32001R0539



Official Journal L 081 , 21/03/2001 P. 0001 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001

tal-15 ta' Marzu 2001

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62, il-punt (2)(b)(i) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Permezz ta' l-Artikolu 62, il-punt (2)(b) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta regoli li jirrigwardjaw il-viżi għall-soġġorni ntiżi ta' aktar minn tlett xhur, u f'dak il-kuntest huwa meħtieġ li tkun determinata l-lista ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. L-Artikolu 61 jelenka dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament marnuta mal-moviment ħieles ta' persuni ġewwa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizjs.

(2) Dan ir-Regolament isegwi mill-acquis Schengen bi qbil mal-Protokoll li jintegraħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn il-quddiem referuta bħala il-"Protokoll Schengen", Dan ma jaffetwax l-obbligi tal-Istati Membri li jiriżultaw mill-acquis kif definit fl-Anness A tad-Deċiżjoni 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-acquis Schengen għall-iskop tad-determinazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis [3].

(3) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi aktar żvilupp ta' dawk id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom koperazzjoni aktar mill-qrib kienet ġiet awtorizzata permezz tal-Protokoll Schengen u jidħol fil-qasam referut fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis Schengen [4].

(4) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjonu Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit m'humiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament u mingħajr preġudizzju ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi qabel, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplkaw la għall-Irlanda u anqas għar-Renju Unit.

(5) Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn kriterja meqjusa, bl-assessjar tal-każ b'każ tal-varjetà tal-kriterja li tirrigwardja, inter alia, l-immigrazzjoni illegali, l-istrateġija u s-sigurtà publika, u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea ma pajjiżi terzi, konsiderazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija għall-implikazzjonijiet ta' l-għaqda u r-reċipriċità. Id-dispożizzjoni għandha għalhekk għall-mekkaniżmu tal-Komunità li jiffaċilita dan il-prinċipju ta' reċiproċità li għandu jkun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-viża.

(6) Minħabba li l-Ftehin dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi ma humhiex inklużi fil-lista ta' l-Anness II tiegħu.

(7) F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat u r-refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi permezz tal-ftehim internazzjonali iffermati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjatim iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża għandha tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jabitaw u li jkunu ħarġu d-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat u għal refuġjuti rikonoxxuti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kategoriji ta' persuni għandhom ikunu suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, meta l-pajjiż terz li fih dawn il-persuni jkunu abitanti u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

(8) F'każi speċifiċi meta r-regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom bi qbil mal-liġi jew il-konswetudini internazzjonali pubblika.

(9) Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tkun amministrata mingħajr ħabi u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn l-Istati Membri u lejn il-Kummissjoni il-miżuri li għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(10) Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew li l-ħruġ tal-viżi ma jkunux jaffettwaw ir-regoli li bħal issa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(11) B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità mistqarr fl-Artikolu 5 tat-Trattat, li jiddigrieta Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, huwa kemm meħtieġ u mezz xieraq li jassigura li r-regoli komuni tal-viża ikunu operati b'effiċċjenza.

(12) Dan ir-Regolament jipprovdi għall-armonizzazzjoni sħiħa f'daw li jirrigwardja l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. B'dana kollu, l-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' ċerti pajjiżi terzi, li huma elenkati fl-Anness II, għandha tidħol fis-seħħ biss aktar tard. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar kull wieħed minn dawk il-pajjiżi fuq il-bażi tar-rapporti imħejjija mill-Kummissjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta' l-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

2. Mingħajr preġudizzji għall-Artikolu 8(2), iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma elenkati fil-lista ta' l-Anness II għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa stabbilita fil-paragrafu 1, għal soġġorni ta' total ta' mhux aktar minn tlett xhur.

3. Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi fil-listi ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.

4. L-istabbeliment minn pajjiż terz elenkat fil-lista ta' l-Anness II dwar il-ħtieġa ta' viża għal ċittadini ta' Stat Membru għandu jikkaġuna l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' xi ftehim li l-Komunità kienet setgħet ikkonkludiet ma dak il-pajjiż terz bl-għoti ta' l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża:

(a) l-Istat Membru jista jinnotifika bil-kitba lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar il-fatt li l-pajjiż terz ikunu stabbilixxa il-ħtieġa tal-viża.

(b) Fil-każ ta' tali notifika, l-obbligu tal-Istati Membrili jimponu fuq iċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikonċernat il-ħtieġa tal-viża għandu jkun stabbilit proviżjonalment għal 30 jum minn wara n-notifika sakemm il-Kunsill, li jaġixxi bil-quddiem b'maġġoranza kwalifikata, ma jiddeċiedix mod ieħor;

(ċ) l-introduzzjoni proviżorja tal-ħtieġa għall-viża għandha tkun ippubblikata mill-Kunsill, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, qabel ma din tidħol fis-seħħ;

(d) il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe talba mressqa mill-Kunsill jew minn Stat Membru li din għandha tressaq proposta lejn il-Kunsill li temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament sabiex ikun inkluż il-pajjiż terz ikkonċernat fl-Anness I jew li jkun imneħħi mill-Anness II;

(e) jekk, qabel l-adozzjoni mill-Kunsill ta' tali emenda għll-Annessi ta' dan ir-Regolament, il-pajjiż terz iħassar id-deċiżjoni tiegħu li jistabbilixxi l-ħtieġa għall-viża, l-Istat Membru ikkonċernat għandu immedjetament jinnotifika bil-kitba lill-Kummissjoni u lill-Kunsill skond kif xieraq;

(f) tali notifika għandha tkun ippubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-introduzzjoni proviżorja tal-ħtieġa għal viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għandha tkun imħassra 7 tijiem wara d-data tal-publikazzjoni.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "viża" għandha tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġha minn Stat Membru jew b'deċiżjoni meħudha minn tali Stat li tkun meħtieġa bil-għan li:

- tad-dħul għal soġġorn intiż f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' mhux aktar minn total ta' tlett xhur,

- tad-dħul għal transitu matul it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, aparti milli għat-transitu f'ajruport.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-obligi permezz tal-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġġjati, iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, refuġġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat:

- għandhom ikunu suġġetti għall-ħtieġa tal-viża jekk il-pajjiż terz li fih huma jabitaw u li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I;

- jistgħu ikunu eżentati mill-ħtieġa tal-viża jekk il-pajjiż terz li fih huma jabitaw u li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

1. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(1) jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa għall-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2), f'dak li jirrigwardja:

(a) d-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, passaporti ta' dover uffiċjali u l-passaporti uffiċjali l-oħrajn;

(b) l-ekwipaġġ pajżana kemm ta' l-ajru u wkoll tal-baħar;

(ċ) l-ekwipaġġ tat-tirjira u l-attendenti fuq titjiriet ta' emerġenza jew salbataġġ u dawk l-oħrajn li jagħtu l-għajnuna fl-okkorrenza ta' xi disastru jew inċident;

(d) l-ekwipaġġ pajżana ta' vapuri li jbaħħlu f'ibħra internazzjonali;

(e) id-detenturi tal-laissez-passer maħruġ minn uħud mill-organizzazzjonijiet intergornamentali internazzjonali lill-uffiċjali tagħhom.

2. Stat Membru jista jeżenta mill-ħtieġa tal-viża student tal-iskola li jkollu ċ-ċittadinza ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness I li jabita f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II u li jkun jivvjaġġa bħala parti minn ġita tal-iskola bħala membru ta' grupp ta' studenti tal-iskola li jkunu akkumpanjati minn għalliem mill-iskola f'dak il-każ.

3. Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2) f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

Artikolu 5

1. Fi żmien 10 t'ijiem utili mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bill-miżuri meħuda bis-saħħa ta' l-Artikoli 3, it-tieni nċiż u l-Artikolu 4. Aktar tibdiliet għal dawk il-miżuri għandhom l-istess ikunu ikkommunikati fi żmien ħamest ijiet utili.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 7

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 [5] għandu jkun mibdul b'dan ir-Regolament.

2. Il-verżjonijiet finali tal-Istruzzjoni Konsulari Komuni (CCI) u tal-Manwal Komuni (CM), hekk kif jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex(99) 13) għandhom ikunu emendati kif ġej:

1. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

"Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001";

2. il-lista fl-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

3. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

"Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001";

4. il-lista fl-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

5. il-parti III ta' l-Anness 1 tal-CCI u l-parti III ta' l-Anness 5 tal-CM għandha tkun imħassra.

3. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tal-15 ta' Diċembru 1997 (SCH/Com-ex(97)32) I tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)53, rev.2) għandhom ikunu mħassra.

Artikolu 8

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. B'dana kollu, għal ċittadini tal-pajjiż terz fl-Anness II immarkat bi still, id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 1(2) għandha tkun deċiża sussegwentament mill-Kunsill, li jaġixxi b'konformità ma l-Artikolu 67(3) tat-Trattat, fuq il-bażi tar-rapport referut fis-subparagrafu li ġej.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista titlob lill-pajjiż ikkonċernat li jindika liema impenji huwa jkun ippreparat li jintrabat magħhom dwar l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali, inkluża r-ripatriazzjoni ta' persuni minn dak il-pajjiż li huma residenti illegalment, u li tressaq rapport dwar dan lejn il-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill bl-ewwel rapport, akkumpanjat minn xi rakkommandazzjonijiet utili, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001.

Sa kemm isseġġ l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-att li jinkorpora d-deċiżjoni msemmija hawn fuq, il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 1(1) għandha tkun applikabbli għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. L-Artikoli 2 sa 6 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M-I. Klingvall

[1] ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 66.

[2] L-Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

[4] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

[5] ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1 [1]

1. STATI

L-Afganistan

L-Albanija

L-Alġerija

L-Angola

Antigwa u Barbuda

L-Armenja

L-Ażerbajġann

Il-Baħamas

Il-Baħrejn

Il-Bangladexx

Il-Barbados

Il-Belarus

IL-Beliż

Il-Benin

Il-Butan

Il-Bosnia u Herżegovina

Il-Botswana

Il-Burkina Faso

Il-Burma/Mjanmar

Il-Burundi

Il-Kambodja

Il-Kamerun

Il-Kap Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Iċ-Ċina

Il-Kolumbja

Il-Kongo

Il-Côte d'Ivoire

Il-Kuba

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Id-Dġjibuti

Domenika

Ir-Repubblika Domenikana

L-Eġittu

Il-Gwinea Ekwatorjali

L-Eritrea

L-Etjopja

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja-Montenegro)

Il-Fiġi

Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Il-Gabon

Gambja

Il-Ġeorġja

Il-Gana

Il-Grenada

Il-Gwinea

Gwinea-Bissau

Il-Gujana

Haïti

L-Indja

L-Indoneżja

L-Iran

L-Iraq

Il-Ġamajka

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Kenja

Kiribati

Il-Kuwajt

IL-Kriġiżstan

Il-Laos

Il-Lebanon

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Libja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Maldivi

Il-Mali

Il-Gżejjer Marshall

Il-Mawritanja

Il-Mawrizju

Il-Mikroneżja

Il-Moldovja

Il-Mongolja

Il-Marokk

Il-Możambik

In-Namibja

In-Nauru

In-Nepal

In-Niġer

In-Niġerja

Il-Korea ta' fuq

Il-Marjanas tat-Tramuntana

L-Oman

Il-Pakistan

Il-Palaw

Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida

Il-Peru

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Ir-Rwanda

Saint Kitts u Nevis

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadine

São Tomé és Príncipe

L-Arabja Sawdita

Is-Senegal

Is-Sejxell

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t'Isfel

Is-Sri Lanka

Is-Sudan

Is-Surinam

Sważilandja

Is-Sirja

It-Taġikistan

It-Tanżanija

It-Tajlandja

Il-Komoros

It-Togo

It-Tonga

Trinidad u Tobago

It-Tunisja

It-Turkija

It-Turkmenistan

It-Tuvalu

L-Uganda

L-Ukrajna

L-Emitari Arab Magħquda

L-Użbekistan

Il-Vanwatu

Il-Vjetnam

Is-Samoa tal-Punent

Il-Jemen

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX TIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

It-Timor tal-Vant

L-Awtorità Palestinjana

It-Taiwan

[1] Ara l-Artikolu 8(2).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1(2)

1. STATI

L-Andorra

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Bolivja

Il-Brażil

Il-Brunej

Il-Bulgarija

Il-Kanada

Iċ-Ċili

Il-Kosta Rika

Il-Kroazja

Ċipru

Ir-Repubblika Ċeka

L-Ekwador

L-Estonja

Il-Gwatemala

Is-Santa Sede

Il-Ħonduras

L-Ungerija

L-Iżrael

Il-Ġappun

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Malażja

Malta

Il-Messiku

Monako

New Zealand

In-Nikaragwa

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Polonja

Ir-Rumanija [1]

Salvador

San Marino

Singapore

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Il-Korea t'Isfel

L-Iżvizzera

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

L-Urugwaj

Il-Veneżwela

2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEP¬JALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU

TAĊ-ĊINA, Hong Kong SAR [2]

Makaw SAR [3]

[1] Ara artiklu 8 (2)

[2] L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport "Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong".

[3] L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport "Região Administrativa Especial de Macau".

--------------------------------------------------