 | 4-amino azobenzene" |

--------------------------------------------------