32001R2382



Official Journal L 323 , 07/12/2001 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2382/2001

ta' l-4 ta' Diċembru 2001

li jemenda ir-Regolament (KE) No 1267/1999 jistabbilixxi strument għall-Politikà Strutturali għall qabel l-adeżjoni

IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara konsultazzjoni ta'l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

Billi:

(1) L-ewwel miżuri li ghandhom jibbenefikaw mill-assistenza mill-Komunità taħt l-istrument għal Politikà Strutturali ta' qabel l-aċċessjoni (ISPA) stabbilita bir-Regolament (KE) No 1267/1999 [4] kienu stmati u approvati mill-Kummissjoni matul l-2000.

(2) Ċertu disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) No 1267/1999 għandhom ikunu emendati fid-dawl ta' l-esperjenza miġjuba f'dak iz-żmien fi stimi u approvazzjoni ta' miżuri li jridu jkunu finanzjati taħt l-ISPA.

(3) Ko-finanzjament ta' miżuri flimkien ma istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali b'mod partikolari u l-użu ta' finanzjament privat huma elementi importanti tal-funzjoni tal-ISPA. F'ċeru każi, dħul għal sorsi ta' finanzi minbarra assistenza tal-Komunità huwa essenżjali biex jitħallew l-pajjiżi benefiċjarji biex jikkofinanzjaw miżuri li jaderixxu totalment mal-kondizzjonijiet ta' l-eligibilità u l-għanijiet ta' l-ISPA.

(4) Biex titħalla jew tiffaċilità ko-finanzjament flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u/jew sorsi privati, disposizzjonijiet għandhom jkunu provduti għall-possibiltà għall deroga, wara ezaminazzjoni fuq bażi każ b'każ, mir-regoli ġenerali fuq parteċipazzjoni hrug ta' offerti u kuntratti kofinanzjati taħt l-ISPA.

(5) L-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għal-buġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5] jistipulaw li f'każijiet eċċezjonali u b'ġustifikazzjoni kif suppost, jista jkun deċiż, fuq bażi ta' kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-istrumenti basiċi li jigvernaw il-kooperazzjoni u bi ftehim tal-awtorizzazzjoni xierqa tal-proceduri, biex jitħallew nies b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jghamlu l-offerti għall-kuntratti. Regolament (KE) No 1267/1999 huwa strument bażiku.

(6) F'din il-konnessjoni, l-ispirazzjoni tista tinġieb min ċertu disposizzjonijiet applikabbli taħt il-programm Phare stabbilit bir-Regolament (KEE) 3906/89 [6] fuq għajnuna ekonomika għal-ċertu pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

(7) Definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta' spiża eliġibbli huwa neċessarju sabiex jitħalla l-ko-finanzjament ta' miżuri ISPA min sorsi oħra ta' għajnuna esterna.

(8) Id- disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) No 1267/1999 għandha iktar min hekk tkun addottata biex tieħu konsiderazzjoni tad-deċisjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jniżżel proċeduri għall-eżerċizzju ta' implimentazzjoni ta' poteri konferita fuq il-Kummissjoni [7].

(9) It-Trattat ma jipprovdix, għall-addozjoni ta'dan ir-Regolament, poteri oħra minbarra dawk fl-Artikolu 308,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 6a

Għotja ta' kuntratti

1. F'każ ta' miżuri għal liema l-Komunità hija l-uniku sors ta' għajnuna esterna, parteċipazzjoni għall-inviti għal offerti u kuntratti għandhom jiftħu fuq l-istess termini għall kull persuna legali u naturali ta' l-Istati membri u tal-pajjiżi li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1).

2. Paragrafu 1 għandu wkoll japplika għall-ko-finanzjament.

Madankollu, fil-każ ta' kofianzjament, il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terż ghall-offerti u kuntratti jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni, wara ezaminazzjoni fuq bażi ta' każ b'każ."

2. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma l-Artikolu 7 li:

"8. Meta miżura tkun kofinanzjata flimkien mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, spiża li tilħaq ir-regoli tal-eligibilità li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 7 imma ikkunsidrat bi ftehim mal-proċeduri xierqa għal sorsi esterni ta' finanzjament barra mill-assistenza tal-Komunità u merfugħa min dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li jista jkunu użati fil-kalkulazzjoni ta' l-ispiża totali eliġibbli għal dik il-miżura."

3. Paragrafu 1, 2 u 3 ta' l-Artikolu 14 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita min kumitat, kompost min rappresentanti ta' Stati Membri u ppresedut min rapprenżentant tal-Kummissjoni (min hawn il-quddiem riferut bħala "'l-Kumitat"). Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jaħtar rappreżentant li ma jivvutax.

2. Fejn ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-perjodu provdut fl-Artikolu 4(3) tad- Deċiżjoni Nru 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 4 Diċembru 2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Reynders

[1] ĠU C 180 E, 26.06.01, p. 197.

[2] Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Settembru 2001 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjail).

[3] ĠU C 221, 07.08.01, p. 166.

[4] ĠU L 161, 26.06.99, p. 73.

[5] ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, ECSC, Euratom) No 2673/1999 (ĠU L 326, 18.12.1999, p. 1).

[6] ĠU L 375, 23.12.89, pġ. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ĠU L 306, 07.12.00, pġ. 1).

[7] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

--------------------------------------------------