32002L0036



Official Journal L 116 , 03/05/2002 P. 0016 - 0026


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE

tad-29 ta' April 2002

li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2002 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/28/KE [2], u b'mod partikolari bit-tieni paragrafu, subparagrafi (ċ) u (d) tal-Artikolu 14, tagħha,

Billi:

(1) Għandhom jittieħdu miżuri biex jipproteġu lill-Komunità kontra l-Anisogramma anomala (Peck) E. Müller, l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) u n-Naupactus leucoloma Boheman, organiżmi perikolużi li s'issa ma kienx magħruf li jinstabu fil-Komunità.

(2) Il-provedimenti attwali kontra l-Liriomyza bryoniae (Kaltenbach) għandhom ikunu modifikati billi jkunu ristretti għal żoni protetti fl-Irlanda u fir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq) fejn ġie determinat li dan l-organiżmu m'huwiex preżenti.

(3) Il-lista ta' pjanti li jġorru l-Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u l-Liriomyza trifolii (Burgess) għandha tkun modifikata biex tikkunsidra l-informazzjoni aġġornata fuq ir-relazzjoni bejn dawn l-organiżmi perikolużi u l-pjanti li jġorruhom magħhom.

(4) Billi kontinwament qed jinstabu l-Bemisia tabaci Genn., il-Liriomyza sativae (Blanchard), l-Amauromyza maculosa (Malloch), il-Liriomyza huidobrensis (Blanchard), il-Liriomyza trifolii (Burgess) u t-Thrips palmi Karny fuq il-merkanzija, il-provvedimenti attwali dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fi u t-tixrid fil-Komunità għandhom ikunu mtejba, bil-ħsieb li jassiguraw protezzjoni iktar effettiva,.

(5) Dawn il-miżuri protettivi mtejba għandhom jinkludu l-użu ta' passaport tal-pjanti għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti li joriġinaw fil-Komunità u ċertifikat fitosanitarju għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti li joriġinaw f'pajjiżi terzi.

(6) Il-provvedimenti attwali kontra rhizomania għandhom ikunu modifikati biex jirreflettu l-konklużjonijiet ta' Grupp ta' Xogħol tal-Kummissjoni li stmaw ir-riskju fitosanitarju assoċjat ma' dan l-organiżmu perikoluż fiż-żoni protetti rilevanti rikonoxxuti fil-Komunità.

(7) Il-provedimenti t'issa kontra t-Tilletia indica Mitra għandhom ikunu modifikati biex jieħdu kont ta' l-informazzjoni aġġornata dwar il-preżenza ta' dan l-organiżmu perikoluż fl-Afrika t'Isfel.

(8) L-elenkar ħażin ta' Malta u Ċipru bħala pajjiżi non-Ewropej għandu jkun rettifikat f'Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 34, u Anness V, Parti B, Sezzjoni I, punt 7(b), tad-Direttiva 2000/29/KE.

(9) L-emendi jaqblu mat-talbiet ta’ l-Istati Membri konċernati.

(10) Għalhekk, l-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

(11) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma hawnhekk emendati kif indikat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fl-1 ta' April 2003. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew jakkumpanjaw il-pubblikazzjoni uffiċjali b'referenza għaliha. Il-proċedura ta' referenza tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni l-provvedimenti prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 29 ta' April 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.07.2000, p. 1.

[2] ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Fl-Anness I, Parti A, Sezzjoni I(a), punt ġdid jiżdied wara punt 4:

"4.1. Anoplophora glabripennis (Motschulsky)"

2. Fl-Anness I, Parti A, Sezzjoni I(a), punt ġdid jiżdied wara punt 16:

"16.1. Naupactus leucoloma Boheman"

3. Fl-Anness I, Parti A, Sezzjoni II(a), punti 4, 5 u 6 huma mħassra:

4. Fl-Anness I, Parti B(a), punt ġdid jiżdied wara punt 3:

"4.Liriomyza bryoniae (Kaltenbach) | IRL u UK (l-Irlanda ta' Fuq)" |

5. Fl-Anness II, Parti A, Sezzjoni I(ċ), il-punt li ġej jiżdied wara punt 1:

"1.1.Anisogramma anomala (Peck) E. Müller | Pjanti ta' Corylus L., maħsuba biex jinæergħu, għajr ærieragħ, li joriġinaw fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika" |

6. Fl-Anness II, Parti A, Sezzjoni II(a), il-punti li ġejjin jiżdiedu wara punt 7:

"8.Liriomyza huidobrensis (Blanchard) | Fjuri maqtugħa, ħaxix bil-weraq ta' Apium graveolens L. u pjanti ta' speċi u erbaċej, maħsuba biex jinæergħu, għajr: basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,pjanti mill-familja ta' Gramineae,riæomi,ærieragħ |

9.Liriomyza trifolii (Burgess) | Fjuri maqtugħa, ħaxix bil-weraq ta' Apium graveolens L. u pjanti ta' speċi erbaċej, maħsuba biex jinæergħu, għajr: basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,pjanti mill-familja ta' Gramineae,riæomi,ærieragħ" |

7. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt ġdid jiżdied wara l-punt 11.2:

"11.3.Pjanti ta' Corylus L., maħsuba biex jinæergħu, għajr ærieragħ, li joriġinaw fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta' l-Amerka | Dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti ġew imkabbra f'imxietel u: (a)joriġinaw f'arja, stabbilita bħala ħielsa mill-Anisogramma anomala (Peck) E. Müller, fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ, bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji rilevanti, u li hi msemmija fiċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 u 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali",jew(b)joriġinaw f'post ta' produzzjoni, stabbilit bħala ħieles mill-Anisogramma anomala (Peck) E. Müller, wara spezzjonijiet uffiċjali magħmula barra minn post ta' produzzjoni jew post qrib tiegħu wara l-aħħar tliet ċikli kompluti ta' veġetazzjoni skond l-Istandards Iinternazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji rilevanti, u msemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 u 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali" u ddikjarata ħielsa mill-Anisogramma anomala (Peck) E. Müller' mis-servizz nazzjonali ta pjanti f'dak il-pajjiæ bħala ħielsa minnha." |

8. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, il-punti 32.1, 32.2 u 32.3 huma sostiwiti b'dan li ġej:

"32.1.Pjanti ta' speċi erbaċej, maħsuba biex jinæergħu, għajr:basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,pjanti mill-familja ta' Gramineae,riæomi,ærieragħ,tuberi,li joriġinaw f'pajjiæi terzi fejn hu magħruf li jinstabu l-Liriomyza sativae (Blanchard) u l-Amauromyza maculosa (Malloch) | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet applikabbli għall-pjanti f'Anness IV, Parti A, Sezzjoni I (27.1), (27.2), (28) u (29), fejn approprijat, dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti tkabbru f'imxietel u: (a)joriġinaw f'arja, stabbilita bħala ħielsa mill-Liriomyza sativae (Blanchard) u Amauromyza maculosa (Malloch), bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ, u li tkun imsemmija fiċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 u 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali",jew(b)joriġinaw f'post ta' produzzjoni, stabbilit fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ, bħala ħieles mill-Liriomyza sativae (Blanchard) u mill-Amauromyza maculosa (Malloch), skond l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji, u li hu msemmi fiċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali", u dikjarati ħielsa mill-Liriomyza sativae (Blanchard) u mill-Amauromyza maculosa (Malloch) wara ispezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas kull xahar matul it-tliet xhur qabel l-esportazzjoni,jew(ċ)immedjatament qabel l-esportazzjoni, ikunu ġew mogħtija trattament xieraq kontra l-Liriomyza sativae (Blanchard) u l-Amauromyza maculosa (Malloch) u jkunu ġew ispezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa mill-Liriomyza sativae (Blanchard) u mill-Amauromyza maculosa (Malloch) Dettalji ta' dan it-trattament għandhom ikunu msemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva |

32.2.Fjuri maqtugħa ta' Dendranthema (DC) Des. Moul., Dianthus L., Gypsophila L. u Solidago L., u ħxejjex bil-weraq ta' Apium graveolens L. u Ocimum L. | Dikjarazzjoni uffiċjali li l-fjuri maqtugħa u l-ħxejjex bil-weraq: joriġinaw minn pajjiæ ħieles minn Liriomyza sativae (Blanchard) u Amauromyza maculosa (Malloch),jewimmedjatament qabel l-esportazzjoni tagħhom, ġew ispezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa minn Liriomyza sativae (Blanchard) u Amauromyza maculosa (Malloch) |

32.3.Pjanti ta' speċi erbaċej, maħsuba biex jinæergħu, għajr:basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,pjanti mill-familja ta' Gramineae,riæomi,ærieragħ,tuberi,li joriġinaw f'pajjiæi terzi | Mingħajr preġudizzju għall-ħtigiet applikabbli għall-pjanti f'Anness IV, Parti A, Sezzjoni I (27.1), (27.2), (28), (29) u (32.1), dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw minn arja magħrufa bħala ħielsa minn Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess),jew(b)jew li l-ebda sinjal ta' Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) ma ġew osservati fil-post ta' produzzjoni, wara spezzjoni uffiċjali magħmula mill-inqas darba fix-xahar matul l-aħħar tliet xhur qabel il-ħsad,jew(ċ)immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-pjanti jkunu ġew spezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa minn Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) u jkunu ħadu trattament xieraq kontra l-Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u l-Liriomyza trifolii (Burgess)" |

9. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punti 34, it-test fil-kolonna tax-xellug huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Ħamrija u ambjent ta' kultivazzjoni, li hu assoċjat mal-pjanti, u li jikkonsisti għal kollox jew in parti f'ħamrija jew sustanzi organiċi solidi bħal parti ta' pjanti, humus inklużi pît jew bark jew jikkonsisti in parti minn xi sustanzi inorganiċi, maħsuba biex jgħinu l-vitalità tal-pjanti, li joriġinaw fi:

- Ċipru, Malta, u t-Turkija,

- il-Bjelorussja, l-Estonja, il-Ġeorġja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, ir-Russja, l-Ukrajna,

- pajjiżi mhux Ewropej, barra mill-Alġerija, l-Eġittu, l-Israel, il-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija’"

10. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punti 36.1 u 36.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"36.1.Pjanti, maħsuba biex jinæergħu, għajr:basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,riæomi,ærieragħ,tuberi,li joriġinaw f'pajjiæi terzi | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I (27.1), (27.2), (28), (29), (31), (32.1) u (32.3), dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti tkabbru f'imxietel u: (a)li joriġinaw f'arja, stabbilita bħala ħielsa minn Thrips palmi Karny bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ, u li hi msemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjoni addizzjonali",jew(b)li joriġinaw f'post ta' produzzjoni, stabbilit bħala ħieles minn Thrips palmi Karny bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji, u li hu msemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjoni addizzjonali" u dikjarat ħieles minn Thrips palmi Karny fuq ispezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas darba fix-xahar waqt it-tliet xhur ta' qabel l-esportazzjoni, fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ.jew(ċ)immedjatament qabel l-esportazzjoni, ikunu ħadu trattament xieraq kontra l-Thrips palmi Karny u jkunu ġew ispezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa minn Thrips palmi Karny. Dettalji ta' dan it-trattament għandhom ikunu msemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva |

36.2.Fjuri maqtugħa ta' Orchidaceae u frott ta' Momordica L. u Solanum melongena L., li joriġinaw minn pajjiæi terzi | Dikjarazzjoni uffiċjali li l-fjuri maqtugħa u l-frott: joriġinaw f'pajjiæ ħieles minn Thrips palmi Karny,jewimmedjatament qabel l-esportazzjoni tagħhom, ġew ispezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa minn Thrips palmi Karny." |

11. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 40, it-test fil-kolonna tal-lemin huwa sostitwit b'dan li ġej:

"‘Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti applikabbli għall-pjanti mniżżla fl-Anness III(A)(2), (3), (9), (15), (16), (17) u (18), fl-Anness III(B)(1) u fl-Anness IV(A)(I), (11.1), (11.2), (11.3), (12), (13.1), (13.2), (14), (15), (17), (18), (19.1), (19.2), (20), (22.1), (22.2), (23.1), (23.2), (24), (33), (36.1), (38.1), (38.2), (39) u (45.1) fejn xieraq, dikjarazzjoni uffiċjali li l-pjanti huma inattivi u bla weraq’"

12. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"45.1.45.1. Pjanti ta' speċi erbaċej u pjanti ta' Ficus L. u Hibiscus L. maħsuba biex jinæergħu, għajr basal ta' xi ħxejjex, basal tal-qasab, riæomi, ærieragħ u tuberi, li joriġinaw f'pajjiæi mhux Ewropej | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I (27.1), (27.2), (28), (29), (32.1), (32.3) u (36.1), dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)joriġinaw f'arja, stabbilita bħala ħielsa minn Bemisia tabaci Genn, (popolazzjonijiet mhux-Ewropej) bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji rilevanti, u li tkun imsemmija fiċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 u 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali", fil-pajjiæ ta' esportazzjoni mis-servizz nazzjonali ta' protezzjoni tal-pjanti f'dak il-pajjiæ,jew(b)joriġinaw f'post ta' produzzjoni, stabbilit bħala ħieles minn Bemisia tabaci Genn, (popolazzjonijiet mhux-Ewropej) bi qbil ma' l-Istandards Internazzjonali għall-Miæuri Fitosanitarji rilevanti, u li tkun imsemmija fiċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 u 8 ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika "Dikjarazzjonijiet addizzjonali" u dikjarati ħielsa minn Bemisia tabaci Genn.jew(ċ)f'kaæijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux-Ewropej) tinstab fil-post ta' produzzjoni, ikunu saru fil-post ta' produzzjoni u jkunu għaddew minn trattament xieraq biex jassiguraw ħelsien minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni jkun instab ħieles minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux Ewropej) bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-proċeduri xierqa bil-ħsieb li jeradikaw l-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux Ewropej), fiæ-æewġ ispezzjonijiet uffiċjali magħmula darba fil-ġimgħa matul id-disa' ġimgħat qabel l-esportazzjoni u fil-proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perijodu msemmi. Dettalji ta' dan it-trattament għandhom ikunu msemmija fuq iċ-ċertifikati msemmija f'Artikoli 7 jew 8 ta' din id-Direttiva |

45.2.Fjuri maqtugħa ta' Aster spp., Eryngium L., Gypsophila L., Hypericum L., Lisianthus L., Rosa L., Solidago L., Trachelium L., u ħaxix imwerraq ta' l-Ocimum L., li joriġinaw f'pajjiæi mhux Ewropej | Dikjarazzjoni uffiċjali li l-fjuri maqtugħa u l-ħxejjex bil-weraq: joriġinaw f'pajjiæ ħieles minn Bemisia tabaci Genn, (popolazzjonijiet mhux Ewropej),jewimmedjatament qabel l-esportazzjoni tagħhom, ġew ispezzjonati uffiċjalment u misjuba ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet mhux Ewropej)" |

13. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, il-punt 45.1,1 jiġi rinumerat bħala 45.3:

14. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 46, għandha tiżdied ir-referenza għal Anness IV(A)(I)(45.2) u (45.3) fil-kolonna tal-lemin.

15. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punti 53 u 54, l-"Afrika t'Isfel" għandha tiżdied wara l-"Pakistan" fil-kolonna tax-xellug.

16. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"23.Pjanti ta' speċi erbaċej, maħsuba biex jinæergħu, għajr:basal ta' xi ħxejjex,basal tal-qasab,pjanti mill-familja ta' Gramineae,riæomi,ærieragħ,tuberi | Mingħajr preġudizzju għar-rekwiæiti applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV Parti A, Sezzjoni II(20), (21.1) jew (21.2), dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw minn arja magħrufa li hi ħielsa minn Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess),jew(b)jew l-ebda sinjal ta' Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) ma ġew osservati fil-post ta'' produzzjoni, wara spezzjoni uffiċjali magħmula mill-inqas darba fix-xahar matul l-aħħar tliet xhur qabel il-ġbir,jew(ċ)immedjatament qabel jinbiegħu, il-pjanti jkunu ġew spezzjonati uffiċjalment u instabu ħielsa minn Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) u jkunu ħadu trattament xieraq kontra l-Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u l-Liriomyza trifolii (Burgess)" |

17. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 20.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"20.220.2. Tuberi ta' Solanum tuberosum L., għajr dawk imsemmija f'Anness IV(B)(20.1) | (a)Il-kunsinna jew il-lott m'għandux ikollu iktar minn 1% tal-piæ f'ħamrija,jew(b)it-tuberi jkunu destinati għall-ipproċessar f'postijiet b'faċilitajiet approvati uffiċjalment ta' rimi ta' skart li jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju tat-tixrid ta' BNYVV | DK, F (Brittanja), FI, IRL, P (Azores), S, UK (Irlanda ta' Fuq)" |

18. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"22.Pjanti ta' Allium porrum L., Apium L., Beta L., għajr dawk imsemmija f'Anness IV(B)(25) u dawk destinati għall-għalf ta' l-annimali, Brassica napus L., Brassica rapa L., Daucus L., għajr dawk maħsuba biex jinæergħu | (a)Il-kunsinna jew il-lott m'għandux ikollu iktar minn 1 % tal-piæ f'ħamrija,jew(b)il-pjanti huma destinati għall-ipproċessar f'postijiet b'faċilitajiet approvati uffiċjalment ta' rimi ta' skart li jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju tat-tixrid ta' BNYVV | DK, F (Brittanja), IRL, P (Azores), FI, S, UK (Irlanda ta' Fuq)" |

19. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 24 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"24.1.Tirqid bla għeruq ta' Euphorbia pulcher-rima Willd, maħsuba biex jinæergħu | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet applikabbli għall-pjanti mniææla f'Anness IV (A)(I)(45.1), fejn xieraq, dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)it-tirqid bla għeruq joriġinaw minn arja magħrufa li hi ħielsa minn Bemisia tabaci Genn(popolazzjonijiet Ewropej)jew(b)l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ma jkunu ġew osservati la fuq it-tilqid u l-anqas fuq il-pjanti li minnhom inqatgħu jew inæammu u ġew prodotti, wara spezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul il-perijodu kollu ta' produzzjoni ta' dawn il-pjanti f'dan il-post ta' produzzjoni,jew(ċ)f'kaæijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) tkun instabet fil-post ta' produzzjoni, it-tirqid jew pjanti li minnhom ġew maqtugħa, miæmuma jew il-post ta' produzzjoni jkunu ħadu trattament xieraq biex jassigura ħelsien minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni nstab ħieles minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-proċeduri xierqa bil-ħsieb li jeradikaw il-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej), fiæ-æewġ ispezzjonijiet uffiċjali magħmula darba fil-ġimgħa matul it-tliet ġimgħat ta' qabel ma ċċaqalqu minn dan il-post ta' produzzjoni u fil-proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perijodu msemmi. L-aħħar spezzjoni ta' l-ispezzjonijiet ta' darba fil-ġimgħa msemmija hawn fuq għandha ssir immedjatament qabel iċ-ċaqliq msemmi hawn fuq. | IRL, P (Alentejo, Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste u Trás-os-Montes), FI, S, UK |

24.2.Pjanti ta' Euphorbia pulcherrima Willd., maħsuba biex jinæergħu, għajr:ærieragħ,dawk li għalihom se jkun hemm prova li bil-mod kif ikunu ppakkjati, bil-fjuri (jew skaldi) jew b'mezzi oħra, li huma destinati għall-bejgħ lill-konsumaturi finali li m'humiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti,dawk speċifikati fl-24.1 | Mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV (A)(I)(45.1), fejn xieraq, dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw minn arja magħrufa li hi ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej),jew(b)l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ma ġie osservat fi pjanti fil-post ta' produzzjoni waqt ispezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul id-disa' ġimgħat qabel il-bejgħ,jew(ċ)f'kaæijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) tinstab fil-post ta' produzzjoni, il-pjanti, li næammu jew ġew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni ħadu trattament xieraq biex jassigura ħelsien minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni nstab ħieles minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-proċeduri xierqa bl-iskop li jeradikaw il-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej), waqt iæ-æewġ spezzjonijiet uffiċjali magħmula darba fil-ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel iċ-ċaqliq minn dan il-post ta' produzzjoni u fil-proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perijodu msemmi. L-aħħar spezzjoni mill-ispezzjonijiet ta' darba fil-ġimgħa msemmija hawn fuq msemmija għandha ssir immedjatament qabel iċ-ċaqliq msemmi hawn fuq,u(d)ikun hemm prova li l-pjanti ġew prodotti minn tirqid li:(da)joriġinaw minn arja magħrufa li hi ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej),jew(db)tkabbru f'post ta' produzzjoni fejn l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ma ġew osservati f'ispezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas darba kull tliet ġimgħat waqt il-perijodu sħiħ ta' produzzjoni ta' dawn il-pjanti,jew(dc)(dċ) f'kaæijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) instab tkun instabet fil-post ta' produzzjoni, jew fuq pjanti miæmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni dan ikun ħa trattament xieraq biex jassigura l-ħelsien minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni ikun instab ħieles mill-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bl-iskob li jeradikaw l-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej), waqt æewġ ispezzjonijiet uffiċjali magħmula darba fil-ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel iċ-ċaqliq minn dan il-post ta' produzzjoni u fil-proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perijodu msemmi. L-aħħar spezzjoni mill-ispezzjonijiet ta' darba f'ġimgħa msemmija hawn fuq għandha ssir immedjatament qabel iċ-ċaqliq msemmi hawn fuq | IRL, P (Alentejo, Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste u Trás-os-Montes), FI, S, UK |

24.3.Pjanti tal-Begonia L., maħsuba biex jinæergħu, għajr ærieragħ, tuberi u basal tal-qasab, u pjanti ta' Ficus L. u Hibiscus L., maħsuba biex jinæergħu, għajr ærieragħ, barra minn dawk li għalihom għandu jkun hemm prova bil-mod kif inhuma ppakkjati bl-iævilupp tal-fjuri tagħhom jew b'mezzi oħra li huma destinati għal bejgħ lill-konsumaturi finali, u mhux lil dawk involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti. | Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV (A)(I)(45.1), fejn xieraq, dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti joriġinaw minn arja magħrufa li hi ħielsa minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej),jew(b)l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) ma ġew osservati fi pjanti fil-post ta' produzzjoni f'ispezzjonijiet uffiċjali magħmula mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul id-disa' ġimgħat qabel il-bejgħ,jew(ċ)f'kaæijiet fejn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) tinstab fil-post ta' produzzjoni, il-pjanti, miæmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni ħadu trattament xieraq biex jassigura ħelsien minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni nstab ħieles minn Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tal-proċeduri xierqa bil-ħsieb li jeradikaw il-Bemisia tabaci Genn. (popolazzjonijiet Ewropej), fiæ-æewġ ispezzjonijiet uffiċjali magħmula darba fil-ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel iċ-ċaqliq minn dan il-post ta' produzzjoni u fil-proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perijodu msemmi. L-aħħar spezzjoni mill-ispezzjonijiet ta' darba fil-ġimgħa msemmija hawn fuq għandha tkun saret immedjatament qabel iċ-ċaqliq msemmi hawn fuq. | IRL, P (Alentejo, Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Madeira, Ribatejo e Oeste u Trás-os-Montes), FI, S, UK" |

20. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 25.1 huwa mħassar.

21. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 25.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"25.Pjanti ta' Beta vulgaris L., destinati għall-ipproċessar industrijali | Dikjarazzjoni uffiċjali li: (a)il-pjanti huma trasportati b'mod li jassigura li ma jkun hemm l-ebda riskju li jixtered l-BNYVV, u huma maħsuba li jitwasslu f'impjant ta' proċessar b'faċilitajiet approvati ta' rimi ta' skart, li jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' tixrid ta' BNYVV,jew(b)il-pjanti tkabbru f'arja fejn huwa magħruf li l-BNYVV ma tinstabx | DK, F (Brittanja), IRL, P (Azores), FI, S, UK (Irlanda ta' Fuq)" |

22. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"26.Ħamrija mix-xitla tal-pitravi u skart mhux sterilizzat mix-xitla tal-pitravi (Beta vulgaris L.) | Dikjarazzjoni uffiċjali li l-ħamrija jew l-iskart: (a)ikunu ġew ittrattati biex tkun eliminata l-kontaminazzjoni ta' BNYVV,jew(b)huma maħsuba li jkunu trasportati għar-rimi b'mod approvat uffiċjalment,jew(ċ)ġejjin minn pjanti Beta vulgaris imkabbra f'arja fejn huwa magħruf li l-BNYVV ma nstabx | DK, F (Brittanja), IRL, P (Azores), FI, S, UK (Irlanda ta' Fuq)" |

23. Fl-Anness IV, Parti B, il-punt 30, it-test fil-kolonna tan-nofs huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) Il-makkinarju għandu jkun imnaddaf u meħlus mill-fdal tal-ħamrija u tal-pjanti meta jinġieb f'postijiet ta' produzzjoni fejn jitkabbru x-xtieli tal-pitravi,

jew

(b) il-makkinarju jkun ġej minn arja fejn huwa magħruf li l-BNYVV ma tinstabx"

24. Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 2.1, dan li ġej huwa miżjud:

"u pjanti oħra ta' speċi erbaċeji, għajr pjanti tal-familja Gramineae, maħsuba biex jinżergħu, u għajr basal ta' xi ħxejjex, basal tal-qasab, riżomi, żrieragħ u tuberi"

25. Fl-Anness V, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 1.6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.6. Pjanti ta' Beta vulgaris L., destinati għall-ipproċessar industrijali"

26. Fl-Anness V, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 1.7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.7. Ħamrija mix-xitla tal-pitravi u mill-iskart mhux sterilizzat tax-xitla tal-pitravi (Beta vulgaris L.)"

27. Fl-Anness V, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.1. Pjanti tal-Begonia L., destinati biex jinżergħu, għajr basal tal-qasab, żrieragħ, tuberi, u pjanti ta' Euphorbia pulcherrima Willd., Ficus L. u Hibiscus L., destinati biex jinżergħu, għajr żrieragħ"

28. Fl-Anness V, Parti B, Sezzjoni I, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— Castanea Mill., Dendranthema (DC) Des. Moul., Dianthus L., Gypsophila L., Pelargonium l'Herit. ex Ait, Phoenix spp., Populus L., Quercus L., Solidago L. u fjuri maqtugħa ta' Orchidaceae,

— koniferi (Coniferales),

— Acer saccharum Marsh., li joriġinaw f'pajjiżi ta’ l-Amerka ta' Fuq,

— Prunus L., li joriġina f'pajjiżi mhux Ewropej,

— fjuri maqtugħa ta' Aster spp., Eryngium L., Hypericum L., Lisianthus L., Rosa L. u Trachelium L., li joriġinaw f'pajjiżi mhux Ewropej,

— ħaxix imwerraq ta' Apium graveolens L. u Ocimum L."

29. Fl-Anness V, Parti B, Sezzjoni I, il-punt 3, fl-ewwel inċiż, dan li ġej huwa miżjud:

"Momordica L. u Solanum melongena L."

30. Fl-Anness V, Parti B, Sezzjoni I, il-punt 7(b), it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Ħamrija u materjal ta’ kultivazzjoni, li jikkonsisti għal kollox jew in parti minn materjal speċifikat f'(a) jew li jikkonsisti in parti minn xi sustanza inorganika, maħsuba biex tgħin il-vitalità tal-pjanti, li joriġinaw fi:

- Ċipru, Malta, it-Turkija,

- il-Bjelorussja, l-Estonja, il-Ġeorġja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, ir-Russja, l-Ukrajna,

- pajjiżi mhux Ewropej, għajr l-Alġerija, l-Eġittu, l-Israel, il-Libja, il-Marokk, it-Tuneżija"

31. Fl-Anness V, Parti B, Sezzjoni II, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. Pjanti ta' Beta vulgaris L., destinati għall-ipproċessar industrijalI"

32. Fl-Anness V, Parti B, Sezzjoni II, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Ħamrija mix-xitla tal-pitravi u minn skart mhux sterilizzat mix-xitla tal-pitravi (Beta vulgaris L.)"

--------------------------------------------------