32002D0307



Official Journal L 106 , 23/04/2002 P. 0011 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta' Diċembru 2001

li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjon tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE rigward sistemi ta' tmexxija u kontroll u proċeduri biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest ta' azzjonijiet ko-finanzjati mill-Fond tar-Refuġjati Ewropew

(mgħarrfa taħt dokument nru C (2001) 4372)

(2002/307/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KEE tat-28 ta' Settembru 2000 li tistabbilixxi Fond tar-Refuġjati Ewropej [1], u partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 21(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE,

Billi:

(1) Biex jiżguraw tmexxija finanzjarja soda ta' l-għajnuna konċessa mill-Fond tar-Refuġjati Ewropej (il-Fond), l-Istati Membri jeħtieġu li jistabbilixxu linji ta' gwida għall-organizzazzjoni tax-xogħlijiet ta' l-awtorità responsabbli biex timplimenta azzjonijiet ko-finanzjati.

(2) Biex jiżguraw li l-fondi tal-Komunità huma utilizzati bi qbil mal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja soda, l-Istati Membri jeħtieġu li jintroduċu sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll li jipprovdu audit trail suffiċjenti, u jsellfu lill-Kummissjoni kull għajnuna li teħtieġ biex jitwettqu spezzjonijiet, speċjalment spezzjonijiet fuq kampjuni.

(3) Biex jiżguraw li fondi tal-Komunità jintużaw b'mod effiċjenti u xieraq, kriterji uniformi għandhom jiġu stabbliti għall-ispezzjonijiet mwettqa mill-Istati Membri skond l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

(4) Biex jiżguraw it-trattament uniformi tad-dikjarazzjonijiet ta' nefqa li għaliha tintalab l-għajnuna mill-Fond skond l-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, għandha tiġi prodotta dikjarazzjoni tan-nefqa bħala mudell.

(5) Biex jiġi permess l-irkupru, skond l-Artikolu 18(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, ta' ammonti mħallsa mhux kif suppost, l-Istati Membri jeħtieġu li jgħarrfu lill-Kummissjoni b'każijiet ta' irregolaritajiet li jinkixfu u l-progress ta' proċedimenti amministrattivi jew legali.

(6) L-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE jippreskrivi li l-Istati Membri jridu jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f'konnessjoni ma' l-irregolarita individwali jew sistematika billi jikkanċellaw il-kontribuzzjoni kollha tal-Komunità jew parti minnha. Biex jiżguraw li din id-disposizzjoni tiġi applikata b'mod uniformi matul il-Komunità, huwa meħtieġ li jiġu preskritti regoli biex jiġu stabbiliti l-korrezzjonijiet li jridu jsiru u biex jipprovdu li l-Kummissjoni tiġi mgħarrfa.

(7) Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma ma' l-obbligazzjonijiet skond l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE jew skond l-Artikolu 18, il-Kummissjoni tista' tagħmel hija stess korrezzjonijiet finanzjarji skond l-Artikolu 18(4) ta' l-istess Deċiżjoni. Kull meta dan ikun possibbli, l-ammont tal-korrezzjoni jrid jiġi stamt fuq il-bażi ta' fajlijiet individwali u jrid ikun ugwali għall-ammont ta' spiża mħallsa ħażin mill-Fond bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi kwantifikat eżattament l-impatt finanzjarju ta' l-irregolarita, jew fejn ikun sproporzjonat jekk in-nefqa kollha konċernata tiġi konċellata, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-korrezzjonijiet permezz ta' extrapolation jew rata xorta bażata fuq il-kobot u l-impatt finanzjarju ta' l-irregolarità li l-Istat Membru naqas milli jipprevjeni, jikxef jew jikkoreġi.

(8) Ċerti regoli dettaljati biex isiru l-korrezzjonijiet finanzjarji preskritti fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għandhom jiġu speċifikati, u l-istess regoli għandhom ikunu applikabbli f'każijiet li jidħlu taħt l-Artikolu 18(4)(b) ta' l-istess Deċiżjoni.

(9) Rati ta' imgħax iridu jiġu stabbiliti għal imgħax fuq kont ta' pagament li jsir tard rigward xi somma rċevuta mhux kif mistħoqq u li trid tiġi rkuprata li trid titħallas lura lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

(10) Din id-Deċiżjoni trid tiġi applikata mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet dwar irkupru ta' għajnuna Statali skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati biex jiġi applikat l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE [2].

(11) Din id-Deċiżjoni trid tiġi applikata mingħajr preġudizzjoni għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 li jirrigwarda l-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropew kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra [3],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dettaljati biex tiġi implimentata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/596/KE rigward sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll għal fondi konċessi mill-Fond tar-Refuġjati Ewropej (il-Fond) u mmexxija mill-Istati Membri, u l-proċedura biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji applikabbli għal dawn il-fondi.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

(a) "awtorità responsabbli": kull awtorità maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE;

(b) "organizzazzjoni intermedjarja": kull amministrazzjoni pubblika jew organizzazzjoni mhux governattiva li lilha l-awtorità responsabbli tiddelega responsabbiltà għall-implimentazzjoni skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

KAPITOLU II

SISTEMI TA' TMEXXIJA U TA' KONTROLL

Artikolu 3

1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18(1)(ċ) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw linji ta' gwida lill-awtorità responsabbli u organizzazzjonijiet intermedjarji li lihom ġiet delegata responsabbiltà għal implimentazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, il-linji ta' gwida għandhom ikopru l-organizzazzjoni tas-sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll meħtieġa biex tiġi żgurata l-eżattezza, ir-regolarità u l-eliġibilità ta' talbiet għal fondi Komunitarji u għandhom jirreferu għal-livelli stabbiliti magħrufa ġeneralment ta' prattika amministrattiva tajba stabbiliti fl-Anness I.

2. Fejn ix-xogħlijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' l-awtorità responsabbli huma delegati lill-organizzazzjonijiet intermedjarji, il-linji ta' gwida riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jippreskrivu regoli dettaljat li jirrigwardjaw:

(a) id-definizzjoni ċara u l-allokazzjoni ta' xogħlijiet, speċjalment rigward tmexxija, pagament, u spezzjonijiet fuq u verifikazzjoni ta' konformità ma':

(i) il-kondizzjonijiet preskritti fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw ir-rikjesti għal ko-finanzjament riferiti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE,

(ii) ir-regoli dwar eliġibilità ta' nefqa dikjarata fl-Anness 1 mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/275/KE [4], u

(ii) politika u azzjoni Komunitarja, speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu mar-regoli ta' kompetizzjoni, prokura pubblika, protezzjoni u titjib ta' l-ambjent, it-tneħħija ta' inegwaljanzi u promozzjoni ta' egwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

(b) l-introduzzjoni ta' sistemi effettivi li jiżguraw li l-organizzazzjonijiet intermedjarji jeżerċitaw il-poteri tagħhom b'mod sodisfaċenti; u

(ċ) il-provvista ta' l-awtorità responsabbli bit-tagħrif dwar il-qadi effettiv tax-xogħlijiet tagħhom u deskrizzjoni tal-mezzi allokati.

3. Skond l-Artikolu 18(1)(b) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, l-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard minn xahrejn wara li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, jibagħtu lill-Kummissjoni, b'żieda mat-tagħrif li jinstab fl-ewwel rikjesta għal ko-finanzjament, deskrizzjoni tas-sistemi tat-tmexxija u ta' kontroll li jkunu twaqqfu u ta' xi titjib ieħor li huwa ppjanat, waqt li jqisu b'mod partikolari l-livelli stabbiliti magħrufa ġeneralment ta' prattika amministrattiva tajba dikjarata fl-Anness I.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej dwar kull awtorità responsabbli:

(a) ix-xogħlijiet assenjati lilha;

(b) it-tqassim ta' dawn ix-xogħlijiet fl-awtorità responsabbli jew organizzazzjoni intermedjarja b'tali mod li jiġi żgurat li xogħlijiet ta' tmexxija, pagament, u ta' kontroll huma separati biżżejjed biex tkun żgurata tmexxija finanzjarja soda;

(ċ) tagħrif dwar xi organizzazzjonijiet intermedjarji;

(d) il-proċeduri biex jiġu rċevuti, verifikati u endorsjati rikjesti għal pagament u għall-awtorizzazzjoni u ħlas ta' spejjeż u id-dħul tagħhom fil-kontijiet;

(e) id-disposizzjonijiet li jirregolaw reviżjonijiet interni jew l-ekwivalenti.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sistemi ta' tmexxija u ta' konroll f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri u timmarka kull nuqqas rigward it-trasparenza ta' spezzjonijiet dwar l-operat tal-Fond u t-twettiq tad-doveri tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 274 tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 4

1. Is-sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu pista xierqa ta' kontroll.

2. Pista ta' kontroll għandha tkun ikkunsidrata bħala suffiċjenti fejn tippermetti:

(a) rekonċiljazzjoni tal-kontijiet tas-sommarju attestati lill-Kummissjoni mar-reġistrazzjonijiet ta' nefqa individwali u dokumenti ta' appoġġ miżmuma fil-livelli amministrattivi varji u l-benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet jew ditti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġetti; u

(b) verifikazzjoni ta' l-allokazzjoni u trasferimenti tal-fondi disponibbli Komunitarji u nazzjonali.

Deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġijiet tat-tagħrif għal pista ta' kontroll suffiċjenti tingħata fl-Anness II.

3. L-awtorità responsabbli għandha tintroduċi proċeduri biex tiżgura li jinżamm rekord ta' lok tad-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu ma' pagamenti partikolari li jkunu saru skond il-programm nazzjonali ta' implimentazzjoni msemmi u li d-dokumenti jistgħu jiġu prodotti għall-ispezzjoni jekk dan jintalab minn:

(a) il-personal ta' l-awtorità responsabbli għall-maniġġjar ta' talbiet għal pagament,

(b) l-awtoritajiet nazzjonali ta' reviżjoni li se jwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 5(1) ta' din id-Deċiżjoni,

(ċ) id-dipartiment jew il-korp ta' l-awtorità responsabbli fdata bl-attestazzjoni ta' talbiet għal pagament interim u finali provdut fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, u

(d) l-uffiċjali u rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea ta' Awdituri.

L-uffiċjali u aġenti responsabbli għal kontrolli jew dawk li għandhom il-poter għal dan il-għan jisgħu jitolbu kopji ta' dokumenti riferiti f'dan il-paragrafu.

4. Għal perjodu ta' ħames snin wara l-pagament mill-Kummissjoni tal-bilanċ finali rigward xi proġett, l-awtoritajiet responsabbli għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni id-dokumenti kollha ta' appoġġ, jiġifieri, l-oriġinali jew verżjonijiet attestati li huma f'konformità ma' l-oriġinali dwar mezzi ta' ġarr ta' data normalment aċċettati, rigward nefqa u spezzjonijiet dwar il-proġett konċernat. Dan il-perjodu għandu jiġi interpretat fil-każ ta' proċedimenti legali jew fuq it-talba motivata kif xieraq tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw spezzjonijiet fuq proġetti fuq bażi xieraqa ta' kampjunar, disinjati partikolarment biex:

(a) jivverifikaw l-operat kif suppost tas-sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll fis-seħħ;

(b) jivverifikaw b' mod selettiv, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, dikjarazzjonijiet ta' nefqa magħmula fil-varji livelli konċernati.

2. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru mill-inqas 20 % tan-nefqa eliġibbli totali għal kull programm nazzjonali ta' implimentazzjoni u kampjun rappreżentattiv tal-proġetti approvati, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw separazzjoni xierqa bejn spezzjonijiet u proċeduri ta' implimentazzjoni jew pagament li jirrigwardjaw proġetti.

3. Il-proġetti magħżula għandhom jiġu identifikati, il-metodu ta' kampjunar deskritt u rapport prodott tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet kollha u l-azzjoni meħuda rigward l-anomaliji jew l-irregolaritajiet skoperti.

4. Il-kampjun ta' proġetti li jridu jiġu spezzjonati għandu:

(a) jinkludi taħlita xierqa ta' tipi u daqsijiet ta' proġetti;

(b) iqis xi fattur ta' riskju li ġew identifikati minn kontrolli nazzjonali jew Komunitarji;

(ċ) jirrifletti l-konċentrazzjoni ta' proġetti skond ċerti reċipjenti ta' għotjiet, sabiex ir-reċipjenti prinċipali jkunu bla ħsara għal mill-inqas spezzjoni waħda qabel l-għeluq ta' kull forma ta' programm nazzjonali ta' implimentazzjoni.

Artikolu 6

Meta jwettqu l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw dan li ġej:

(a) l-applikazzjoni effettiva tas-sistemi ta' tmexxija u ta' kontroll;

(b) għal numru adegwat ta' reġistri ta' kontijiet, il-korrespondenza ta' dawk ir-reġistri mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-organizzazzjonijiet intermedjarji li lilhom l-awtorità responsabbli ddelegat ċerti responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni, ir-reċipjenti ta' għotjiet u, fejn xieraq, l-organizzazzjonijiet l-oħra jew ditti involuti fl-implimentazzjoni ta' proġett;

(ċ) il-preżenza ta' pista ta' kontroll suffiċjenti;

(d) li n-natura u d-data ta' l-oġġetti tan-nefqa tikkorrespondi għal ħtiġijiet Komunitarji, għall-ħtiġijiet speċifikati matul il-proċedura ta' għażla nazzjonali, għat-termini tal-kuntratt jew l-istrument li jagħti s-sussidju u għax-xogħlijiet li fil-fatt twettqu;

(e) li l-użu jew l-użu maħsub tal-proġett huwa konsistenti ma' l-għanijiet dikjarati fil-programm nazzjonali ta' implimentazzjoni riferit fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE;

(f) li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità huma fil-limiti provduti fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE jew f'xi disposizzjonijiet Komunitarji applikabbli oħra u huma mħallsa lil reċipjenti mingħajr xi tnaqqis jew dewmien;

(g) li l-ko-finanzjament nazzjonali xieraq fil-fatt sar disponibbli, u

(h) li l-proġetti ko-finanzjati ġew implimentati bi qbil mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

Artikolu 7

L-ispezzjonijiet għandhom jistabbilixxu jekk xi problemi li ltaqgħu magħhom huma ta' karatteristika sistematika, jġorru riskju għal xi proġetti oħra mwettqa mill-istess reċipjent ta' għotja jew amministrati mill-istess awtorità ta' tmexxija. Għandhom jidentifikaw ukoll il-kawżi ta' dawn is-sitwazzjonijiet, xi eżami ieħor li jista' jinħtieġ u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħtieġa.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kull sena fir-rapport riferit fl-Artikolu 20(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE dwar kif ikunu applikaw l-Artikoli 5,6 u 7 ta' din id-Deċiżjoni matul is-sena preċedenti, huma u jimlew jew jaġġornaw jekk ikun meħtieġ id-deskrizzjoni riferita fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 9

Fil-każ ta' forom ta' għajnuna li jipparteċipaw fihom aktar minn Stat Membru jew fejn ikun hemm benefiċjarji f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati u l-Kummissjoni għandhom jiftiehmu dwar l-għajnuna amministrattiva meħtieġa biex jiġi żgurat kontroll kif supppost.

KAPITOLU III

DIKJARAZZJONIJIET TA' NEFQA

Artikolu 10

1. Dikjarazzjonijiet ta' nefqa għandhom ikunu attestati billi jiġi segwit il-mudell provvdut fl-Anness IV minn individwu jew dipartiment fl-awtorità tal-pagament li topera indipendentement minn kull dipartiment li jawtorizza.

2. Għan-nefqa kollha li tiddikjara lill-Kummissjoni, l-awtorità responsabbli għandha tipprovdi l-ċertezza li l-programmi nazzjonali ta' implimentazzjoni jitmexxew bi qbil mar-regolamenti applikabbli tal-Komunità u li l-fondi jintużaw bi qbil mal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarji soda. Din iċ-ċertezza għandha tattesta li t-talba għal ko-finanzajment tkopri biss nefqa:

(a) li fil fatt ġiet miġrura mir-reċipjenti ta' l-għotja, kif definit fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni 2001/275/KE, matul il-perjodu ta' eliġibilità tal-programm, kif definit fid-deċiżjonijiet li japprovaw it-talbiet għal ko-finanzjament, u

(b) li għandha x'taqsam ma' proġetti li ntgħażlu għal ko-finanzjament mill-programm nazzjonali ta' implimentazzjoni msemmi skond il-kriterji u l-proċeduri stabbiliti ta' għażla u li tikkonforma mar-regoli tal-Komunità matul il-perjodu li fih ġiet miġrura n-nefqa.

3. Fl-aħħar tal-programm, id-dikjarazzjoni finali preskritta fl-Anness IV għandha tiġi preżentata mill-Istat Membru fi żmien sitt xhur. Jekk jonqos dan, il-Kummissjoni għandha awtomatikament tagħlaq il-programm u teħles l-approprijazzjonijiet rilevanti.

4. Qabel ma tisottometti talba lill-Kummissjoni, l-awtorità responsabbli għandha tivverifika l-adekwatezza ta' l-ispezzjonijiet imwettqa. Ix-xogħol imwettaq għandu jiġi deskritt fid-dettall fir-rapport finali riferit fl-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE. Spezzjonijiet għandhom ikopru l-aspetti fiżiċi u l-effettivita ta' proġetti, kif ukoll l-aspetti finanzjarji u ta' kontijiet tagħhom.

KAPITOLU IV

KORREZZJONIJIET FINANZJARJI MINN STATI MEMBRI

Artikolu 11

1. Fil-każ ta' irregolaritajiet sistematiċi, investigazzjonijiet skond l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għandhom ikopru l-proġġetti li jistgħu jiġu affettwati.

2. Meta jikkanċellaw il-kontribuzzjoni Komunitarja kollha jew parti minnha, l-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u l-gravità ta' l-irregolaritajiet u t-telf finanzjaru għall-Fond.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, f'lista annessa mar-rapport riferit fl-Artikolu 20(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, b'xi proċedimenti biex tiġi kanċellata għajnuna inizjati matul il-kors tas-sena preċedenti.

Artikolu 12

1. Fejn ammonti jeħtieġu li jiġu rkuprati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarji skond l-Artikolu 18(1)(g) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, id-dipartiment jew organizzazzjoni responsabbli għandha tibda proċedura ta' rkupru u tgħarraf lill-awtorità responsabbli. Tagħrif dwar irkupru għandu jiġi mgħoddi lill-Kummissjoni u l-kontijiet għandhom jinżammu bi qbil ma' l-Artikolu 13 ta' din id-Deċiżjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fir-rapport riferit fl-Artikolu 20(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE kif ikunu deċidew jew kif jipproponi li jerġgħu jużaw il-fond kanċellati.

Artikolu 13

L-awtorità responsabbli għandha żżomm kont ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn pagamenti ta' għajnuna Komunitarji li diġa saru u għandhom jiżguraw li l-ammonti jiġu rkuprati mingħajr dewmien. Wara l-irkupru, l-awtorità responsabbli għandha tnaqqas id-dikjarazzjoni li sussegwenti tan-nefqa lill-Kummissjoni b'ammont ugwali għas-somom irkuprati, jew, jekk dan l-ammont ma jkunx biżżejjed, għandha tħallas lura lill-Komunità. L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandhom jiġbru l-imgħaxx mid-data dovuta tagħhom bir-rata preskritta fl-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tad-9 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju [5] tal-21 ta' Diċembru 1977, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1687/2001 [6], għall-ewwel ġurnata tax-xogħol tax-xahar li fih ikun dovut id-debitu.

Meta jiġi sottomess ir-rapport riferit fl-Artikolu 20(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta' irregolaritajiet mikxufa, li jindikaw l-ammonti rkuprati jew li qed jistennew li jiġu rkuprati u, jekk ikun xieraq, kull proċedura ammministrattiva jew ġudizzjarja li jkun sar bil-ħsieb li jiġu rkuprati ammonti li ma jkunux tħallsu kif suppost.

KAPITOLU V

KORREZZJONIJIET FINANZJARJI MILL-KUMMISSJONI

Artikolu 14

1. L-ammont ta' korrezzjonijiet finanzjarji li jsiru mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19(4)(b) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għal irregolaritajiet individwali jew sistematiċi għandu jiġi stmat kull fejn ikun possibbli u prattikabbli fuq il-bażi ta' fajlijiet individwali u għandu jkun ugwali għall-ammont ta' nefqa mħallsa ħażin mill-Fond, waqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità.

2. Fejn ma jkunx possibbli jew prattikabbli li jiġi kwantifikat preċiżament l-ammont ta' nefqa irregolari jew fejn ikun sporporzjonat li tiġi kanċellata n-nefqa kollha konċernata, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq:

(a) estrapolazzjoni, permezz ta' kampjun rappreżentattiv ta' transazzjonijiet li huma ta' natura omoġenja; jew

(b) rata waħda, li f'dan il-każ għandha tistma s-serjetà ta' ksur tar-regoli u l-kobor u implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-irregolarità stabbilita.

3. Fejn il-Kummissjoni tibbaża l-pusizzjoni tagħha fuq fatti stabbiliti minn awdituri minn barra d-dipartimenti tagħha, għandha tfassal il-konklużjonijiet tagħha dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji wara li teżamina l-miżuri meħuda mill-Istat Membru konċernat skond l-Artikolu 18(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

4. Il-perjodu ta' żmien li fih l-Istat Membru konċernat jista' jwieġeb għal talba skond l-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għandu jkun ta' xahrejn. F'każijiet ġustifikati kif mistħoqq, perjodu itwal jista' jiġi miftiehem mill-Kummissjoni.

5. Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjonijiet finanzjarji stabbiliti permezz ta' estrapolazzjoni jew b'rata waħda, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, fuq il-bażi ta' eżami tal-fajlijiet konċernati, li l-kobot attwali ta' l-irregolarità kien inqas mill-istima tal-Kummissjoni. Bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista' jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżami għal proporzjoni xieraq jew kampjun tal-faljijiet konċernati. Minbarra f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq, il-ħin permess għal dan l-eżami m'għandux jaqbeż perjodu ta' aktar minn xahrejn wara l-perjodu ta' xahrejn riferit fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tqis kull xhieda provduta mill-Istat Membru fil-limiti taż-żmien.

6. Fejn il-Kummissjoni tissospendi pagamenti skond l-Artikolu 19(2) tad-Deċżjoni 2000/596/KE, jew fejn, wara li jiskadi l-perjodu riferit fil-paragrafu 4, ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jew l-Istat Membru konċernat ma jkunx għarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jiġu korreġuti l-irregolaritajiet, l-Artikolu 18(4) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għandu japplika.

7. Linji ta' gwida dwar il-prinċipji, il-kriterji u l-iskali indikattivi li jridu jiġu applikati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni fl-istabbilizzazzjoni tal-korrezzjonijiet b'rata waħda huma dikjarati fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 15

1. Kull ħlas lura lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE għandu jsir sat-temma ta' żmien dikjarat fl-ordni ta' rkupru mfassal bi qbil ma' l-Artikolu 28 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 [7]. Din id-data dovuta għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar ta' wara l-ħruġ ta' l-ordni.

2. Kull dewmien fil-ħlas lura għandu joħloq imgħax fuq kont ta' pagament tard, li jibda fid-data dovuta riferita fil-paragrafu 1 u li jispiċċa fid-data tal-ħlas lura attwali. Ir-rata applikabbli ta' imgħax għandha tkun dik riferita fl-Artikolu 13 ta' din id-Deċiżjoni.

3. Korrezzjoni finanzjarja skond l-Artikolu 19(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE m'għandhiex tippreġudika l-obbligazzjoni ta' l-Istat Membru biex isegwi rkupri skond l-Artikolu 18(1)(g) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE u l-Artikolu 12(1) ta' din id-Deċiżjoni u biex tiġi rkuprata għajnuna Statali skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament (KE) Nru 659/1999.

KAPITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Xejn f'din id-Deċiżjoni m'għandu jżomm lill-Istati Membri milli japplikaw regoli nazzjonali fuq kontroll li huma aktar ħarxa minn dawk preskritti hawn.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

António Vitorino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 252, tas-6.10.2000, p. 12.

[2] ĠU L 83, tas-27.03.1999, p. 1.

[3] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[4] ĠU L 95, tal-5.4.2001, p. 27.

[5] ĠU L 315, tas-16.12.1993, p. 1.

[6] ĠU L 228, ta' l-24.8.2001, p. 8.

[7] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

NORMI TAL-PRATTIKA TA' L-AMMINISTRAZZJONI TAJBA SABIEX JASSIGURAW AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA TAJBA TA' L-GĦAJNUNA MOGĦTIJA PERMEZZ TAL-FOND EWROPEW TAR-REFUĠJATI (L-ARTIKOLU 3)

1. Konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Komunità u l-eżattezza tat-talbiet għal pagament

L-awtoritajiet responsabbli u l-organizzazzjonijiet intermedjarji li lilhom ikunu ġew delegati ċerti doveri għandhom jivverifikaw il-konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali u tal-Komunità, u speċjalment mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta' l-implementazzjoni nazzjonali li kien ġie approvat mill-Kummissjoni, ir-regoli dwar l-eliġibiltà għal spiża permezz tal-Fond, u meta xieraq, dwar il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni u t-tisħiħ ta' l-ambjent, it-tneħħija ta' l-inegwaljanzi u t-tħeġġiġ ta' l-egwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u għandhom jikkonfermaw li t-talbiet għall-pagamenti jkunu iġġustifikati u eżatti, billi jivverifikaw il-proċedduri ta' l-offerti, l-għoti tal-kuntratti, il-progress fl-implementazzjoni tal-proġetti, il-pagamenti u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet.

Dawn il-verifiki għandhom jitwettqu permezz ta' sistema ta' kontroll. Wieħed mid-doveri ewlenija ta' l-awtorità responsabbli huwa li twettaq monitoraġġ dwar il-finzjonament tajjeb ta' din is-sistema ta' kontroll.

2. Pagamenti u rkupru

2.1. L-unità amministrattiva responsabbli sabiex isiru l-pagamenti lejn dawk li jirċievu l-għotjiet għandha jkollha fil-pussess tagħha d-dokumentri li jikkonfermaw li l-għotja tkun ġiet mogħtija għall-proġett individwali u li l-verifiki amministrattivi u fiżiċi meħtieġa jkunu twettqu. Il-proċeduri tal-kontijiet għandhom jassiguraw li d-dikjarazzjoni ikunu kompluti, eżatti u magħmula fi żmien xieraq u li xi żball jew ommissjoni tkun misjuba u irranġata, partikolarment permezz ta' verifiki u kontra-verifiki imwettqa matul intervalli regolari li ma jeċċedux it-tliet xhur.

Il-proċeduri stabbiliti għandhom jassiguraw li l-pagament iseħħ biss lejn min iressaq it-talba, lejn il-kont bankarju tiegħu jew lejn dak li jkun ġie innominat għal dan l-iskop. Il-pagament għandu jkun imwettaq mill-bankier ta' l-awtorità, jew, meta xieraq, mill-uffiċċju governattiv tal-pagamenti, jew li cheque għandu jkun mibgħut meta dan ikun possibbli, fi żmien ħamest ijiem utili minn meta l-ammont ikun ġie mnaqqas mill-kontijiet. Proċeduri għandhom ikunu adottati sabiex jassiguraw li l-pagamenti kollha li dwarhom it-trasferimenti ma jkunux ġew eżekwiti jew dawk ic-cheques li ma jkunux imsarrfa jkunu akkreditati lejn il-Fond. L-approvazzjoni ta' l-uffiċjal awtorizzanti u/jew tas-superjur tiegħu tista' ssir permezz ta' mezzi elettroniċi, li jkollhom livelll xieraq ta' sigurtà li jassigura dawn il-mezzi, u l-identità tal-firmatarju tkun miktuba fir-reġistri elettroniċi.

2.2. Il-paragrafu ta' hawn fuq għandu jkun japplika bħala analogu għall-ammont (garanziji issekwestrati, rifużjoni ta' pagamenti, etc.) li l-awtorità responsabbli tkun meħtieġa li tirkupra f'isem il-Fond. Partikolarment, l-awtorità għandha tistabbilixxi sistema tar-rikonoxximent ta' l-ammonti kollha dovuti lejn il-Fond. Din is-sistema għandha tkun spezzjonata matul intervalli regolari bil-għan li tittieħed azzjoni għall-ġbir tad-djun li jkunu skadew.

L-awtorità responsabbli tista' tiddelega lejn korp ieħor id-dover tal-ġbir ta' ċerti kategoriji ta' l-ammont rikoverabbli, basta li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b), adottati kif xieraq, ikunu milquħa u li dak il-korp l-ieħor jippreżenta rapport lejn l-awtorità matul intervalli regolari u f'waqthom, li għandhom ikunu ta' mhux anqas minn darba fix-xahar, dwar l-introjtu rikonoxxibbli kollu u dwar il-flejjes miġbura.

L-awtorità responsabbli għandha tintroduċi proċeduri sabiex tassigura li t-talbiet kollha jkunu ipproċesati mingħajr dewmien.

3. Definizzjoni u standardizzazzjoni tal-proċeduri u tad-doveri

3.1. L-awtorità responsabbli għandha tistabbilixxi bil-kitba l-proċeduri dettaljati dwar il-mintoraġġ ta' l-implementazzjoni tal-proġetti u sabiex tirċievi, tirreġistra u tipproċessa talbiet, inkluża deskrizzjoni tad-dokumenti kollha li għandhom ikunu użati.

3.2. Ir-responsabbiltajiet ta' kull uffiċjal, rapreżentant awtorizzat jew tal-persuna innominata għal dan l-iskop għandhom ikunu stabbiliti bil-kitba, kif ukoll il-limitu tal-poteri tiegħu fir-rigward tal-finanzi.

3.3. Kull uffiċjal, rapreżentant awtorizzat jew il-persuna innominata għal dak l-iskop, li jkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni, għandu jkollu fil-pusess tiegħu lista-verifikanti eżawrenti li tagħti dettalji tal-verifiki li huwa jkun meħtieġ li jwettaq, u għandha tinkludi d-dokumenti kollha li jkunu ta' appoġġ għal xi talba dwar il-konferma tiegħu li l-verifiki jkunu twettqu. Għandu jkun hemm evidenza tar-reviżjoni tax-xogħol minn uffiċjal aktar anzjan.

3.4. Meta t-talbiet ikunu ipproċessati b'sistema kompjuterizzata, l-aċċess għas-sistema kompjuterizzata għandu jkun protett u ikkontrollat hekk li:

- id-data kollha kif imdaħħla fis-sistema tkun validata sewwa sabiex tassigura li l-iżbalji fid-dħul ikunu misjuba u kkorreġuti,

- l-ebda data m'għandha tkun imdaħħla, modifikata jew validata minn xi ħadd apparti milli mill-uffiċjali awtorizzati, mir-rappreżentanti jew mill-persuni nnominati li lilhom il-passwords individwali huma attribwiti,

- l-identità ta' kull uffiċjal, rappreżentant awtorizzat jew tal-persuna innominata li jwettqu d-dħul, jew li jgħamlu xi modifika, li jkunu nvoluti fid-data jew programmizzar, ikunu irreġistrati fil-log operazzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA INDIKATTIVA TA' L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA DWAR IS-SENSIELA TA' L-AWDITJAR (L-ARTIKOLU 4)

Is-sensiela ta' l-awditjar hija meqjusa bħala adekwata fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(2) meta, għal programm nazzjonali partikolari ta' l-implementazzjoni, dawn il-ħtiġiet li ġejjin ikunu milħuqa:

1. Ir-reġistri tal-kontijiet li jkunu miżmuma f'livellli xierqa ta' l-amministrazzjoni għandhom ifornu informazzjoni dettaljata dwar in-nefqa involuta għal kull proġett ko-finanzjat minn għand dawk li jirċievu l-għotjiet. Dawn għandhom jagħtu d-data li fiha d-dokumenti kienu mħejjija, l-ammont ta' kull punt ta' l-ispiża, in-natura tad-dokument akkompanjanti u d-data u l-metodu tal-pagament. L-evidenza dokumentarja meħtieġa (fatturi, etc.) għandha tkun mehmuża

2. Fil-każi meta l-punti ta' l-ispiża jirrigwardjaw parzjalment biss għall-proġett ko-finanzjat, l-eżatezza ta' l-allokazzjoni ta' l-ammont bejn il-proġett ko-finanzjat u l-proġetti l-oħrajn għandha tkun murija. L-istess huwa applikabbli għat-tipi ta' l-ispiża meqjusa bħala eliġibbli fi ħdan il-limiti jew fi proporzjon ma' spejjeż oħrajn.

3. L-ispeċifiki u l-pjan finanzjarju tal-proġett, ir-rapporti dwar il-progress tal-proġetti, id-dokumenti li jirrigwardjaw l-għoti ta' l-għajnuna, il-proċeduri għall-appalti u l-għoti tal-kuntratti, eċċ., għandhom ukoll jinżammu fil-livelll xieraq ta' l-amministrazzjoni.

4. Għall-iskop tan-notifika ta'l-ispiża attwalment involuta lejn il-korp intermedju bejn min jirċievi l-għotjiet li jimplementaw il-proġetti u l-awtorità responsabbli nnominata permezz ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, l-informazzjoni meħtieġa permezz tal-paragrafu 1 għandha tkun miġbura fi stqarrija dettaljata tan-nefqa li telenka, għal kull proġett, il-punti kollha tal-ispiża bil-għan li jkun ikkalkolat l-ammont totali kif iċċertifikat. L-istqarrijiet dettaljati tal-ispiża jikkostitwixxu dokumenti b'appoġġ għar-reġistri tal-kontijiet tal-korp intermedju.

5. L-organizzazzjonijiet intermedjarji għandhom iżommu r-reġistri tal-kontijiet għal kull proġett u għat-total ta' l-ammonti tal-ispiża kif ċertifikati minn dawk li jirċievu l-għotjiet ta' l-implementazzjoni tal-proġetti. L-organizzazzjonijiet intermedjarji li jirraportaw lejn l-awtorità responsabbli għandhom jippreżentaw lil dik l-awtorità lista tal-proġetti approvati għal kull programm nazzjonali ta' l-implementazzjoni, jindikaw għal kull proġett l-isem sħiħ tiegħu u dak ta' min jirċievi l-għotjiet għall-implementazzjoni tiegħu, id-data li fiha l-għajnuna kienet ġiet mogħtija, l-ammonti impenjati u mħallsa, il-perijodi tal-ispiża ikkonċernati u l-ammont totali tal-ispiża għal kull miżura. Din l-informazzjoni għandha tikkostitwixxi l-fajl akkompanjanti fir-reġistri tal-kontijiet ta' l-awtorità responsabbli u l-bażi għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet tal-ispiża li għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni.

6. Meta dawk li jirċievu l-għotja li timplementa l-proġetti jirraportaw direttament lejn l-awtorità responsabbli, l-istqarrijiet dettaljati tal-ispiża referuti fil-paragrafu 4 għandhom jikkostitwixxu l-fajls akkumpanjanti tar-reġistri ta' l-awditjar kif miżmuma mill-awtorità responsabbli, li għandha tħejji l-lista tal-proġetti ko-finanzjati referuti fil-paragrafu 5.

7. Meta aktar minn korp intermedju wieħed jintervjeni bejn dawk li jirċievu l-għotja li timplementa l-proġetti u l-awtorità responsabbli nnominata permezz ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, kull korp intermdju għandu jkun meħtieġ, għall-qasam tar-responsabiltà tiegħu, li jippreżenta stqarrijiet dettaljati ta' l-ispiża involuta fil-livell l-aktar baxx li għandhom ikunu użati bħala dokumentazzjoni ta' appoġġ fil-kontijiet tagħha u f'dak li fir-rigward tagħha hija għanda tirraporta 'l fuq, billi tagħti mill-anqas l-ammont totali ta' l-ispiża għal kull proġett.

8. Fil-każi tat-trasferiment tad-data kompjuterizzata, l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jakkwistaw informazzjoni suffiċjenti mil-livellli l-baxxi sabiex jiġġustifikaw ir-reġistri tal-kontijiet tagħhom u s-somom irraportati 'l fuq, hekk li jassiguraw sensiela sodisfaċenti ta' l-awditjar mill-ammonti totali notifikati lill-Kummissjoni tal-punti varji ta' l-ispiża u tad-dokumenti b'appoġġ fil-livelll ta' min jirċievi l-għotja / implementazzjoni tal-proġett.

--------------------------------------------------

ANNESS III

LINJI TA' GWIDA DWAR IL-PRINĊIPJI, IL-KRITERJA U L-ISKALI INDIKATTIVI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MID-DIPARTIMENTI TAL-KUMMISSJONI FID-DETERMINAZZJONI TAL-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI PERMEZZ TA' L-ARTIKOLI 18 U 19 TAD-DEĊIŻJONI 2000/596/KE

1. PRINĊIPJI

L-iskop tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa sabiex jirrestawra s-siwazzjoni meta 10 % tan-nefqa iddikjarat għal-ko-finanzjament mill-Fond tkun bi qbil mar-regoli u r-regolamenti nazzjonali u tal-Komunità kif applikabbli. Dan jippermetti l-istabbiliment ta' numru ta' prinċipji essenzali għad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jkunu applikabbli fid-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji:

(a) L-irregolarità hija definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2988/95 [1]. L-irregolaritajiet jistgħu jkunu waħda okkażjonali jew sistematiċi.

(b) Irregolarità sistematika jkun żball rikorrenti minħabba nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll iddisinjati sabiex jikkorrieġu il-kontabbilità u l-konformità mar-regoli u r-regolamenti li jkunu fis-seħħ.

- Jekk ir-regoli u r-regolament huma irrispettati, u l-miżuri raġjonevoli kollha huma meħuda sabiex jipprevjenu, jiżvelaw u jikkorreġu l-frodi u l-irregolarità, l-ebda korrezzjonijiet finanzjarji ma huma meħtieġa.

- Jekk ir-regoli u r-regolamenti applikabbli huma rrispettati, imma s-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll jeħtieġ li jkunu mtejba, rakkomandazzjonijiet pertinenti għandhom jitressqu lejn l-Istat Membru, imma l-ebda korrezzjonijiet finanzjarji ma jkunu intiżi.

- Meta żbalji biss li jirrigwardjaw somom ta' anqas minn EUR 4000 jkunu misjuba, l-Istat Membru għandu jkun imħeġeġ li jikkorrieġi l-iżbalji mingħajr ma jibda bil-proċeduri tal-korrezzjoni finanzjara permezz ta' l-Artikolu 18(4) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE.

- Jekk ikun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll li jistgħu iwasslu għall-irregolaritajiet sistematiċi, partikolarment nuqqasijiet li jkunu rispettati r-regoli u r-regolamenti applikabbli, il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom dejjem isiru.

(ċ) L-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja għandu jkun assigurat kull meta jkun possibbli fuq il-bażi ta' fajls individwali u jkun egwali għall-ammont tal-ispiża imposta bi żball fuq il-Fond f'dawk il-każi ikkonċernati. Korrezzjonijiet speċifikament kwantifikati għal kull proġett individwali ikkonċernat ma jkunux dejjem possibbli jew prattikabbli, b'dana kollu, jew jistgħu ikunu disproporzjonati sabiex jikkanċellaw l-ispiża intiera f'dak il-każ. F'tali każi, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-korrezzjonijiet fuq il-bażi ta' l-estrapolazzjoni jew ta' rati dritti.

(d) Meta jkun hemm evidenza li irregolaritajiet individwali kwantifikabbli ta' l-istess tip ikunu seħħew f'numru kbir ta' proġetti, jew matul miżura jew programm, imma li ma humiex meqjusa bħala spiża-effettiva li tkun determinata n-nefqa irregolari għal kull proġett individwali, il-korrezzjoni finanzjarja tista' tkun ibbażata fuq l-estrapolazzjoni.

- Estrapolazzjoni tista' tkun użata meta popolazzjoni omoġenja jew subsett ta' proġetti jistgħu jkunu identifikati u murija li kienu ġew effettwati bid-defiċjenza. F'dan il-każ, ir-riżultati ta' l-eżaminazzjoni bir-reqqa ta' kampjun rappreżentattiv tal-fajls individwali ikkonċernati magħżula kif jinzertaw huma estrapolati għall-fajls kollha li jiffurmaw il-popolazzjoni identifikata, b'konformità man-normi ġeneralment aċċettati ta' l-awditjar.

(e) Fil-każ ta' mankanzi individwali jew irregolaritajiet sistematiċi li l-impatt finanzjarju tagħhom ma jkunx preċiżament kwantifikabbli minħabba li huwa suġġett għal numru kbir ta' varjabbli jew li huwa mxerred fl-effetti tiegħu, bħal dawk li jirriżultaw min-nuqqas li jkunu mwettqa verifiki effettivi sabiex jipprevjenu jew jiżvelaw l-irregolarità jew dwar il-konformità ma kondizzjoni ta' l-għajnuna jew tar-regola tal-Komunità, imma li jkunu jidhru bħala disproporzjonati sabiex jinnegaw l-għajnuna kollha ikkonċernata, rati dritti għandhom ikunu applikati.

- Korrezzjonijiet b'rati dritti huma determinati skond is-serjetà tad-defiċjenza fis-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll jew f'nuqqas individwali u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-irregolarità. Lista ta' dawk li l-Kummissjoni tikkonsidra bħala li jkunu l-elementi kruċjali u anċiljarji tas-sistemi għall-iskop li tkun assessjata s-serjetà tad-defiċjenzi hija mogħtija fis-sezzjoni 2.2 u skala indikattiva ta' rati dritti għall-korrezzjonijiet tidher fis-sezzjoni 2.3. Il-korrezzjonijiet b'rata dritta huma applikati għall-ispiża kollha permezz tal-miżura jew tal-miżuri ikkonċernati sakemm id-defiċjenzi kienu limitati għal ċerti oqsma tal-ispiża (proġetti individwali jew tipi ta' proġetti), f'liema każ dawn huma applikati biss għal dawk l-oqsma ta' l-ispiża. L-istess spiża m'għandhiex normalment tkun suġġetta għal aktar minn korrezzjoni waħda.

(f) Fl-oqsma meta l-marġini għad-diskrezzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, bħal fil-każi ta' nuqqas ta' kura għall-kondizzjonijiet ambjentali, korrezzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: nuqqas sinifikati li jkunu rispettati r-regoli u rabta kjarament identifikabbli ma' l-azzjoni li tkun tirċievi fondi mill-Komunità.

(g) Irrispettivament mit-tip ta' korrezzjonijiet proponuti mil-Kummissjoni, l-Istat Membru huwa dejjem mogħti l-opportunità li juri li t-telf jew ir-riskju attwali għall-Fond u l-medda jew il-gravità ta' l-irregolarità tkun anqas minn dak li kien assessjat mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-proċedura u l-limiti ta' żmien huma stabbiliti fl-Artikolu 14(4) u (5) ta' din id-Deċiżjoni.

(h) Kuntrarju għall-korrezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri permezz ta' l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, il-korrezzjonijiet finanzjarji li tkun iddeċidiet dwarhom il-Kummissjoni permezz ta' l-Artikolu 19(2) ta' l-istess Deċiżjoni dejjem jinvolvu tnaqqis nett tal-fondi tal-Komunità impenjati għall-programm ikkonċernat.

(i) Meta s-sistema ta' l-awditjar ta' Stat Membru - il-Qorti ta' l-Awdituri, l-awditjar intern jew estern - ikunu żvelaw irregolaritajiet u l-Istat Membru jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa permezz ta' l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE matul perijodu raġjonevoli ta' żmien, l-ebda korrezzjonijiet finanzjarji ma jistgħu jkunu imponuti mill-Kummissjoni permezz ta' l-Artikolu 19(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE u l-Istat Membru jkun ħieles li jagħmel użu mill-ġdid minn dawk il-fondi. Fil-każi l-oħrajn, il-Kummissjoni tista' twettaq il-korrezzjonijiet fuq il-bażi tas-sejbiet tal-korpi nazzjonali ta' l-awditjar, bħal meta korp ta' l-awditjar EU jistabbilixxi l-irregolarità. Meta l-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq il-fatti stabbililiti u ddokumentati bis-sħiħ mill-korpi l-oħrajn ta' l-awditjar UE, hija għandha tifforma il-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji tagħhom, wara li teżamina t-tweġibiet mill-Istat Membru.

2. KRITERJA U SKALI TAL-KORREZZJONIJIET B'RATA DRITTA

2.1. Kriterja

Kif innotat fil-paragrafu 1(ċ) ta' hawn fuq, korrezzjonijiet b'rata dritta jistgħu ikunu intiżi meta l-informazzjoni li tirriżulta mill-inkjesta ma tkunx tippermetti li l-impatt finanzjarju ta' każ individwali jew ta' diversi każi ta' l-irregolaritajiet li jkunu evalwati bi preċiżjoni b'mezzi statistiċi, jew b'referenza għal data verifikabbli oħra, imma li ma jkunux iwasslu għall-konklużjoni li l-Istat Membru jkun naqas milli jwettaq verifika adekwata ta' l-eliġibbiltà tat-talbiet aċċettati.

Korrezzjonijiet b'rata dritta għandhom ikunu meqjusa meta l-Kummissjoni ssib li nuqqas ta' xi kontroll ikun adekwatament effettwat li huwa espliċitament meħtieġ b'regolazzjoni, jew impliċitament meħtieġ sabiex jirrispetta regola espliċita (per eżempju, il-limitu ta' l-għajnuna għal ċertu tip ta' proġett), u li n-nuqqas tiegħu jista jwasal għall-irregolarità sistematika. Dawn għandhom ukoll ikunu meqjusa meta l-Kummissjoni ssib defiċjenzi serji fis-sistemi ta' l-amministrazzjoni u tal-kontroll li jirriżultaw minn nuqqasijiet fuq skala kbira tar-regoli u r-regolamenti applikabbli, jew meta hija tiżvela ksur individwali. Korrezzjonijiet b'rata dritta jistgħu ukoll ikunu xierqa meta d-dipartimenti tal-kontroll infushom tal-Istati Membri jiżvelaw tali irregolaritajiet imma l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa matul perijodu raġjonevoli taż-żmien.

Fid-determinazzjoni ta' jekk korrezzjoni finanzjarja b'rata dritta għandhiex tkun tirriżulta u, jekk dan ikun il-każ, b'liema rata, il-konsiderazzjoni ġenerali għandha tkun l-assessjar tal-grad tar-riskju jew tat-telf li l-Fond kien espost għalieh bħala konsegwenza tad-defiċjenza fil-kontroll. Hekk il-korrezzjoni għandha tkun b'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. L-elementi speċifiċi li għandhom ikunu meqjusa għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

1. jekk l-irregolarità tkun relatata ma' każ individwali, każi multipli jew il-każi kollha;

2. jekk id-defiċjenza tkunx tirrigwardja l-effettività tas-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll b'mod ġenerali, jew l-effettività ta' element partikolari tas-sistema, i.e. l-operat tal-funzjonijiet partikolari meħtieġa sabiex jassiguraw il-legalità, ir-regolarità u l-eliġibiltà ta' l-ispiża iddikjarata għall-ko-finanzjament mill-Fond permezz tar-regoli applikabli, kemm nazzjonali u wkoll tal-Komunità (ara s-sezzjoni 2.2 ta' hawn taħt);

3. l-importanza tad-defiċjenza fi ħdan it-totalità tal-kontrolli amministrattivi, fiżiċi jew oħrajn kif previsti;

4. il-vulnerabiltà għal frodi tal-miżuri, wara li partikolarment tkun meqjusa l-inċentiva ekonomika.

2.2. Il-klassifikazzjoni ta' l-elementi tas-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll għall-iskop li jkunu applikati rati dritti tal-korrezzjonijiet finanzjarji għad-defiċjenzi tas-sistema jew ta' ksur individwali

L-amministrazzjoni u s-sistemi tal-kontroll għall-Fond li jikkonsisti minn diversi elementi jew funzjonijiet ta' importaza akbar jew iżgħar sabiex jassiguraw il-legalità, ir-regolarità u l-eliġibbiltà tal-ispiża iddikjarata għall-ko-finanzjament. Għall-iskop li jkunu assessjati korrezzjonijiet b'rata dritta dwar id-defiċjenzi f'tali sistemi jew f'każi individwali ta' l-irregolarità, huwa utili li jkunu ikklasifikati l-funzjonijiet tas-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll fl-elementi kruċjali u anċilljarji.

L-elementi kruċjali huma dawk iddisinjati u essenzali sabiex jassiguraw il-legalità u r-regolarità u fil-fatt is-sustanza tal-proġetti kif sostnuti mill-Fond, l-elementi anċilljarji li huma dawk li jikkontribwixxu għall-kwalità tas-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll u jgħinu sabiex jassiguraw li s-sistema zzomm l-imġieba sewwa b'relazzjoni tal-funzjonijiet kruċjali tiegħu.

Il-lista ta' hawn taħt tinkludi l-elementi maġġuri tas-sistemi tajbin ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll u tal-prattika tajba ta' l-awditjar. Il-gravità u d-defiċjenzi u l-ksur individwali ivarjaw konsiderevolment, u l-każi għandhom għalhekk ikunu assessjati mill-Kummissjoni, wara li tkun qieset, partikolarmnet, is-sezzjoni 2.4.

2.2.1. Elementi kruċjali sabiex jassiguraw l-eliġibbiltà għall-ko-finanzjament

1. Id-disposizjonijiet u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' l-applikazzjonijiet għall-għotja, l-apprezzament ta' l-applikazzjonijiet, il-għażla tal-proġetti għall-fondi u l-għażla tal-kuntratturi/fornituri, il-pubblikazzjoni xierqa għal sejħiet għall-applikazzjonijiet għal għotja skond il-proċeduri tal-programm ikkonċernat:

(a) konformità, meta applikabbli, mar-regoli dwar il-pubbliċità, l-egwaljanza ta' l-opportunità u l-fornimenti pubbliċi, u mar-regoli tat-Trattat u l-prinċipji ta' l-egwaljanza tat-trattament u n-nuqqas-ta'-diskriminazzjoni meta d-direttivi KE tal-forniment pubbliku ma jkunux applikabbli;

(b) l-apprezzament ta' l-applikazzjonijiet għall-għotja skond il-kriterja u l-proċeduri tal-programm, inkluża l-konformità mar-regoli u l-assessjar ta' l-impatt ambjentali, l-egwaljanza ta' l-opportunità tal-leġislazzjoni u l-istrateġiji;

(ċ) l-għażla tal-proġetti għall-fondi:

- proġetti magħżula li jkunu korrespondenti ma l-obbjettivi u l-kriterja ippubblikati tal-programm;

- ir-raġunijiet għall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta' l-applikazzjonijiet ikunu kjarament spjegati;

- l-osservanza tar-regoli ta' l-għajuna mill-Istat;

- l-osservanza tar-regoli ta' l-eliġibbiltà;

- l-inklużjoni ta' termini u kondizzjonijiet tal-fondi fid-deċiżjoni ta' l-approvazzjoni.

2. Verifika adekwata tal-forniment tal-prodotti u servizzi ko-finanzjati u ta' l-eliġibbiltà għan-nefa li jkunu imposti fuq il-programm mill-awtorità responsabbli innomata permezz ta' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2000/596/KE u ta' l-organizzazzjonijiet intermedji bejn dak li jirċievi l-għajnuna u l-awtorità responsabbli:

(a) verifika tar-realtà ta' "fornituri" (servizzi, xogħlijiet, fornimenti, etc.) skond il-pjanijiet, fatturi, dokumenti ta' l-aċċettazzjoni, ir-rapporti ta' l-esperti, eċċ., u, meta xieraq, fuq il-post;

(b) verifika ta' l-osservanza tal-kondizzjonijiet ta' l-għotja approvata;

(c) verifika ta' l-eliġibbiltà tan-nefqa li dwarha tkun issir it-talba;

(d) segwiment adewkat tal-kwistjonijiet kollha pendenti qabel ma sseħħ l-aċċettazzjoni tat-talba;

(e) iż-żamma ta' sistema tal-kontijiet li tkun adekwata u affidabbli;

(f) iż-żamma tal-medda ta' l-awditjar fil-livellli kollha kemm minn għand dak li jirċievi għal matul is-sistema;

(g) it-teħid ta' miżuri raġjonevoli sabiex tkun akkwistata l-assigurazzjoni li d-dikjarazzjonijiet tal-ispiża kif iċċertifikata mill-awtorità responsabbli lejn il-Kummissjoni jkunu korretti sal-limitu li:

- in-nefqa kienet effettwata matul il-perijodu eliġibbli fil-proġetti magħżula għall-ko-finanzjament b'konformità mal-proċeduri normali u mat-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli kollha,

- il-proġetti ko-finanzjati jkunu attwalment ġew imwettqa.

3. Verifiki tal-kampjunar bi kwantità u kwalità suffiċjenti dwar il-proġetti ikunu segwiti b'mod adekwat:

(a) it-twettiq tal-verifiki tal-kampjun fuq mill-anqas 20 % ta' l-ispiża totali eliġibbli b'konformità ma l-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, sostnuta b'rapport tax-xogħol li jkun twettaq mill-awditur;

(b) il-kampjun ikun rappreżentattiv u r-riskju ta' l-analiżi tkun adekwata;

(c) separazzjoni adekwata tad-doveri sabiex jassiguraw indipendenza;

(d) segwiment tal-verifiki, li jassiguraw:

- assessjar xieraq tar-riżultati u l-korrezzjonijiet finanzjarji kienu xierqa,

- azzjoni fil-livell ġenerali għall-korrezzjoni ta' l-irregolaritajiet sistematiċi.

2.2.2. Elementi anċillarji:

(a) kontrolli amministrattivi sodisfaċenti fil-għamla ta' listi normali tal-verifika jew mezzi ekwivalenti u dokumentazzjoni xierqa tar-riżultati, sabiex, per eżempju, jassiguraw:

- li t-talbiet ma jkunux ġew imħallsa qabel u t-tranżazzjonijiet (kuntratti, irċevuti, fatturi, pagamenti) huma separatament identifikabbli;

- rikonċiljazzjoni mas-sistema tal-kontijiet tad-dikjarazzjonijiet u l-ispiża kif irreġistrata;

(b) superviżjoni xierqa tat-talbiet għall-ipproċessar u l-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni;

(ċ) proċeduri sodisfaċenti sabiex jassiguraw dissiminazzjoni xierqa ta' l-informazzjoni rigward ir-regoli tal-Komunità;

(d) jassigura pagament f'waqqtu tal-fondi tal-Komunità lejn il-benefiċjarji.

2.3. Skali indikattivi tal-korrezzjonijiet b'rata dritta

Korrezzjoni ta' 100 %

Ir-rata tal-korrezzjoni tista' tkun stabbilita fi 100 % meta d-defiċjenzi fis-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll fl-Istati Membri huma, jew ksur individwali jkun, hekk serju li jikkostitwixxi nuqqas sħiħ mal-konformità tar-regoli tal-Komunità, hekk li jirrendu li l-pagamenti kienu irregolari.

Korrezzjoni ta' 25 %

Meta l-applikazzjoni tas-sistema ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-Istat Membru tkun serjament defiċjenti, u jkun hemm evidenza ta' irregolarità vasta, u negliġenza għall-ġlieda kontra l-prattiċi irregolari u qarrieqa, korrezzjoni ta' 25 % hija iġġustifikata, hekk kif jista' jkun raġonevolment preżunt li l-libertà li jkunu ppreżentati talbiet irregolari b'impunità jkunu joħolqu telf eċċezzjonalment għoli għall-Fond. Korrezzjoni f'din ir-rata hija wkoll xierqa għall-irregolaritajiet f'każ individwali li huwa serju imma li ma jkunx jinvalida il-proġett kollu.

Korrezzjoni ta' 10 %

Meta wieħed jew aktar mill-elementi kruċjali tas-sistema ma jkunx jiffunzjonaw jew ikunu jiffunzjonaw ħażin jew hekk mingħajr nuqqas ta' frekwenza li dawn isiru kompletament ineffittivi fid-determinazzjoni ta' l-eliġibiltà tat-talba jew li jipprevjenu l-irregolarità, korrezzjoni ta' 10 % hija ġustifikata, hekk kif jista' jkun raġonevolment konkluż li kien hemm riskju għoli ta' telf vast għall-Fond. Din ir-rata tal-korrezzjoni hija wkoll xierqa għall-irregolarijiet individwali ta' serjetà moderata b'relazzjoni ma l-elementi kruċjali tas-sistema.

Korrezzjoni ta' 5 %

Meta l-elementi kruċjali kollha tas-sistema jkunu jiffunzjonaw, imma mhux b'konsistenza, frekwenza, jew bl-eżatezza meħtieġa bir-regolamenti, allura korrezzjoni ta' 5 % hija ġustifikata, minħabba li jista jkun raġonevolment konkluż li dawn ma jkunu jipprovdu livelll suffiċjenti ta' assigurazzoni tar-regolarità tat-talbiet, u li r-riskju għall-Fond ikun sinifikanti. Korrezzjoni ta' 5 % tista' ukoll tkun xierqa għall-irregolaritajiet anqas serji fi proġetti individwali b'relazzjoni ma l-elementi kruċjali.

Il-fatt li b'dak il-mezz is-sistema topera hija perfettament li ma tkunx minnha innifisha bażi suffiċċjenti għall-korrezzjoni finanzjarja. Għandu jkun hemm defiċjenza serja tal-konformità ma regoli u normi espliċiti tal-Komunità ta' prattika tajba u tad-defiċjenza li għandha tesponi l-Fond għal riskju reali tat-telf jew ta' l-irregolarità.

Korrezzjoni ta' 2 %

Meta l-imġieba tkun adekwata b'releazzjoni ma l-elementi kruċjali tas-sistema, imma meta jkun hemm falliment komplut li jkunu operati wieħed jew aktar elementi anċillarji, korrezzjoni ta' 2 % hija ġustifikata in vista tar-riskju aktar baxx għall-Fond, u ta' anqas serjetà ta' ksur.

Korrezzjoni ta' 2 % għandha tkun miżjuda għal 5 % jekk l-istess defiċjenza tkun stabbilita b'relazzjoni mal-ispiża wara d-data ta' l-ewwel korrezzjoni imposta u l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu miżuri korrettivi adekwati dwar dik il-parti tas-sistema li tkun defiċjenti wara l-ewwel korrezzjoni.

Korrezzjoni ta' 2 % hija wkoll ġustifikata meta l-Kummissjoni tkun informat lill-Istat Membru, mingħajr ma timponi l-ebda korrezzjoni, dwar il-ħtieġa li jsir tittjib għall-elementi anċillarji tas-sistema li jkunu eżistenti imma li ma joperawx b'mod sodisfaċenti, imma li l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni meħtieġa.

Korrezzjonijiet huma imposti biss dwar id-defiċjenzi fl-elementi anċillarji tas-sistemi ta' l-amministrazzjoni u l-kontroll meta l-ebda defiċjenzi ma jkunu ġew identifikati fl-elementi kruċjali. Jekk ikun hemm defiċjenzi b'relazzjoni ma' l-elementi anċillarji kif ukoll ma l-elementi kruċjali, korrezzjonijiet għandhom isiru biss bir-rata applikabbli għall-elementi kruċjali.

2.4. Każi marġinali

Meta l-korrezzjoni li tkun tirriżulta mill-applikazzjoni stretta ta' dawn il-linji ta' gwida tkun disproporzjonata, rata aktar baxxa ta' korrezzjoni tista' tkun proponuta.

Per eżempju, meta d-defiċjenzi jinħolqu minn diffikultajiet fl-interpretazzjoni tar-regoli jew tal-ħtiġiet tal-Komunità (apparti milli fil-każi meta jkun raġonevolment mistenni li l-Istat Membru jressaq tali diffikultajiet mal-Kummissjoni), u l-awtoritajiet nazzjonali jkunu ħadu passi effettivi sabiex ifittxu rimedju għad-defiċjenzi malli dawn isiru apparenti, dan il-fattur ta' mitigazzjoni jista' jkun meqjus u rata aktar baxxa jew l-ebda korrezzjoni tista' wkoll tkun proponuta. L-istess, qies xieraq għandu jkun mogħti għat-talbiet taċ-ċertezza legali meta d-defiċjenzi ma kienux irraportati bħala segwiment ta' l-awditjar preċedenti mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Ġeneralment, il-fatt li sistemi defiċjenti ta' l-amministrazzjoni jew tal-kontroll kienu mtejba immedjetament wara li d-defiċjenzi jkunu ġew irrapurtati lill-Istat Membru ma jistax ikunu meqjusa bħala fattur mitiganti meta jkun assessjat l-impatt finanzjarju tal-irregolaritajiet sistematiċi qabel ma t-tittjib ikun seħħ.

2.5. Il-bażi ta' l-assessjar

Kull meta s-sitwazzjoni fl-Istati Membri l-oħrajn tkun magħrufa, il-Kummissjoni għandha twettaq tqabbil bejniethom sabiex tassigura trattament egwali fl-assessjar tar-rati tal-korrezzjoni.

Ir-rata tal-korrezzjoni għandha tkun applikata għal dik il-parti tan-nefqa li tkun tinsab f'riskju. Meta defiċjenza tirriżulta minn nuqqas mill-Istati Membru li jadotta sistema xierqa ta' kontroll, allura l-korrezzjoni għandha tkun applikata għall-ispiża intiera li dwarha s-sistema tal-kontroll kienet meħtieġa. Meta jkun hemm raġuni li wieħed jippresupponi li d-defiċjenza hija limitata għal dik l-awtorità partikolari jew għal dik l-applikazzjoni reġjonali tas-sistema tal-kontroll adottata mill-Istat Membru, il-korrezzjoni għandha tkun limitat għall-ispiża ikkontrolata minn dik l-awtorità jew reġjun. Meta d-defiċjenza tirrigwardja, per eżempju, għall-verifika tal-kriterja għall-eliġibiltà ta' rata għola ta' l-għajnuna, allura l-korrezzjoni għandha tkun ibbażata fuq id-differenza bejn l-ogħla rata jew dik l-aktar baxxa ta' l-għajnuna.

Il-korrezzjoni għandha normalment tikkonċerna l-ispiża tal-miżura matul perijodu li jkun eżaminat, per eżempju sena finanzjarja waħda. B'dana kollu, meta l-irregolarità tirriżulta minn defiċjenzi sistematiċi, li ilhom evidentament pendenti għal ħafna żmien u li jaffettwaw in-nefqa ta' ħafna snin, allura l-korrezzjoni għandha tikkonċerna n-nefqa kollha iddikjarata mill-Istat Membru waqt li d-defiċjenza tas-sistema tkun prevalenti sa dak ix-xahar li fih tkun ġiet remedjata.

Meta diversi defiċjenzi jkunu misjuba fl-istess sistema, ir-rati dritti tal-korezzjoni ma jkunux kumulattivi, id-defiċjenza l-aktar serja għandha tkun meqjusa bħala indikazzjoni tar-riskji kif ippreżentati mis-sistema tal-kontroll kollha kemm hija [2]. Dawn għandhom ikunu applikati għall-kumplament tal-ispiża wara t-tnaqqis ta' l-ammonti miċħuda għall-fajls individwali. Fil-każ tan-nuqqas ta' l-applikazzjoni mill-Istat Membru tal-penali prekritti bil-liġi tal-Komunità, il-korrezzjoni finanzjarja għandha tkun l-ammont tal-penali mhux applikati, flimkien ma 2 % tal-kumplament tat-talbiet, bħala penali mhux-applikabbli, fiż-żidiet tar-riskju li t-talbiet irregolari għandhom ikunu ippreżentati.

3. L-APPLIKAZZJONI U L-EFFETT TAL-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI NETTI

Meta l-Istat Membru jaċċetta li jwettaq il-korrezzjoni finanzjarja proponuta fil-proċedura permezz ta' l-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE, il-Kummissjoni ma tkunx teħtieġ li timponi tnaqqis nett tal-fondi, imma tista' tippermetti lill-Istat Membru li jalloka mil-ġdid is-somom rilaxxati. B'dana kollu, il-korezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni permezz ta' l-Artikolu 19(2) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE wara t-twettiq tal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 18(3) u (4) ta' l-istess Deċiżjoni għandha fil-każi kollha tinvolvi tnaqqis nett fl-allokazzjoni indikattiva ta' l-għajnuna mill-Fond.

Korrezzjoni netta hija awtomatikament magħmulha jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-Istat Membru ma jkunx ħa akkont sodisfaċenti tal-konklużjonijiet dwar l-irregolaritajiet żvelati mill-Komunità jew minn korpi nazzjonali u/jew jekk l-irregolarità tkun relatata ma defiċjenza serja fis-sistema ta' l-amministrazzjoni jew tal-kontroll tal-Istat Membru jew ta' l-awtoritajiet ta' l-amministrazzjoni jew tal-pagament.

Kwalunkwe somma dovuta lejn il-Kummissjoni bħala riżultat ta' korrezzjonijiet netti għandha titħallas flimkien ma' l-imgħaxijiet permezz ta' l-Artikolu 19(3) tad-Deċiżjoni 2000/596/KE u b'konformità ma l-Artikolu 15(2) ta' din id-deċiżjoni.

[1] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[2] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNEX IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------