32002D0835



Official Journal L 294 , 29/10/2002 P. 0044 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-30 ta' Settembru 2002

li tadotta programm speċifiku għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni:"Strutturar tal-Qasam tar-Riċerka Ewropea" (2002-2006)

(2002/835/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 166 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Minħabba li:

(1) Skond L-Artikolu 166(3) tat-Trattat, Deċiżjoni Nru 1513/2002f KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill dwar il-Programm tas-Sitt Infrastruttura tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni, li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-Qasam Ewropej tar-Riċerka u għal innovazzjoni (2002-2006) [4] (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "l-programm ta' infrastruttura") għandha tkun implimentata permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissaw it-tul ta' żmien tagħhom u jipprovdu għal mezzi meqjusa bħala meħtieġa.

(2) Il-programm ta' infrastruttura huwa mfassal fi tliet blokki prinċipali ta' attivitajiet, 'iffukar u integrazzjoni ta' riċerka tal-Komunità, "strutturar tal-Qasam Ewropew tar-Riċerka" u "tisħiħ tal-pedamenti tal-Qasam Ewropew tar-Riċerka", li t-tieni wieħed minnhom għandu jkun implimentat minn dan il-programm speċifiku.

(3) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka, u universitajiet u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka, għall-programm ta' infrastruttura (minn hawn 'il quddiem imsejħa r-regoli għall-parteċipaazzjoni u tixrid) għandhom japplikaw għal dan il-programm.

(4) Kif maħsub fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu konkludew il-fteħim meħtieġ għal dan l-iskop, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' fejda reċiproka, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-koperazzjoni xjentifika.

(5) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, l-enfasi għandha tingħata lill-ħtigijiet tal-SMEs u ta' l-inkoraġġiment għal parteċipazzjoni tagħhom.

(6) Attvitajiet ta' riċerka esegwiti taħt dan il-programm għandhom jirrispettaw prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li, riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, huma Drittijiet ta' l-Unjoni Ewropea.

(7) Wara l-Komunikat tal-Kummissjoni "Nisa u x-Xjenza", r-Risoluzzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1999 dwar in-nisa u x-xjenza [5] u r-Risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2000 dwar din l-iskema, pjan ta' azzjoni qiegħda tiġi implimentata sabiex issaħħaħ u żżid il-parti u r-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka, u tinħtieġ iżjed azzjoni mkabbra.

(8) Se titħeġġeġ parteċipazzjoni fl-attivitiajet ta' dan il-programm bil-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kontenut, kundizzjonijiet u proċeduri li għandhom isiru disponibbli f'waqthom u bil-mod u bl-akbar reqqa għal parteċipanti potenzali, inklużi dawk minn pajjiżi Assoċjati Kandidati u pajjiżi oħrajn Assoċjati. Attivitajiet speċifiċi ser jitniedu biex isaħħu l-parteċipazzjoni ta' xjentisti u istituzzjonijiet minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, pajjiżi tal-Mediterran inklużi l-Balkani tal-Punent kif ukoll ir-Russja u l-Istati li ma ilhomx Independenti (NIS).

(9) Dan il-programm għandu jkun implimentat b'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, waqt li jagħti każ ta' l-interessi partikolari tal-politika tan-nies, tax-xjenza u fl-industrija li jużawh, u tal-Komunità. L-attivitajiet ta' riċerka mnedija taħt il-programm għandhom ikunu adattati fejn xieraq għall-ħtiġijiet tal-politika tal-Komunità, kif ukoll ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

(10) Ghandha titħaffef il-parteċipazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda fl-azzjonijiet tal-Komunità tar-Riċerka, Teknoloġija u Żvilupp bl-użu ta' mekkaniżmi xierqa adottati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom.

(11) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468(KE) tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(12) Il-Kummissjoni għandha eventwalment tirranġa għal xi valutazzjoni independenti bażata fuq data ta' implimentazzjoni komprensiva li għandha titmexxa dwar l-attivitajiet li jsiru fl-oqsma fi ħdan dan il-programm waqt li żżomm f'moħħha l-kontribuzzjoni tagħha għall-ħolqien ta' Żona Ewropea ta' Riċerka, li tiġi esegwita fi spirtu ta' onestà b'rispett għall-partiċipanti kollha rilevanti.

(13) Il-Kumitat Xjentifiku u ta' Riċerka Teknika (CREST) kien ikkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-programm,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Skond Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-programm ta' infrastruttura"', programm speċifiku dwar l-istrutturar taż-żona ta' riċerka (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala "il-programm speċifiku") huwa hawnhekk adottat għall-perjodu mit-30 ta' Settembru 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. L-oġġettivi u prioritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi għall-programm speċifiku huma elenkati fl-Anness 1.

Artikolu 2

Skond l-Anness II għall-programm ta' infrastruttura, l-ammont meqjus meħtieġ għall-esekuzzjoni tal-programm speċifiku għandu jkun 2605 miljuni EUR, inkluż massimu ta' 6,0 % għall-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni. Analiżi indikattiva ta' dan l-ammont jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-attivitajiet kollha ta' riċerka esegwiti taħt il-programm speċifiku għandhom jitħaddmu f'konformità ma' prinċipji fundamentali ta' etika.

Artikolu 4

1. Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-programm speċifiku għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tal-programm ta' infrastruttura.

2. L-Istrumenti għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku huma spjegati ċar fl-Annessi I u III għall-programm ta' infrastruttura u deskritt fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

3. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u għat-tixrid għandhom japplikaw għall-programm speċifiku.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiddisinja programm ta' xogħol għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri f'akbar dettall l-oġġettivi u prioritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi elenkati fl-Anness I, u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni.

2. Il-programm ta' xogħol għandu jikkunsidra l-attivitajiet relevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, Stati Assoċjati Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali. Għanda tkun aġġornata fejn xieraq.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri segwenti:

- il-formazzjoni u l-aġġornar tal-programm tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 5(l), inklużi l-istrumenti li għandhom jintużaw fuq bażi ta' priorità u kwalunkwe tibdil sussegwenti għall-użu tagħhom kif ukoll il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti u l-kriterji ta' l-evalwazzjoni u għażla li għandhom jiġu applikati;

- approvazzjoni tal-finanzjament ta' l-azzjonijiet tal-RTD (Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku) fejn l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni tal-Komunità taħt dan il-programm huwa ta' EUR 0,6 miljuni jew akbar;

- il-formazzjoni tat-termini ta' referenza għall-istimi esterni maħsub fl-Artikolu 6(2) tal-programm ta' infrastruttura;

- kwalunkwe tibdil għall-estimi indikattivi ta' l-ammont kif elenkati fl-Anness II.

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku skond l-Artikolu 4 tal-programm ta' infrastruttura; informazzjoni dwar l-aspetti finanzjari għandhom ikunu inklużi.

2. Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-monitoraġġ indipendenti u stimi maħsuba fl-Artikolu 6 tal-programm ta' infrastruttura li għandhom jitmexxew dwar l-attivitajiet fl-oqsma li jaqgħu taħt dan il-programm speċifiku.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Bendtsen

[1] ĠU C 181 E, tat-30.7.2002, p. 72.

[2] Opinjoni mwassla t-12 ta' Ġunju 2002 (s'issa mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 221, tas-17.9.2002, p. 97.

[4] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1.

[5] ĠU C 201, tas-16.7.1999, p. 1

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

OĠĠETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI U STRUTTURA ĠENERALI TA' L-ATTIVITAJIET

1. Introduzzjoni

Dan il-programm se jieħu ħsieb numru ta' punti importanti dgħajfa li huma evidenti fl-oqsma kollha tar-riċerka Ewropea u li x'aktarx għad ikollhom effetti progressivament aktar importanti fuq il-kapacità ta' l-UE li tilħaq l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini tagħha aktar ma' l-ekonomiji u-soċjetajiet tagħha jsiru aktar ibbażati fuq l-informatika.Huwa sejjer:

- iżid ix-xejra, fil-livelli kollha, li tibdel ir-riċerka f'innovazzjoniet aktar utili u kummerċjalment siewja;

- jippromwovi l-iżvilupp tar-riżorsi umani li jikkostitwixxu l-materjal mhux maħdum li dwaru l-kapaċitajiet ta' riċerka għandhom jinbnew, kif ukoll il-mobilità ta' riċerkaturi - u l-għerf u l-ħila tagħhom – bejn pajjiżi Ewropej u għal ġo l-Ewropa u minn barra;

- jistimulaw l-iżvilupp u t-titjib ta' l-infrastrutturi tar-riċerka ta' l-ogħla kwalità fuq bażi aktar razzjonali u b'nefqa ġustifikata mill-benefiċċji, u l-faċilitijiet u r-riżorsi relatati jagħmluhom aktar disponibbli kullimkien għal ħaddiema fir-riċerka barra mill-Ewropa li jistgħu jibbenefikaw minnhom;

- jiżviluppaw il-mezzi aktar effettivi għal komunikazzjoni u djalogu bejn ir-riċerka u ċ-ċittadini in ġenerali, biex jgħinu lis-soċjetà kollha kemm hi jkollha influwenza aktar kostruttiva dwar l-iżvilupp u t-tmexxija tax-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-ġejjieni [1].

Min-natura tagħhom u mezzi ta' implimentazzjoni, l-attivitajiet esegwiti fi ħdan dan il-programm huma applikabbli għall-oqsma kollha tar-riċerka u t-teknoloġija. Huma għandhom sejħiet speċifiċi, distinti minn, u komplimentari għal, l-attivitajiet implimentati fi ħdan bċejjeċ ohra tal-programm ta' infrastruttura, notevolment dawk fi ħdan il-programm imsejjaħ "L-Integrazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea ta' Riċerka" fiż-żoni tematiċi ta' priorità interdixxiplinarji għal riċerka tal-UE f'dak il-programm, u attenzjoni ser tingħata biex tiġi assigurata koerenza magħhom.

Din ir-relazzjoni komplimentarja se tkun riflessa:

- fid-dispożizzjonijiet imtejba għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u t-trasferiment ta' informatika li tiġi mill-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet fi ħdan dan il-programm, li jkunu japplikaw, fost oħrajn, għaż-żoni ta' priorità tematika ta' riċerka, kif ukoll infrastrutturi ta' riċerka ta' applikazzjoni wiesgħa, inklużi dawk li jaqsma l-fruntieri bejn żona ta' prijorità;

- l-użu, kif xieraq, ta' metodi u għodda konsistenti biex jippromwovu innovazzjoni permezz tar-riċerka u sabiex jirrikonċiljaw riċerka aħjar mat-tħassib tas-soċjetà, kif ukoll oqsma konsistenti għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fuq ir-riżorsi umani, appoġġ ta' l-infrastruttura u li tkun assigurata kondotta etika tar-riċerka, li tista' tkun implimentata, fost oħrajn, fil-kuntest ta' proġetti integrati u networks ta' eċċellenza.

Se tkun imħegga l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati f'dan il-programm.

Waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u fl-attivitajiet ta' riċerka li joħorġu minnha, prinċipji ta' etika fundamentali għandhom ikunu rispettati. Dawn jinkludu l-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, protezzjoni tad-dinjità umana u tal-ħajja umana, protezzjoni ta' l-informazzjoni personali u privatezza, kif ukoll ta' l-annimali u l-ambjent skond il-liġijiet tal-Komunità u konvenzjonijiet relevanti internazzjonali u kodiċi ta' mġieba, per eżempju, id-Dikjarazzjoni ta' Helsinki fl-aħħar verżjoni tagħha, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet Umani u Biomediċina firmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-Protokoll Addizzjonali dwar il-Projbizzjoni ta' l-ikklonjar ta' Esseri Umani firmata f'Pariġi fit-12 ta' Jannar 1998, il-Konvenzjoni tal ĠM fuq id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma Uman u Drittijiet Umani adottati mill-Unesco, u r-risoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

L-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bioteknoloġija (1991-1997) u l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u Teknoloġiji Ġodda (minn 1998 'il quddiem) ser jiġu kunsidrati.

Parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom jikkonformaw ma' leġislazzjoni u regolamenti fil-pajjiżi fejn ir-riċerka tkun ser titwettaq. Fejn xieraq, parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati relevanti ta' l-etika qabel il-bidu ta' l-attivitajiet ta' l-RTD (Riċerka u Żvilupp tat-Teknoloġija). Rivista etika ġdida ser tkun implimentata sistematikament għal proposti li jittrattaw kwistonijiet sensittivi bħal dan. F'każi speċifiċi, rivista etika tista' tinżamm waqt l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-oqsma tar-riċerka msemmija hawn taħt ma jkunux iffinanzjati taħt dan il-programm:

- attivitajiet ta' riċerka mmirata fuq l-ikklonjar uman bi skopijiet riproduttivi;

- attivitajiet ta' riċerka intiżi biex jimmodifikaw in-nisel ġenetiku ta' esseri umani u li jistgħu jirrendu tibdiliet bħal dawn ikunu jistgħu jintirtu [2];

- attivitajiet ta' riċerka intiżi biex joħolqu embrijoni umani esklusivament għall-iskop ta' riċerka jew biex jiksbu ċellula tan-nisel, inkluż dak bil-mezz ta' trasferiment nukleari ta' ċellula somatika.

Skond il-protokoll ta' Amsterdam dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali, esperimenti fuq l-annimali għandhom jinbidlu b'mezzi alternattivi kull fejn ikun possibli. Tbatija minn annimali għandha tiġi evitata jew miżmuma kemm jista' jkun. Din partikolarment tapplika (skond id-Direttiva 86/609/KEE) [3] għall-esperimenti fuq l-annimali li jinvolvu speċi li huma l-eqreb għall-esseri umani. Tibdil fil-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-ikklonjar ta' l-annimali jista' jitqies biss jekk l-iskop huwa etikament ġustifikat u l-kundizzjonijiet huma dawk li l-ġid ta' l-annimali huwa garantit u l-prinċipji tal-biodiversità huma rispettati.

2. Riċerka u innovazzjoni

Objettivi

Il-mira inklussiva hi li tikseb titjib tanġibbli fl-innovazzjoni Ewropea, fit-terminu qasir, medju u fit-tul, billi tistimula integrazzjoni aktar siewja bejn riċerka u innovazzjoni, u titħabat għal politika aktar koerenti u mixħuta lejn l-innovazzjoni u ambjent regolatorju ma' l-Unjoni Ewropea kollha.

Għal dan il-għan, u skond l-miri tal-Komunikat tal-Kummissjoni imsejjaħ "Innovazzjoni f'ekonomija xprunata mill-Informatika", attivitajiet se jkunu implimentati f'għadd ta' oqsma speċifiċi li huma komplimentari u li jsostnu lil xulxin, ġo fihom infushom u bl-azzjonijiet imwettqa taħt it-titlu "L-Integrazzjoni u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea ta' Riċerka". Huma se jiffokaw fuq it-titjib tal-għerf, il-ftehim u kapaċitajiet ta' l-operaturi involuti – ħaddiema fir-riċerka, industrijalisti, investituri, awtoritajiet f'livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali, u oħrajn – billi jinkoraġġixxu azzjonijiet reċiproċi aktar intensivi u produttivi bejniethom, u billi jipprovdu informazzjoni u servizzi strateġiċi, kif ukoll jiżviluppaw metodoloġiji u għodda ġdida, biex jgħinuhom fl-isforzi partikolari tagħhom. Prinċipju li huwa bażi ta' dawn l-azzjonijiet huwa li l-innovazzjoni ma tistax tkun mifruda mir-riċerka; bl-azzjoniet iservu biex jirrinfurzaw dak li ħoloq bejn riċerka u innovazzjoni, mill-punt tal-konċezzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka, sat-tmiem tal-perjodu tar-realizzazzjoni tagħhom.

Biex isaħħu l-effett ta' l-istrutturar tagħhom fl-Ewropa, dawn l-attivitajiet, fejn xieraq, sejrin jitwettqu b'koperazzjoni ma' fora jew organizzazzjonijiet oħrajn f'livell reġjonali, nazzjonali jew Europew, bħal Bank Ewropew ta' l-Investimenti (EIB) u l-Fond Ewropew ta' l-Investment (EIF) fil-kuntest ta' l-"Inizjattiva fl-Innovazzjoni 2000", kif ukoll f'kordinazzjoni ma' miżuri ta' fondi strutturali f'dan il-qasam.

Attivitajiet maħsuba

(a) Ikkonnettjar ta' l-operaturi u utenti u l-inkoraġġiment ta' l-interazzjoni bejniethom

L-effiċjenza ta' l-azzjoni reċiproka tas-sistemi ta' innovazzjoni jiddependu fuq l-intensità ta' l-interazzjonijiet u skambji bejn l-operaturi konċernati. In-networks Ewropej involuti f'din l-attività sejrin, fost affarijiet oħra, ikollhom l-iskop li jinkoraġġixxu l-lok fejn jiltaqgħu flimkien ir-riċerka u l-industrija u l-kummerċ mal-finanzi. L-attivitajiet jikkonċernaw l-inkoraġġiment u validazzjoni ta' inizjattivi lokali u reġjonali biex jippromwovu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi innovativi; l-involviment ta' utenti fil-proċess ta' innovazzjoni; bidla ta' prattiċi tajba u l-implimentazzjoni ta' koperazzjoni 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali li se tkun supplimentata bl-involviment ta' universitajiet, inkubaturi, fondi ta' investimenti spekulattivi, eċċ.; u l-aħjar użu ta' prattiċi fejn jirrigwardaw il-komunikazzjoni, taħriġ, trasferiment u qsim ta' għerf bejn universitajiet, negozji u d-dinja finanzjarja.

(b) L-inkoraġġiment tal-koperazzjoni bejn ir-reġjuni

Il-livell reġjonali huwa l-aktar wieħed adattat biex jiġbor flimkien l-istrateġiji ta' innovazzjoni l-aktar adattati u programmi li jinvolvu l-operaturi lokali prinċipali. L-iskop ta' din l-attività, biex tiġi esegwita f'koperazzjoni ma' attivitajiet fil-kuntest ta' politika reġjonali u l-Fondi Strutturali, ser ikun:

- li jippromwovi tibdil ta' informazzjoni dwar temi relattati ma' innovazzjoni speċifika;

- li jħaffef trasferimenti ta' prattiċi tajbin u jistabbilixxu l-istrateġiji ta' innovazzjoni fir-reġjuni f'pajjiżi li qegħdin fil-proċess li jidħlu fl-UE u

- li jinkoraġġixxi l-attwazzjoni ta' skemi jew miżuri f'livell reġjonali u ta' bejn regjuni, u li wrew suċċess f'livell Ewropew.

(ċ) Esperimentazzjoni b'għodda u metodi ġodda

L-iskop ta' dawn l-attivitajiet huwa li wieħed jesperimenta b'kunċetti ġodda ta' innovazzjoni u metodi li jindirizzaw punti partikolarment kritiċi fil-proċess ta' innovazzjoni.Dawn l-attivitajiet jikkonċernaw:

- l-esperimentazzjoni fuq skala Ewropea b'kunċetti ġodda applikati f'ambjent nazzjonali jew reġjonali biex jippromwovi innovazzjoni u t-twaqqif ta' negozji innovattivi;

- analiżi tal-potenzal għar-riproduzzjoni u/jew sfruttament ta' metodi, għodda jew riżultati pruvati, f'sitwazzjonijiet ġodda;

- twaqqif ta' pjattaformi integrati biex jagħmluha possibbli li jdaħħlu u jferrxu għerf u teknika dwar il-proċessi soċjo-tekniċi ta' innovazzjoni.

(d) Twaqqif ta' servizzi u l-konsolidazzjoni tagħhom

It-twaqqif taż-Żona Ewropea ta' Riċerka u l-integrazzjoni gradwali tas-sistemi ta' innovazzjoni fl-Ewropa jehtieġu provvista ta' informazzjoni u servizzi li jmorru 'l hinn mill-frammentazzjoni nazzjonali eżistenti. L-attivitajiet li għandhom isiru jikkonċernaw:

- is-servizz ta' informazzjoni fuq ir-riċerka u innovazzjoni CORDIS, li ser tkun supplimentata minn medja oħra sabiex jintlaħqu varji popolazzjonijiet fil-mira;

- in-network ta' ċentri ta' trasmissjoni ta' innovazzjoni, li l-medda ġeografika tagħhom se tibqa' tkun estiża, u li se tkun supplimentata minn strumenti li jinkoraġixxu t-trasferiment ta' għerf u teknoloġiji u

- servizzi ta' informazzjoni u appoġġ fl-oqsma bħal proprjetà intellettwali jew industrijali u aċċess għall-finanzjament ta' l-innovazzjoni.

(e) Tkattir ta' informazzjoni ekonomika u teknoloġika.

Fl-ekonomija bażata fuq l-informatika, l-informazzjoni ekonomika u teknoloġika hija komponent vitali ta' l-istrateġiji tar-riċerka u innovazzjoni kompetittiva. L-attivitajiet li għandhom jitwettqu se jikkonċentraw fuq l-operaturi ta' l-innovazzjoni: SMEs (intrapriżi żgħar u medji), imprendituri, riċerkaturi u investituri. Huma sejrin jinvolvu l-aktar lill-intermedjarji li jaħdmu ma'/għal dawn l-operaturi kif ukoll organizzazzjonijiet b'kompetenza fl-informazzjoni ekonomika u teknoloġika. Sejrin jikkonċentraw fuq temi xjentifiċi u teknoloġiċi speċifiċi jew setturi industrijali, u jistgħu jikkonċernaw:

- promozzjoni ta' innovazzjoni fl-SMEs, partikolarment permezz ta' attivitajiet immirati fuq it-tħaffif tal-parteċipazzjoni fil-programmi ta' riċerka tal-Komunità;

- appoġġ għall-attivitajiet dwar il-ġbir, analiżi u tixrid ta' informazzjoni dwar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, applikazzjonijiet u swieq li jistgħu jkunu ta' għajnuna għal min għandu xi interessi involuti, u

- identifikazzjoni u tixrid ta' l-aħjar prattika dwar l-informazzjoni ekonomika u teknoloġika.

(f) L-Analiżi u l-evalwazzjoni fl-innovazzjoni ta' proġetti ta' riċerka tal-Komunità

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fil-kuntest ta' proġetti tal-Komunità, partikolarment fin-networks ta' eċċellenza u proġetti integrati, jikkostitwixxu għajn kotrana ta' informazzjoni dwar ostakoli għall-innovazzjoni u l-prattika li għandha tintuża biex wieħed jegħlibhom. L-analiżi li ssir wara dawn il-prattiċi tikkonċerna:

- Il-ġbir u analiżi ta' informazzjoni dwar miżuri meħuda biex jippromwovu innovazzjoni fi proġetti tal-Komunità, kif ukoll l-ostakoli faċċati u l-azzjoniet meħtieġa biex jitneħħew;

- il-paraguni ta' l-esperjenza miksuba minn proġetti tal-Komunità bil-lezzjonijiet mgħallma minn programmi oħra nazzjonali jew intergovernattivi u l-validazzjoni tal-informazzjoni miksuba u

- it-tixrid attiv ta' din l-informazzjoni fost negozji u parteċipanti fil-ħolqien u utilizazzjoni ta' l-għerf.

3. Riżorsi Umani u l-Mobbilità

Is-soċjetajiet ta' llum ibbażati fuq it-tagħrif jiddependu ħafna fuq il-ħila tagħhom li jipproduċu, jittrasferixxu u jutilizzaw it-tagħrif. Dan jeħtieg l-organizzazzjoni ta' riżorsi konjittivi, l-ewwel fosthom riċerka fil-Komunità. Il-mira strateġika ġenerali ta' l-attività fir-Riżorsi Umani u Mobbilità hija li tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' riżorsi, abbundanti, dinamiċi u aktar effettivi fis-sistema tar-riċerka Ewropea, meta wieħed jikkunsidra d-dimensjoni internazzjonali inerenti tar-riċerka.

Il-mobbilità tal-ħaddiema fir-riċerka titmexxa 'l quddiem bl-iskop tal-ħolqien tal-qasam Ewropew tar-Riċerka li jirnexxi. Dan jinvolvi għadd ta' azzjonijiet koerenti, ibbażati prinċipalment fuq l-iffinanzjar ta' skemi għal mobbilità strutturata għar-riċerkaturi. Dawn ikunu l-aktar mixħuta lejn l-iżvilupp u t-trasferiment ta' kompetenzi fir-riċerka, il-konsolidazzjoni u twessiegħ ta' prospetti fil-karrieri tar-riċerkaturi u l-promozzjoni ta' eċċellenza fir-riċerka Ewropea. Marie Curie, l-isem magħruf kullimkien, ser japplika għall-azzjoniet kollha konċernati.

L-attività tkun miftuħa għall-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika li jikkontribwixxu għal miri RTD tal-Komunità. Madankollu, sabiex jirrispondu għall-evoluzzjoni tal-ħtigijiet ta' l-Ewropa f'dan il-qasam, il-possibbiltà li jiġu rfinuti l-prioritajiet dwar, per eżempju, dixxiplini xjentifiċi, reġjuni parteċipanti, tipi ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka, u l-potenzal tar-riċerkaturi fil-mira, speċjalment nisa u riċerkaturi aktar żghażagħ jinżammu, u jieħdu in-kunsiderazzjoni miżuri li jittiehdu biex jinħolqu sinerġiji fil-qasam ta' l-edukazzjoni avanzata fl-Ewropa.

Attenzjoni tingħata lill:

- parteċipazzjoni tan-nisa fl-azzjonijiet kollha, u miżuri xierqa biex jippromwovu bilanċ aktar ġust bejn l-irġiel u n-nisa fir-riċerka;

- iċ-ċirkostanzi relattati mal-mobbilità, partikolarment dwar il-familja, żvilupp ta' karriera u lingwi; u

- l-iżvilupp ta' attività fir-riċerka fir-reġjuni inqas ixxurtjati ta' l-UE u tal-pajjiżi Kandidati Assoċjati, u għal ħtieġa ta' koperazzjoni mkabbra u aktar effettiva bejn dixxiplini ta' riċerka u bejn id-dinja tat-tagħlim u l-industrija, inklużi l-SMEs.

Bl-iskop li jissaħħaħ aktar il-potenzal uman għar-riċerka Ewropea, din l-attività tipprova tħajjar l-aħjar riċerkaturi u l-aktar promettenti minn pajjiżi terzi [4], tippromwovi t-taħriġ għal riċerkaturi Ewropej barra minn pajjiżhom u tistimula r-ritorn ta' xjentisti Ewropej stabbiliti barra l-Ewropa.

Azzjonijiet li għandhom jittieħdu

Erba' linji ta' azzjoni ser jiġu implementati.

(a) Azzjonijiet Mibdija Internament

Din l-ewwel linja hija immirata biex tagħti l-appoġġ lil networks ta' riċerka, organizzazzjonijiet u intrapriżi ta' riċerka (inklużi partikolarment l-SMEs), il-forniment ta' skemi globali strutturati għat-taħriġ 'il hinn mill-fruntieri nazzjonali u l-mobbilità tar-riċerkaturi, u l-iżvilupp u t-trasferiment ta' kompetenzi fir-riċerka inklużi dawk relattati ma' l-immaniġġjar u l-etika tar-riċerka. L-azzjonijiet ikkonċernati huma maħsuba li jkollhom effett qawwi fl-istrutturar tas-sistema Ewropea tar-riċerka, partikolarment billi jinkoraġgixxu riċerkaturi inqas imlaħħqa biex ifittxu karriera fir-riċerka.

Elementi ta' taħriġ f'din il-linja jkunu diretti lejn ir-riċerkaturi fl-ewwel stadji (tipikament l-ewwel erba' snin) tal-karrieri tagħhom fir-riċerka, bħal dawk li qed jistudjaw għal dottorat, waqt li t-trasferiment ta' kompetenzi u għerf jinvolvu ħaddiema b'aktar esperjenza fir-riċerka. Dawn l-azzjonijiet huma intiżi wkoll biex jinkoraġixxu mobbilità bejn setturi differenti.

- Networks Marie Curie ta' Taħriġ fir-Riċerka – Dawn jipprovdu l-mezzi lil timijiet ta' riċerka ta' statura internazzjonali magħrufa biex jaħdmu flimkien, fil-kuntest ta' proġett kollaborattiv determinat sew, sabiex jifformula u jimplimenta programm strutturat ta' taħriġ għal ħaddiema f'qasam partikolari tar-riċerka. Networks jipprovdu struttura maqgħuda iżda flessibbli għat-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema fir-riċerka, speċjalment fl-istadji lejn il-bidu tal-karriera tagħhom fir-riċerka. In-networks jimmiraw ukoll biex jiksbu massa kritika ta' ħaddiema kwalifikati fir-riċerka, speċjalment f'oqsma li huma speċjalizzati ħafna u/jew frammentati; u biex jikkontribwixxu halli jingħelbu fruntieri istituzzjonali u dixxiplinari, notevolment permezz tal-promozzjoni ta' riċerka multidixxiplinarja. Huma jipprovdu wkoll mezz sempliċi u effettiv biex jinvolvu reġjuni inqas ixxurtjati ta' l-UE u tal-pajjiżi Msieħba Kandidati f'koperazzjoni f'riċerka Ewropea rikonoxxuta internazzjonalment.

L-isħab jingħataw awtonomija u flessibbilità sinifikanti fl-operazzjoni tan-networks fid-dettall.It-tul ta' żmien ta' network ta' kollaborazzjoni ikun tipikament ta' erba' snin, b'imsieħba assoċjati sa tliet snin, inklużi permanenzi ta' terminu qasir.-

- Il-Boroż Marie Curie Għal-Taħriġ fir-Ricerka Bikrija: Dawn jimmiraw lejn l-edukazzjoni avanzata u l-istituzzjonijiet ta' riċerka, ċentri ta' taħriġ u intrapriżi, bl-iskop li tissaħhaħ il-kapaċità tagħhom fit-taħriġ. L-iskema tkun immirata lejn ħaddiema fir-riċerka fl-istadji bikrija tal-karriera professjonali tagħhom, tiffoka fuq il-kisba ta' l-akkwist ta' kompetenzi speċifiċi xjentifikiċi u teknoloġiċi fir-riċerka, kif ukoll ta' kapaċitajiet kumplimentari. Dawk li għandhom jintgħażlu biex jilqgħu sħab għat-taħriġ jintgħażlu fuq il-bażi tal-qasam tagħhom ta' speċjalizzazzjoni fit-taħriġ fir-riċerka. Il-boroż għall-Assoċjati se jippermettulhom li jipparteċipaw għal tliet snin. L-iskema se taħdem ukoll biex tikseb attitudni aktar kordinata lejn it-taħriġ fost l-organizzazzjonijiet ikkonċernati, partikolarment bejn dawk involuti fi studji internazzjonali dottorali.

- Il-Boroż Marie Curie għat-Trasferiment tal-Għerf: Dawn jimmiraw lejn organizzazzjonijiet Ewropej (universitajiet, ċentri tar-riċerka, intrapriżi, eċċ) li jinħtieġu oqsma ġodda ta' kompetenza, kif ukoll lejn l-iżvilupp ta' kapaċitajiet aktar profondi fir-riċerka fir-reġjuni l-inqas ixxurtjati ta' l-UE u fil-pajjiżi Kandidati Assoċjati. Boroż ghat-trasferiment tal-Għerf se jipperrnettu r-riċerkaturi ta' esperjenza li jkunu milqugħa minn organizzazzjonijiet għat-trasferiment tal-Għerf bħal dawn, kompetenzi fir-riċerka u t-teknoloġija. Il-Boroż ikunu ta' tul ta' mhux aktar minn sentejn.

- Konferenzi u Korsijiet ta' Taħriġ Marie Curie: Dawn iħallu lill-ħaddiema iżgħar fir-riċerka jibbenefikaw mill-esperjenza ta' ħaddiema aktar anzjani fir-riċerka. Appoġġ jingħata lill-attivitajiet ta' taħriġ speċifiku (inklużi dawk virtwali) li jiġbdu l-attenzjoni fuq kisbiet u interessi partikolari Ewropej. Żewġ kategoriji ta' miżuri huma mistennija: l-ewwel tikkonċerna appoġġ għal serje koerenti ta' konferenzi ta' livell għoli u/jew korsijiet ta' taħriġ (skejjel tas-sajf, korsijiet ta' laboratorju, eċċ.) proposti minn organizzatur waħdani, u li jkopri tema speċifika waħda jew iżjed; it-tieni tinvolvi appoġġ għall-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi żgħażagħ f'konferenzi kbar magħżula għall-interess tagħhom speċifiku ta' taħriġ. Attivitajiet bħal dawn tipikament ikunu għal ftit jiem, imma jistgħu jkunu estiżi għal ftit ġimgħat, per eżempju fil-każ ta' skejjel tas-sajf.

(b) Azzjonijiet fuq Inizjattiva Individwali

Din it-tieni linja ta' azzjonijiet tikkonċerna l-appoġġ lill-ħaddiema individwali fir-riċerka, biex jilqgħu l-ħtiġijiet partikolari tagħhom bl-iskop li jikkumplimentaw kompetenzi individwali partikolarment f'termini ta' l-immaniġġjar tar-riċerka u tal-multidixxiplinarjetà, fil-proċess li tintlaħaq pożizzjoni ta' maturità u indipendenza professjonali. Hija tindirizza wkoll il-ħoloq bejn ħaddiema fir-riċerka minn pajjiżi Ewropej u minn pajjiżi terzi. Tinvolvi għadd ta' skemi organizzati skond l-oriġini u destinazzjoni ġeografika tal-ħaddiema fir-riċerka. Parteċipazzjoni f'dawn l-iskemi tkun miftuħa għal riċerkaturi b'mill-inqas erba' snin ta' esperjenza fir-riċerka, jew dawk f'pussess ta' dottorat.

- Boroż Marie Curie għal bejn l-Ewropej: Dawn ser jippermettu lill-ħaddiema l-aktar promettenti mill-UE u mill-pajjiżi Assoċjati li jidħlu għal taħriġ permezz ta' riċerka fl-organizzazzjonijiet Ewropej l-aktar addattati għall-ħtiġijiet individwali tagħhom. L-applikazzjoni ssir mis-sieħeb flimkien ma' l-organizzazzjoni li tkun qed tilqgħu. It-tema tkun magħżula liberalment mill-ħaddiema fir-riċerka f'kollaborazzjoni ma' min qed jilqagħhom, bl-iskop li jlesti jew jiddiversifika l-kompetenza tiegħu/tagħha. Dawn il-boroż ikunu għal tul ta' minn sena sa sentejn.

- Boroż Marie Curie għal Ħruġ Għal Taħriġ Internazzjonali: Dawn jingħataw lill-ħaddiema fir-riċerka mill-UE u minn pajjiżi Assoċjati biex jaħdmu f'ċentri stabbiliti f'pajjiż terz, biex b'hekk titwessa' l-esperjenza internazzjonali tagħhom fir-riċerka. Din l-iskema tinħtieġ sottomissjoni ta' programm ta' taħriġ individwali koerenti, li jinvolvi l-ewwel fażi barra, segwit mit-tieni fażi mandatorja, fl-Ewropa. Dan l-appoġġ għandu jippermetti perjodu ta' tul suffiċjenti.

- Boroż Marie Curie għal Dħul Għal Taħriġ Internazzjonali: Dawn jimmiraw biex jiġbdu ħaddiema ta' l-ogħla livell minn pajjiżi terzi biex jaħdmu fuq taħriġ ta' riċerka fl-Ewropa, bil-għan li jiżviluppaw koperazzjoni f'riċerka ta' benefiċċju komuni bejn l-Ewropa u pajjiżi terzi. Fil-każ ta' ekonomiji li qed jemerġu jew fi transizzjoni u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iskema tista' tinkludi dispożizzjoni biex tgħin lil riċerkaturi li jiġu għat-taħriġ biex imorru lura fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom.

(ċ) Promozzjoni ta' Eċċellenza u Rikonoxximent

Din it-tielet linja ta' azzjonijiet tikkonċentra fuq il-promozzjoni u rikonoxximent ta' eċċellenza fir-riċerka Ewropea, u b'hekk tirrendiha aktar viżibbli u attraenti. Taħdem biex tippromwovi timijiet ta' riċerka Ewropea, speċjalment fl-oqsma ta' riċerka li huma ġodda u/jew li qed jitfaċċaw, u biex tiġbed aktar attenzjoni fuq il-kisbiet personali tal-ħaddiema Ewropej fir-riċerka, bl-iskop li tkabbar l-appoġġ għall-iżvilupp tagħhom kif ukoll għar-rikonoxximent internazzjonali, waqt li tippromwovi wkoll it-tixrid ta' xogħolhom għall-ġid tal-komunità xjentifika.

- Għotjiet Marie Curie Għall-Eċċellenza: Dawn jippruvaw jipprovdu appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' timijiet Ewropej ta' riċerka li jitqiesu li għandhom il-potenzjal li jilħqu livell għoli ta' eċċellenza, partikolarment l-aktar għall-ħidmiet ta' riċerka minn ta' quddiem jew riċerka interdixxiplinarja. L-għotja tkopri perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin u tingħata fuq il-bażi ta' programm ta' riċerka deskritt ċar.

- L-għotjiet Marie Curie Għall-Eċċellenza: Dawn huma premjijiet xjentifiċi biex jingħata rikonoxximent pubbliku għall-eċċellenza miksuba minn ħaddiema fir-riċerka li fil-passat ikunu gawdew minn appoġġ mill-Komunità f'taħriġ jew għall-mobbilità. Benefiċjarji jistgħu jipproponu lilhom infushom jew ikunu proposti minn terzi partijiet.

- Sedji Marie Curie: Dawn jingħataw għall-iskop li jsiru ħatriet fil-Komunità, partikolarment biex iħajru ħaddiema ta' klassi mondjali fir-riċerka jerġghu jidħlu għall-karrieri tagħhom fl-Ewropa. Għotjiet normalment idumu għal tliet snin. Din l-iskema tista' tiġi żviluppata f'sinerġija ma' azzjonijiet b'inizjattiva ta' min qed jilqa' l-"fellows".

(d) Mekkaniżmi għar-Ritorn u l-Integrazzjoni mill-ġdid

Mekkaniżmu ieħor ta' Għotjiet Marie Curie għar-Ritorn u l-Integrazzjoni mill-ġdid ikun immirat lejn riċerkaturi mill-UE u pajjiżi u Assoċjati li jkunu spiċċaw borża fellowship Marie Curie ta' mill-inqas sentejn. Jikkonsisti f'somma f'daqqa, fil-forma ta' għotja li għandha tintuża fi żmien sena mill-ħidma Marie Curie. Ikun allokat lill-"fellows" fuq il-bażi ta' proġett definit, li jkun evalwat fuq il-merti tiegħu. Il-mekkaniżmu jgħin fl-integrazzjoni mill-ġdid professjonali tal-ħaddiem fir-riċerka, bil-priorità mxaqilba lejn l-integrazzjoni fil-pajjiż jew reġjun ta l-oriġini tiegħu jew tagħha.

Mekkaniżmu simili, imma li jkopri perjodu itwal, sa mhux aktar minn sentejn, japplika għall-ħaddiema Ewropej fir-riċerka li jkunu għamlu xogħol ta' riċerka barra l-Ewropa għal mill-inqas ħames snin, bil-benefiċċju, jew mingħajru, tal-ħidma Marie Curie, u li jkunu jixtiequ jirritornaw l-Ewropa.

Koperazzjoni ma' Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati

Il-ħidma fir-Riżorsi Umani u l-Mobbilità tfittex li tiffinanzja flimkien inizjattivi li jinkoraġġixxu koperazzjoni u joħolqu sinerġiji ma' u fi programmi f'livell nazzjonali u reġjonali fejn dawn jikkoinċiedu ma' miri speċifiċi ta' l-iskemi msemmija aktar 'il fuq. Koperazzjoni bħal din tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' kriterji rilevanti tal-Komunità, bl-iskop li jinħoloq aċċess ġenwin għal dawn l-inizjattivi għar-riċerkaturi mill-UE u mill-Pajjiżi Assoċjati, li jkollha rwol komplimentari dwar programmi f'livell nazzjonali u reġjonali, notevolment billi jiftaħ aċċess għal dawn il-programmi għall-ħaddiema fir-riċerka mhux nazzjonali, kif ukoll tippromwovi taħriġ ta' ħaddiema fir-riċerka 'l hinn mill-fruntieri, u billi tippromwovi l-adozzjoni ta' standards ta' taħriġ fir-riċerka maghrufa minn xulxin.

Inizjattivi jittieħdu biex tissaħħaħ koperazzjoni ma' Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati fil-provvista ta' "appoġġ għal viċinanza" lil ħaddiema fir-riċerka, li huwa element kruċjali ta' kwalunkwe skema ta' mobbilità għall-ħaddiema fir-riċerka li jkunu qed jiċċaqalqu minn post għal ieħor fl-Ewropa jew qegħdin jirritornaw fl-Ewropa. Partikolarment, din tista' ssir permezz ta' l-appoġġ ta' għaqda ġdida fost strutturi eżistenti jew, f'livell nazzjonali jew reġjonali, bl-iskop li tingħata għajnuna prattika lill-ħaddiema fir-riċerka barranija f'affarijiet (legali, amministrattivi, familjari jew kulturali) li għandhom x'jaqsmu mal-mobbilità tagħhom.

Aspett ieħor ta' din il-koperazzjoni jista' jikkonċerna numru ta' ħidmiet assoċjati ma' l-amministrazzjoni tal-ħidma, 'l hinn mill-importanza miżjuda ta' ħidmiet b'inizjattiva ta' min qed jilqa' lill-ħaddiema mistednin. F'dak il-kuntest, biex tipprevedi modi alternattivi ta' amministrazzjoni u supervisjoni ta' kuntratti individwali ta' "fellowship" jinħtieġ il-ħolqien bil-quddiem ta' linja ċara ta' demarkazzjoni ta' ħidmiet u responsabbilitajiet skond regolamenti u regoli finanzjari tal-Komunità, u t-twettiq ta' analiżi dwar ir-relazzjoni ta' l-ispejjeż mal-beneffiċċji li jħallu. Mekkaniżmu jiġi stabbilit biex jimmonitorja u jottimizza l-mobbilità ta' ħaddiema Ewropej fir-riċerka li temporanjament emigraw mill-Ewropa. L-istess mekkaniżmu jservi wkoll biex jikkontrolla l-mobbilità ta' ħaddiema fir-riċerka mill-pajjiżi applikanti bl-iskop tat-tkabbir tal-UE.

Programm Qafas ta' Koperazzjoni Interna,

Ir-rwol tal-ħidma tar-Riżorsi Umani u l-Mobbilità huwa l-appoġġ għat-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp fil-kompetenzi fir-riċerka. Hi għandha dan ir-rwol biswit ħidmiet li jsiru fil-kuntest tal-Prioritajiet tematiċi. Dan ma jżommx ħidmiet oħrajn taħt il-programm ta' infrastruttura milli jinkorporaw elementi simili. Il-ħidma tar-Riżorsi Umani u l-Mobbilità tipprovdi għajnuna fl-adozzjoni ta' kriterji konsistenti dwar l-evalwazzjoni, l-għażla u l-kontroll ta' ħidmiet bħal dawn, kif ukoll il-promozzjoni ta' l-istess attitudni lejn il-ħidmiet, bl-iskop li jassiguraw koerenza u jiżviluppaw sinerġija li jkunu possibbli, u bilanċ ekwu fil-parteċipazzjoni ta' l-irġiel u tan-nisa.

4. Infrastrutturi tar-Riċerka

Il-kapaċità tat-timijiet Ewropej tar-riċerka li jibqgħu minn ta' quddiem fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija tiddependi fuq l-appoġġ li jkollhom mill-infrastrutturi mill-aktar avvanzati. It-terminu "infrastrutturi tar-riċerka" jirreferi għall-faċilitajiet u riżorsi li jipprovdu servizzi essenzali għall-qasam tar-riċerka fl-oqsma kemm akkademiċi u/jew industrjali. Infrastrutturi ta' riċerka jistgħu jkunu "f'sit uniku" (riżors uniku f'sit uniku), "imferrex" (network ta' riżorsi imferrxa, inklużi infrastrutturi bażati fuq arkitetturi qishom Gradilja), jew "virtwali"' (is-servizz provdut elettronikament).

L-għan ġenerali ta' din l-attività hija li tippromwovi l-iżvilupp ta' sistema ta' infrastrutturi ta' riċerka ta' l-ogħla kwalità u kisbiet fl-Ewropa, u l-użu ottimu fuq skala Ewropea bażata fuq il-ħtiġijiet espressi mill-qasam tar-riċerka.Speċifikament din timmira li:

- tassigura li ħaddiema fir-riċerka Ewropea jistgħu jkollom aċċess għall-infrastrutturi li jinħtieġu biex imexxu r-riċerka tagħhom, irrispettivament mis-sit ta' l-infrastruttura;

- tipprovdi appoġġ b'mod ta' trattament Ewropew lejn l-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka, anki fil-livell reġjonali u ta' bejn ir-reġjuni, u għall-operazzjoni u t-titjib ta' l-infrastrutturi eżistenti, inklużi, fejn xieraq, faċilitajiet ta' relevanza dinjija li ma jeżistux fl-Ewropa.

Fejn ikun rilevanti, appoġġ għall-infrastrutturi ta' riċerka f'dan il-programm ikun implimentat flimkien ma' prioritajiet tematiċi tal-programm ta' infrastruttura u mal-forom oħra ta' appoġġ disponibbli.

Ħames skemi għall-appoġġ ikunu implimentati:

- Aċċess 'il hinn mill-Fruntieri Nazzjonali. L-iskop huwa l-isponsorjar ta' opportunitajiet ġodda għal timijiet ta' riċerka (inklużi riċerkaturi individwali) biex jiksbu aċċess għal infrastrutturi akbar ta' riċerka individwali l-aktar adattata għax-xogħol tagħhom. Finanzjament mill-Komunità jkopri l-ispejjeż kollha meħtieġa biex jipprovdu aċċess lill-infrastrutturi bħal dawn għat-timijiet ta' riċerka li jkunu qegħdin jaħdmu fi Stati Membri u pajjiżi assoċjati li ma jkunux l-Istat fejn jaħdem l-operatur ta' l-infrastruttura.

- Integrazzjoni tal-ħidmiet. L-iskop huwa l-appoġġ għall-provvista ta' servizzi essenzjali lill-komunità ta' riċerka f'livell Ewropew. Dan jista' jkopri, flimkien ma' aċċess 'il hinn mill-fruntieri nazzjonali, t-twaqqif u t-tħaddim ta' networks ta' koperazzjoni, u l-esekuzzjoni ta' proġetti kollettivi ta' riċerka li tgħolli l-livell tal-kisbiet ta' l-infrastrutturi konċernati. L-iskema tinkoraġġixxi wkoll it-tnaqqis fid-differenzi li jistgħu jillimitaw il-potenzal għall-isfruttar tar-riżultati ta' riċerka mill-industrija, inklużi SMEs. Integrazzjoni ta' l-attivitajiet tintgħażel fuq il-bażi ta' programm xjentifiku u teknoloġiku wiesgħa imma flessibbli ta' dimensjoni Ewropea li timmira, fejn xieraq, biex tagħmel il-programm sostenibbli fit-tul. Din l-iskema tista' tkun implimentata permezz tal-Ħidma ta' Inizjattivi għall-Infrastruttura Integrata u l-Kordinazzjoni.

- Żvilupp ta' Network tal-Komunikazzjoni. L-iskop ta' din l-iskema b'appoġġ għall-infrastrutturi ta' riċerka eżistenti huwa l-ħolqien, flimkien maż-żona ta' riċerka tematika, ta' priorità dwar it-Teknoloġiji tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, network aktar intensiv bejn inizjattivi relattati, partikolarment bit-twaqqif ta' network ta' komunikazzjoni ta' kapaċità għolja u ta' veloċità kbira għall-ħaddiema kollha fir-riċerka fl-Ewropa (GEANT) u Gradilji ta' rendiment speċifiku għoli u sodod ta' l-ittestjar (GRIDS), kif ukoll servizzi ta' pubblikazzjoniet elettroniċi.

- Studji fid-Disinn. L-iskop huwa li jingħata kontribut, fuq bażi ta' każ b'każ, għal studji fuq sostenibbilità u xogħol tekniku preparatorju li jsir fi Stat Membru jew pajjiż assocjat, jew f'aktar minn wieħed minnhom, għal dawk l-infrastrutturi ġodda li għandhom dimensjoni u interess ċar Ewropew, meta wieħed jikkunsidra l-ħtigijiet ta' l-utenti potenzali kollha u t-tfittxija sistematika tal-possibbilitajiet ta' kontribuzzjonijiet minn sorsi oħra, inklużi EIB jew il-fondi strutturali għall-finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi.

- Żvilupp ta' infrastrutturi ġodda biex jottimizzaw l-infrastrutturi Ewropej billi jipprovdu appoġġ limitat għall-iżvilupp ta' numru ristrett ta' proġetti għal infrastrutturi ġodda f'każi ġustifikati kif xieraq fejn appoġġ bħal dan jista' jkollu effett kritiku bħala katalista f'termini ta' valur miżjud Ewropew. Dan l-appoġġ, soġġett għall-opinjoni ta' l-Istati Membri, jista' jissupplimenta kontribuzzjonijiet mill-EIB jew il-fondi strutturali għal finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi.

B'mod ġenerali, finanzjament provvdut għal infrastrutturi ġodda jew imtejba jkun ristrett għall-minimu meħtieġ biex jikkatalizza l-attività, waqt li l-biċċa kbira tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni, u s-sostenibbilità fit-tul ta' l-infrastrutturi involuti, ikunu assigurati b'sorsi ta' finanzi nazzjonali u/jew oħrajn. Finanzjament bħal dan ikun provdut biss fuq il-bażi ta' ġustifikazzjoni dettaljata, ibbażata fuq valur miżjud Ewropew, li jindirizza d-dimensjonijiet xjentifiċi, legali u finanzjari ta' l-iżvilupp propost. Networks ta' Broadband, li huma rilevanti ħafna għall-miri politiċi stabbiliti mill-inizjattiva taż-Żona Ewropea għar-riċerka l-e-Europe, għandhom jintużaw ukoll bħala mezz biex tikber il-koperazzjoni xjentifika ma' pajjiżi terzi.

Appoġġ għall-infrastrutturi ta' riċerka f'dan il-programm għandu, fejn rilevanti, iqis il-mekkaniżmi eżistenti jew futuri għal mod kif tħares l-Ewropa lejn l-infrastrutturi fl-Ewropa (per eżempju, in-networks għar-Riċerka u l-Edukazzjoni Nazzjonali - NRENS u l-Forum Ewropew ta' Strateġija għall-infrastrutturi tar-Riċerka), kif ukoll il-parir xjentifiku ta' organizzazzjonijiet eżistenti Ewropej u internazzjonali (per eżempju, il-Fondazzjoni Ewropea tax-Xjenza - ESF). Miżuri oħra taħt dan il-programm jistgħu jkunu implimentati, fejn xieraq, biex isostnu dawn il-mekkaniżmi.

5. Ix-Xjenza u s-Soċjetà

Illum, u aktar fis-soċjetà ta' għada bażata fuq l-informatika, ix-xjenza u t-teknoloġija għandhom preżenza kullimkien fl-ekonomija u fil-ħajja ta' kuljum. Jekk iridu jaslu fil-milja tal-potenzal tagħhom biex jassiguraw kwalità ta' ħajja dejjem titjieb – fit-tifsira l-aktar wiesgħa tagħha – għaċ-ċittadini ta' l-Ewropa, jinħtieġu relazzjonijiet ġodda u djalogu aktar produttiv bejn id-dinja tax-Xjenza, l-industrijalisti, leġislaturi u s-soċjetà in-ġenerali, minbarra l-ħsieb kritiku tax-xjentisti u s-simpatija mat-tħassib li jappartjeni għas-soċjetà.

Djalogu bħal dan ma jistax ikun ristrett għall-UE biss. Irid ikollu wesgħa internazzjonali, waqt li jibqa' iqis il-perspettiva tat-tkabbir u l-kuntest globali. Minħabba l-wesgħa kbira ħafna ta' materji u fost in-nazzjonijiet li huma involuti fir-relazzjonijiet bejn ix-xjenza u t-teknoloġija, fuq naħa waħda, u l-komunità aktar wiesgħa, fuq l-oħra, jinħtieġ li dawn il-konsiderazzjonijiet jiġu integrati fl-oqsma tal-ħidma tal-programm ta' infrastruttura. Ir-rwol ta' din l-attività speċifika hija li jiġu żviluppati ħoloq strutturali bejn l-istituzzjonijiet u attivitajiet ikkonċernati u jipprovdu fokus ċentrali, permezz ta' l-istrutturi ta' referenza komuni u l-iżvilupp ta' għodda u trattament adattati, biex jidderieġu attivitajiet f'dan il-qasam li jaqgħu taħt il-parti differenti ta' dan il-programm ta' infrastruttura. Ikun implimentat permezz ta' networks, iffissar ta' kriterji, bdil ta' l-aħjar prattika, żvilupp u inkoraġġiment tal-għarfien ta' metodoloġiji, studji u l-ġabra flimken ta' l-isforzi nazzjonali. Sinerġiji adattati għandhom anki jinħolqu dwar l-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni għax-Xjenza u s-Soċjetà. F'każi speċifiċi, fejn xieraq, riċerka dedikata ser tkun sostnuta.

(a) It-tqarrib tar-riċerka lejn is-soċjetà

L-għan huwa li wieħed jeżamina sistematikament il-komponenti varji ta' "ix-xjenza u l-kontroll" sabiex jinħolqu kundizzjonijiet li taħthom deċiżjonijiet ta' politika jkunu aktar effettivi biex jilqgħu għall-ħtigijiet tas-soċjetà, aktar ibbażati fis-sod fuq ix-xjenza u jagħtu każ tat-tħassib tas-soċjetà ċivili.Dan jeħtieġ:

- konsiderazzjoni ta' proċessi effettivi ta' djalogu dwar materji xjentifiċi u teknoloġiċi li qegħdin jitfaċċaw, li fl-aħħar ikollhom konsegwenzi għall-iżvilupp tal-politika prospettiva;

- żviluppar ta' mezzi adattati biex jinħolqu referenzi xjentifiċi u jitwasslu pariri xjentifiċi lil min jagħmel deċiżjonijiet ta' politika u

- jgħammru lill-politikanti b'għodda biex jikkalkolaw u jimmaniġġjaw l-inċertezza xjentifika, ir-riskju u l-prekawzjoni.

- Ix-xjenza u l-kontroll: analiżi u appoġġ għall-aħjar prattika; żvilupp ta' mekkaniżmi ġodda ta' konsultazzjoni (bħal fora taċ-ċittadini) biex jippromwovu involviment aktar produttiv tas-soċjetà ċivili u operaturi rilevanti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, inkluża l-komunikazzjoni ta' produzzjoni xjentifika meħtieġa fit-teħid ta' deċiżjonijiet f'termini li jinftiehmu malajr mis-soċjetà ċivili u nies oħra li għandhom x'jaqsmu; ħidma fil-kontroll tal-proċessi ta' formulazzjoni ta' politika biex titqies l-azzjoni reċiproka bejn esperti, l-industrija, is-soċjetà ċivili u min jagħmel il-politika.

- Parir xjentifiku u sistemi ta' referenza: skambju ta' l-esperjenza u tal-prattika tajba; il-kontroll tal-produzzjoni ta' parir xjentifiku mad-dinja kollha u kif parir bhal dan jingħata bħala materjal għal deċisjoni; żvilupp ta' metodoloġiji ġodda u eżistenti għal sistemi ta' referenza li tista' tafdahom u li jkunu rikonoxxuti; kif wieħed jassigura l-operazzjoni bla għawġ u l-użu effettiv ta', fost oħrajn, il-Bord Ewropew tal-Pariri dwar ir-Riċerka u s-sotto-kumitati biex ifornu parir xjentifiku għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(b) Riċerka u applikazzjoni responsabbli tax-xjenza u t-teknoloġija

L-għan huwa li jkun assigurat li l-progress fix-xjenza li jitkattar b'ħeffa kbira jkun f'armonija ma' prinċipji etiċi fundamentali. Attivitajiet ser jippromwovu "riċerka responsabbli" fl-Ewropa, li fiha l-kundizzjonijiet għall-ħelsien investigattiv ikunu aktar jaqblu ma' responsabbilitajiet soċjali u ambjentali fl-iżvilupp u l-applikazzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija, kif ukoll id-djalogu pubbliku, l-kontroll, it-twissija minn kmieni ta' kwistjonijiet etiċi u soċjali u riskji li jinqalgħu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda, għal benefiċċju ta' nies li jiddeċiedu l-politika nazzjonali u oħrajn internazzjonali u gruppi oħra interessati.

- Etika: Networks imħaddma bejn korpi eżistenti fl-etika u attivitajiet fl-Ewropa, u li jippromwovu djalogu ma' reġjuni oħra dwar l-etika fir-riċerka fil-kuntest globali; attivitajiet li jqajmu għarfien u taħriġ fl-etika; kordinazzjoni u żvilupp ta' kodiċi tal-kondotta fl-attivitajiet għar-riċerka u żviluppi teknoloġiċi; riċerka dwar l-etika fejn jidħlu x-xjenza, żviluppi teknoloġiċi u l-applikazzjonijiet tagħhom, per eżempju, dwar is-settur informatiku, nanoteknoloġiji, ġenetika umana, u riċerka biomedika u fit-teknoloġiji tal-ikel.

- Inċertezza, riskju u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni: analiżi u appoġġ għall-aħjar imġieba fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni f'oqsma differenti tat-tiswir tal-politika u fit-tkejjil, maniġġjar u komunikazzjoni ta' inċertezza u riskju.

(ċ) Tħaffif fil-pass tad-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà u n-nisa fix-xjenza

Appoġġ għall-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija jeħtieġ mhux biss djalogu li jibqa' għaddej bejn l-operaturi rilevanti, imma anki aktar għarfien mill-pubbliku dwar avanzi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-implikazzjonijiet tagħhom li jistgħu jinqalgħu, flimkien ma' apprezzament aktar wiesgħa tal-kultura tax-xjenza u innovazzjoni.

Hemm ukoll ħtiġijiet partikolari biex jistimulaw l-interess taż-żgħażagħ fix-xjenza, li jagħmlu l-karrieri fi-xjenza aktar attraenti u biex isir progress lejn ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka, li jtejjeb ir-riżorsi umani u jgħolli l-livelli ta' eċċellenza fir-riċerka Ewropea.

- Apprezzament pubbliku u fiduċja pubblika: appoġġ għall-ġrajjiet li jżidu l-għarfien u r-rikonoxximent ta' kisbiet fir-riċerka Ewropea; analiżi ta' fatturi li jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika, inkluż ir-rwol tal-medja, komunikaturi fix-xjenza; żvilupp ta' modijiet ġodda kif jitkabbar l-għarfien u l-għerf pubbliku; jiġu inkoraġġiti d-dibattiti komprensivi ta' l-operaturi, li jinvolvu l-operaturi rilevanti kollha u jistimulaw għarfien ta' l-innovazzjoni fis-soċjeta.

- L-interess taż-żgħażagħ f'karrieri fix-xjenza: inizjattivi biex jiġbdu lejhom il-ġenerazzjoni żagħżugħa halli tipparteċipa fid-diskussjoni dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u l-impatt fuq is-soċjetà u biex iżidu l-għarfien tax-xjenza u t-teknoloġija fost iż-żgħażagħ (per eżempju, permezz tat-taħriġ prattiku għall-istudenti u koperazzjoni ma' l-iskejjel); appoġġ għall-iżvilupp ta' introduzzjoni aħjar għax-xjenza għall–bniet u għas-subien kemm dawk li huma u dawk li m'humiex jirċievu sistema ta' edukazzjoni formali u għal passi dwar apprezzament aħjar ta' kemm relattivament hija attraenti karriera fix-xjenza u l-aspetti soċjali tagħha.

- In-Nisa u x-Xjenza: azzjonijiet biex jistimulaw id-dibattitu politiku f'livell nazzjonali u reġjonali biex jimmobbilizza xjentisti nisa u jkabbar il-parteċipazzjoni tas-settur privat; jippromwovi t-titjib tal-Gender Watch System u attivitajiet msieħba biex jippromwovu ugwaljanza fil-kwalità tal-ġeneru matul il-programm ta' infrastruttura; azzjonijiet speċifiċi biex jiżviluppaw apprezzament aktar siewi tal-kwistjoni tas-sessi fix-xjenza.

[1] Bil-għan li jħaffef l-implimentazzjoni koerenti tal-programm bħal din, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif spjegat fl-aġenda, l-Kummissjoni se tirrifondi, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal Stat Membru, kif ukoll ta' Espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-materji ta' l-aġenda fejn Stat Membru jeħtieġ kompetenza speċifika.

[2] Riċerka dwar il-kura tal-kankru gonadali jistgħu jkunu finanzjati.

[3] ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1.

[4] Parteċipazzjoni u finanzjament ta' riċerkaturi minn pajjiżi terzi huma maħsuba fl-iskemi kollha ta' mobbilita fuq inizjattiva ta' min jilqa' l-parteċipanti (sezzjoni a), kif ukoll f'waħda mill-iskemi fuq inizjattiva individwali (sezzjoni b). F'każi bħal dawn, jitqiesu kwalunkwe arranġamenti rilevanti bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi - jew gruppi ta' pajjiżi - kif ukoll tal-Programm relevanti ta' parteċipazzjoni fl-infrastruttura u r-regoli ta' finanzjament.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ANALIŻI INDIKATTIVA TA' L-AMMONT DEĊIŻ MEĦTIEĠ GĦALL-ESEKUZZJONI TAL-PROGRAMM SPEĊIFIKU

Tipi ta' attivitajiet | Ammonti (miljuni ta' EUR) |

Riċerka u Innovazzjoni | 290 |

Riżorsi Umani | 1580 |

Infrastrutturi ta' Riċerka | 655 |

Ix-Xjenza u s-Soċjetà | 80 |

Total | 2605 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

MEZZI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

Sabiex jiġi implimentat programm speċifiku, u skond Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE u r-regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni, il-Kummissjoni tista' tuża', fil-wisgħa kollha tax-xjenza u t-teknoloġija:

- Proġetti speċifiċi ta' innovazzjoni magħżula implimentati fil-qasam ta' "Riċerka u innovazzjoni". Huma maħsuba biex jittestjaw, jivvalidaw u jiddisseminaw kunċetti ġodda ta' innovazzjoni u metodi fil-livell Ewropew.

- Proġetti speċifiċi ta' innovazzjoni magħżula implimentati fil-qasam ta' "Ix-Xjenza u s-Soċjetà". Huma se jkunu iffokati sew u jieħdu waħda jew oħra minn dawn iż-żewġ forom, fejn rilevanti għal din it-tema, jew taqgħid tat-tnejn:

(a) proġett ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku maħsub biex jinkiseb għerf ġdid jew biex jittejjeb sew jew biex jiġu żviluppati prodotti ġodda, proċessi jew servizzi jew biex jilqgħu ħtiġijiet oħra tas-soċjetà u politika tal-Komunità;

(b) proġett ta' dimostrazzjoni maħsub biex jipprova l-vjabbilità ta' teknoloġiji ġodda li joffru vantaġġ ekonomiku potenzali imma li ma jistax ikun direttament ikkummerċjalizzat.

- Inizjattivi integrati ta' infrastruttura implimentati fil-qasam ta' "Infrastruttura ta' riċerka". Huma ser jikkumbinaw f'azzjoni unika essenzali biex jissaħħu u jiżviluppaw infrastrutturi ta' riċerka, sabiex ikunu provduti servizzi fil-livell Ewropew. Għal dan il-għan, huma se jikkombinaw attivitajiet f'networking b'ħidma ta' appoġġ (bħal dwar aċċess 'il hinn mill-fruntieri nazzjonali) jew attivitajiet ta' riċerka meħtieġa biex itejbu l-mod kif taħdem l-infrastruttura, eskluż, madankollu, l-finanzjament ta' investiment għall-infrastrutturi ġodda, li jistgħu jkunu finanzjati biss bħala azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku. Huma se jinkludu komponent ta' disseminazzjoni tal-għerf lil nies li forsi jużawh, inkluża l-industrija u partikolarment l-SMEs.

- Azzjonijiet biex jippromwovu u jiżviluppaw riżorsi umani u mobbilità implimentati fil-qasam ta' "Riżorsi umani u mobbilità". Huma jkunu fil-mira waqt taħriġ, żvilupp ta' ħila jew trasferiment ta' għerf. Huma se jinvolvu appoġġ għall-azzjonijiet imwettqa minn persuni naturali, strutturi li jilqgħu nies għat-taħriġ, inklużi networks ta' taħriġ, u anke minn timijiet Ewropej ta' riċerka.

- Azzjonijiet ta' kordinazzjoni implimentati fl-oqsma kollha tal-programm. Huma intiżi biex jippromwovu u jsostnu l-inizjattivi kordinati ta' sensiela ta' operaturi fir-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu jimmiraw għall-integrazzjoni mtejba. Ikopru attivitajiet bħall-organizzazzjoni ta' konferenzi, laqgħat, studji, tibdil ta' persunal, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' mġieba tajba, twaqqif ta' sistemi ta' informazzjoni u gruppi ta' esperti, u jistgħu, jekk meħtieġ, jinkludu appoġġ ta' l-organizzazzjoni u tmexxija interdixxiplinarja ta' inizjattivi bi sħab jew flimkien.

- Azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku implimentati fl-oqsma kollha tal-programm. Huma se jikkumplimentaw l-implimentazzjoni tal-programm ta' infrastruttura u jistgħu jintużaw biex jgħinu fil-preparazzjonijiet għall-attivitajiet futuri ta' politika ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku fil-Komunità inklużi attivitajiet ta' kontroll u stima. Partikolarment, huma se jinvolvu konferenzi, seminars, studji u analiżi, għotjiet u kompetizzjonijiet xjentifiċi ta' livell għoli, gruppi ta' ħaddiema u gruppi ta' esperti, attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali u disseminazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, jew xi taħlita ta' dawn, kif xieraq f'kull każ. Jistgħu jinkludu azzjonijiet f'sostenn ta' infrastruttura li għandha x'taqsam mar-riċerka, per eżempju, aċċess 'il hinn mill-fruntieri nazzjonali jew xogħol tekniku preparatorju (inklużi studji ta' vjabbilità) u l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida.

Il-Kummissjoni se tivvalorizza l-proposti skond il-kriterji ta' evalwazzjoni elenkati fl-istrumenti legali msemmija aktar 'il fuq.

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità tingħata skond l-istrumenti legali msemmija aktar 'il fuq u f'konformità ma' l-istruttura tal-Komunità għal sors statali għar-riċerka. F'ċerti każi meta proġett jirċievi l-livell massimu ta' finanzjament flimkien awtorizzat taħt il-programm ta' infrastruttura jew ta' għotja totali, kontribuzzjoni addizzjonali mill-fondi strutturali tista' tingħata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 126099 tal-21 ta' Ġunju 1999 li stabbilixxa d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali. [1]

Fejn entitajiet mill-Pajjiżi Kandidati jipparteċipaw, kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjari ta' qabel l-adeżjoni jistgħu jingħataw taħt kundizzjonijiet simili. Fejn organizzazzjonijiet mill-Mediterran jew pajjiżi li qed jiżviluppaw jipparteċipaw, kontribuzzjoni tal-programm MEDA u ta' l-istrumenti finanzjari tal-għajnuna tal-Komunità għall-iżvilupp għandha mnejn tingħata.

Ħidmiet taħt l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jikkontribwixxu għall-għanijiet xjentifiċi u teknoloġiċi elenkati fl-Anness I għal-din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu megħjuna finanzjarjament mill-programm speċifiku, skond id-deċiżjonijiet rilevanti taħt l-Artikolu 172 tat-Trattat. Fl-esekuzzjoni tal-programm, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għal għajnuna teknika.

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------