32001R1451



Official Journal L 198 , 21/07/2001 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1451/2001

tat-28 ta' Gunju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2792/1999 li jippreskrivi regoli u arranġamenti dettaljati dwar assistenza strutturali komunitarja fis-settur tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta (mressqa) mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 [4] jistabbilixxi rati massimi ta' assistenza mill-Istrument Finanzjarju għal Gwida tas-Sajd (IFGS) skond il-limiti preskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Gunju 1999 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [5].

(2) Madankollu, l-limiti li japplikaw għall-iSFGS jibqgħu taħt id-dispożizzjonijiet speċjali prekritti fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għal ċerti kategoriji ta' reġjuni ta' Objettiv 1. Il-limiti applikabbli għall-iSFGS għandhom għalhekk ikunu aġġustati skond id-diffikultajiet speċifiċi ta' kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' reġjun. Fir-rigward tar-reġjuni l-aktar 'il bogħod miċ-ċentru b'mod partikolari, huwa meħtieġ li jitqiesu l-fatturi indikati fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat għax dawn jistgħu jkunu ta' ħsara kbira għall-iżvilupp tagħhom.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għandu għalhekk ikun emendat.

(4) Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, kull pjan, qafas ta' sostenn tal-Komunita, programm operazzjonali u dokument uniku ta' programmar għandhom ikopru perjodu ta' seba' snin, u l-perjodu ta' programmar għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2000. Fl-interessi ta' għaqda u biex tkun evitata diskriminazzjoni bejn benefiċjarji ta' l-istess programm, id-derogi li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament għandhom, b'mod eċċezzjonali, jkunu applikabbli għall-perjodu ta' l-ipprogrammar kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Tabella 3 ta' l-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għandha tkun issostitwita bit-tabella li ġejja:

"TABELLA 3

| Grupp 1 | Grupp 2 | Grupp 3 | Grupp 4 |

Reġjuni ta’ Objettiv 1 | 50 % ≤ A ≤ 75 % B ≥ 25 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 60 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 40 % | A ≤ 75 % B ≥ 5 % C ≥ 20 % |

Reġjuni ta’ Objettiv 1 li qegħdin fi Stat Membru kopert mill-Fond ta’ Koeżjoni | 50 % ≤ A ≤ 80 % B ≥ 20 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 60 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 40 % | A ≤ 75 % B ≥ 5 % C ≥ 20 % |

Reġjuni l-iktar 'il bogħod miċ-ċentru | 50 % ≤ A ≤ 85 % B ≥ 15 % | A ≤ 40 % B ≥ 10 % C ≥ 50 % | A ≤ 50 % B ≥ 5 % C ≥ 25 % | A ≤ 75 % B ≥ 5 % C ≥ 20 % |

Gżejjer Griegi 'l bogħod li huma taħt żvantaġġ dovut għal-lokalita mbiegħda tagħhom | 50 % ≤ A ≤ 85 % B ≥ 15 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 60 % | A ≤ 35 % B ≥ 5 % C ≥ 40 % | A ≤ 75 % B ≥ 5 % C ≥ 20 % |

Zoni oħrajn | 25 % ≤ A ≤ 50 % B ≥ 50 % | A ≤ 15 % B ≥ 5 % C ≥ 60 % | A ≤ 15 % B ≥ 5 % C ≥ 60 % | A ≤ 50 % B ≥ 5 % C ≥ 30 % |

Fil-każ ta' investiment f'negozji żgħar jew ta' qies medju fit-tifsira tar-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE [10] ir-rati (A) għal gruppi 2 u 3 jistgħu jiżdiedu b'ammont għal għamliet ta' finanzjament oħrajn barra minn assistenza diretta, sakemm din iż-żieda ma teċċedix l-10 % tas-siwi totali eliġibbli. Il-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju privat għandha titnaqqas skond dan.

Deskrizzjoni sommarja tad-derogi li jipprovdi għalihom l-ewwel subparagrafu għandha tkun inkluża fil-programmi operazzjonali jew dokumenti uniċi ta' programmar fiż-żoni konċernati li jirreferu għalihom fl-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta' Gunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Rosengren

[1] ĠU C 96 E, tas-27.2.2001, p. 277.

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Gunju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Gurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 29.

[4] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1447/2001 (ara p. 1 ta' dan il-Gurnal Uffiċjali).

[10] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

--------------------------------------------------