32001R0070



Official Journal L 010 , 13/01/2001 P. 0033 - 0042


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001

tat-12 ta’ Jannar 2001

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar ċerti kategoriji ta’ għajnuna orizzontali ta’ l-Istat [1], u partikolarment il-punti (a)(i) u (b) ta’ l-Artikolu 1(1) li joħroġ minnu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament [2],

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Għajnuna ta’ l-Istat,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li taħt ċerti kondizzjonijiet għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju hija kompatibbli mas-suq komuni u mhux suġġetta għall-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, dik l-għajnuna li taqbel mal-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru għall-għoti ta’ l-għajnuna reġjonali hija kompatibbli mas-suq komuni u mhux suġġetta għall-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(3) Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju ġewwa u barra mill-inħawi mgħejjuna f’deċiżjonijiet numerużi u anki stqarret il-politika tagħha, l-iktar riċenti fir-regoli tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju [3] u fir-regoli ta’ l-għajnuna nazzjonali reġjonali [4]. Minħabba l-esperjenza konsiderevoli tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u minħabba t-testi ġenerali rigward l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-għajnuna reġjonali maħruġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dawk id-disposizzjonijiet, huwa xieraq, bil-ħsieb li jkun żgurat superviżjoni effiċjenti u tkun simplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef s-sorveljanza tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni tagħmel użu mis-setgħat mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 994/98.

(4) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal possibbiltà għall-Istati Membri li tinnotifika għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawn in-notifiki jkunu eżaminati mill-Kummissjoni partikolarment minħabba l-kriterji ppreżentati f’dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom jitneħħew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, peress li l-kontenut tagħhom jinbidel b’dan ir-Regolament.

(5) Impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom irwol deċisiv fil-ħolqien tax-xogħol u, iktar ġenerali, jaġixxu bħala fattur ta’ stabbiltà soċjali u imbuttatura ekonomika. Iżda, l-iżvilupp tagħhom jista’ jkun limitat minn imperfezzjonijiet fis-suq. Huma ta’ sikwit ikollhom diffikultajiet biex jiksbu kapital jew kreditu, minħabba n-natura ta’ biża’ mir-riskju ta’ ċerti swieq finanzjari u l-garanziji limitati li jkunu jistgħu joffru. Ir-riżorsi limitati tagħhom jistgħu wkoll jirrestrinġu l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, l-aktar dwar teknoloġija ġdida u swieq potenzali. Wara li tat każ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-iskop ta’ l-għajnuna eżenta b’dan ir-Regolament għandha tkun li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi ta’ l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, sakemm dik l-għajnuna ma taffettwax ħażin il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt kontra l-interess komuni.

(6) Dan ir-Regolament għandu jeżenta kull għajnuna li tħares il-ħtiġiet relevanti kollha ta’ dan ir-Regolament, u kull skema ta’ għajnuna, sakemm kull għajnuna li setgħet tingħata taħt it-tali skema tħares il-ħtiġiet relevanti ta’ dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li tkun żgurata superviżjoni effiċjenti u tkun issimplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef is-sorveljanza tal-Kummissjoni, l-iskemi ta’ l-għajnuna u l-għotjiet individwali barra kull skema ta’ għajnuna għandhom ikollhom riferenza espressa għal dan ir-Regolament.

(7) Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali fir-regolamenti u d-direttivi dwar l-għajnuna ta’ l-Istat f’ċerti setturi, bħalma bħalissa jeżistu għall-bini tal-vapuri, u m’għandhomx japplikaw għall-agrikultura u s-sajd u l-akkwakultura.

(8) Sabiex ikunu eliminati d-differenzi li jistgħu jagħtu bidu għad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, sabiex tkun iffaċilitata l-kordinazzjoni bejn l-inizjattivi tal-Komunità u nazzjonali dwar l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għal raġunijiet ta’ kjarezza amministrattiva u ta’ ċertezza legali, id-definizzjoni ta’ "impriżi żgħar u ta’ daqs medju" użata f’dan ir-Regolament għandha tkun dik fir-Rakkomandazzjoni 96/280/KE tat-3 ta’ April 1996 dwar id-definizzjoni ta’ l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju [5]. Dik id-definizzjoni ntużat ukoll fir-regoli tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju [6].

(9) Skond il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, u bil-ħsieb biex ikun żgurat aħjar li l-għajnuna hija a proporzjon u limitata għall-ammont meħtieġ, il-limiti għandhom ikunu espressi f’termini ta’ l-intensitajiet ta’ l-għajnuna skond sett ta’ spejjeż eliġibbli, minflok f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna.

(10) Sabiex ikun stabbilit jekk l-għajnuna hijiex kompatibbli jew le mas-suq komuni skond dan ir-Regolament, hemm bżonn tittieħed in konsiderazzjoni l-intensità ta’ l-għajnuna u b’hekk l-ammont ta’ għajnuna espressa bħala ekwivalenza ta’ għotja. Il-kalkolu ta’ l-għotja ekwivalenti ta’ għotja pagabbli f’numru ta’ akkonti u għajnuna f’forma ta’ self b’rata baxxa jeħtieġ l-użu tar-rati ta’ l-imgħax li jeżistu fiż-żmien ta’ l-għotja. Bil-ħsieb ta’ applikazzjoni uniformi, trasparenti, u sempliċi tar-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat, ir-rati tas-suq għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala rati ta’ riferenza, sakemm, fil-każ ta’ self b’imgħax baxx, is-self huwa ggarantit minn garanzija normali u ma jinvolvix riskju aktar minn normali. Ir-rati ta’ referenza għandhom ikunu dawk li huma perjodikament iffissati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-Internet.

(11) Wara li kkunsidrat id-differenzi bejn l-impriżi ż-żgħar u l-impriżi ta’ daqs medju, limiti differenti ta’ saħħa ta’ l-għajnuna għandhom ikunu ffissati għall-impriżi ż-żgħar u għall-impriżi ta’ daqs medju.

(12) Il-limiti tas-saħħa ta’ l-għajnuna għandhom ikunu ffissati, skond l-esperjenza tal-Kummissjoni, f’livell li jolqot il-bilanċ xieraq bejn id-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur mgħejjun u l-għan biex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi ta’ l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(13) Huwa tajjeb li jkunu stabbiliti aktar kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu b’kull skema jew għajnuna individwali eżentata b’dan ir-Regolament. Wara li kkunsidrat l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat, it-tali għajnuna normalment m’għandhiex ikollha l-effett biss li kontinwament jew perjodikament tbaxxi l-ispejjeż ta’ operazzjoni li l-benefiċjarju normalment ikollu jħallas, u għandhom ikunu bi proporzjon għad-diffikultajiet li għandhom jinqabżu sabiex jiżguraw il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi meqjusa li huma fl-interess tal-Komunità. Huwa għalhekk il-każ li jkun limitat l-iskop ta’ dan ir-Regolament għall-għajnuna mogħtija rigward ċerti investimenti tanġibbli u intanġibbli, ċerti servizzi pprovduti lill-benefiċjari u ċerti attivitajiet oħra. Minħabba l-attività żejda tal-Komunità fis-settur tat-trasport, bl-eċċezzjoni tal-materjal rotabbli ferrovjarju, l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment li għandhom l-attività ekonomika ewlenija tagħhom fis-settur tat-trasport m’għandhomx jinkludu l-mezzi tat-trasport u t-tagħmir.

(14) Dan ir-Regolament għandu jeżenta l-għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju mhux importanti fejn qegħdin. Investiment u ħolqien ta’ xogħol jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni inqas favoriti fil-Komunità. L-impriżi żgħar u ta’daqs medju f’dawn ir-reġjuni jsofru kemm minn l-iżvantaġġ strutturali tal-lokalità u d-diffikoltajiet li jiġu mid-daqs tagħhom. Għalhekk huwa l-każ li l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju f’reġjuni mgħejjuna għandhom jibbenefikaw minn limiti ogħla.

(15) Sabiex ma jkunx favorit il-fattur kapitali ta’ investiment fuq il-fattur tax-xogħol, disposizzjoni għandha ssir għall-possibbiltà biex titkejjel l-għajnuna għall-investiment fuq il-bażi jew ta’ l-infiq ta’ l-investiment jew l-infiq ta’ impjiegi ġodda biex jitwettaq il-proġett ta’ investiment.

(16) Minħabba l-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fuq is-Sussidji u l-Miżuri tat-Taxxi Kompensatorji [7], dan ir-Regolament m’għandux jeżenta l-għajnuna ta’ l-esportazzjoni jew l-għajnuna li tiffavorixxi l-prodott domestiku fuq dak importat. L-għajnuna lejn l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni fil-fieri internazzjonali jew għall-istudju jew servizzi ta’ konsultazzjoni meħtieġa biex jinħareġ prodott ġdid jew diġà eżistenti fuq suq ġdid normalment ma tikkostitwixxix għajnuna għall-esportazzjoni.

(17) Wara li kkunsidrat il-bżonn biex tilħaq bilanċ xieraq bejn it-tnaqqis ta’ distorzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur mgħejjun u l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, m’għandhiex teżenta għotjiet individwali ta’ għajnuna li jaqbżu ammont massimu, kemm jekk huma u kemm jekk m’humiex taħt skema ta’ għajnuna eżentata b’dan ir-Regolament.

(18) Sabiex tkun żgurata li l-għajnuna hija meħtieġa u li taġixxi bħala inċentiv biex tiżviluppa ċerti attivitajiet, dan ir-Regolament m’għandux jeżenta l-għajnuna għall-attivitajiet li fihom il-benefiċjarju kien diġà jagħmel waħda bl-kondizzjonijiet tas-suq.

(19) Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta l-għajnuna li nġabret bl-għajnuna ta’ Stat ieħor, inkluża l-għajnuna mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew bl-għajnuna tal-Komunità, rigward l-istess spejjeż eliġibbli, meta din il-ġabra taqbeż il-limiti ffissati f’dan ir-Regolament.

(20) Sabiex tkun żgurata t-trasparenza u s-sorveljanza effettiva, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, huwa xieraq li tkun stabbilita forma uniformi li biha l-Istati Membri jipprovdu l-Kummissjoni b’informazzjoni qasira kull meta, skond dan ir-Regolament, skema ta’ għajnuna hija implimentata jew meta għajnuna individwali barra dawn l-iskemi tingħata, bil-għan li jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li jkunu stabbiliti regoli dwar id-data li l-Istati Membri għandhom iżommu dwar l-għajnuna eżentata b’dan ir-Regolament. Għall-finijiet tar-rapport ta’ kull sena li għandu jinbtagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, huwa xieraq għall-Kummissjoni li tistabbilixxi ħtiġiet speċifiċi, inkluża, minħabba d-disponibbiltà kbira tat-teknoloġija meħtieġa, l-informazzjoni f’forma kumpjuterizzata.

(21) Wara li kkunsidrat l-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, u partikolarment il-frekwenza li biha hija ġeneralment meħtieġa li tkun riveduta l-politika ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat, huwa xieraq li jkun limitat il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun imġedded, l-iskemi ta’ l-għajnuna diġà eżenti b’dan ir-Regolament għandhom ikomplu u jkunu eżenti għal sitt xhur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Komunità jew Direttivi speċjali taħt it-Trattat tal-KE li jirregolaw l-għoti ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat f’setturi speċifiċi, kemm jekk aktar jew inqas stretti minn dan ir-Regolament, dan ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-setturi kollha.

2. Dan ir-Regolament m’għandhux jgħodd:

(a) għall-attivitajiet konnessi mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-promozzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I tat-Trattat;

(b) għall-għajnuna għall-attivitajiet relatati ma’ l-esportazzjoni, jiġifieri għajnuna konnessa direttament mal-kwantitajiet esportati, għat-twaqqif u l-operazzjoni tax-xibka tad-distribuzzjoni jew għal spejjeż kurrenti oħra konnessa ma’ l-attività ta’ l-esportazzjoni;

(ċ) għall-għajnuna li tiddependi fuq l-użu tal-prodotti domestiċi minflok dawk importati.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "għajnuna" tfisser kull miżura li taqdi l-kriterji mniżżla fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat;

(b) "impriżi żgħar u ta’ daqs medju" tfisser l-impriżi kif definiti fl-Anness I;

(ċ) "investiment f’assi tanġibbli" tfisser investiment f’assi materjali fissi li jirrigwardaw il-ħolqien ta’ stabbiliment ġdid, l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti, jew l-ingaġġ f’attività li tinvolvi bidla fundamentali fil-prodott jew fil-proċess tal-produzzjoni ta’ stabbiliment eżistenti (partikolarment minn razzjonalizzazzjoni, diversifikazzjoni jew modernizzazzjoni). Investiment f’assi fissi meħuda sabiex tieħu stabbiliment li għalaq jew kieku kien jagħlaq li kieku ma nxtarax ukoll jitqies bħala investiment tanġibbli;

(d) "investiment f’assi tanġibbli" ifisser investiment fit-trasferiment tat-teknoloġija bl-akkwist tal-jeddijiet ta’ patenti, liċenzji, esperjenza jew tagħrif tekniku mhux patentat;

(e) "l-intensità ta’ l-għajnuna" tfisser l-ammont ta’ l-għajnuna bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. Il-figuri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kull tnaqqis mit-taxxa diretta. Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra barra bħala għotja, l-ammont ta’ l-għajnuna tkun l-għotja ekwivalenti għall-għajnuna. L-għajnuna pagabbli f’diversi akkonti għandha tkun imnaqqsa għall-valur tagħha fil-mument meta tingħata. Ir-rata ta’ l-imgħax li għandha tintuża għall-iskopijiet ta’ tnaqqis u għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għal self b’rata baxxa tkun ir-rata ta’ riferenza fil-mument ta’ l-għotja;

(f) "l-intensità netta ta’ l-għajnuna" tfisser l-ammont ta’ l-għajnuna netta mit-taxxa bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett;

(g) "numru ta’ impjegati" tfisser in-numru tal-ħaddiema tax-xogħol ta’ kull sena (ALU), jiġifieri n-numru tal-persuni impjegati fuq bażi full time f’sena waħda, part-time u fuq xogħol staġjonali li huma frazzjonijiet ta’ ALU.

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni

1. Għajnuna individwali barra kull skema, li taderixxi mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u tkun eżentata mill-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm ikollha riferenza espressa għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu u r-riferenza tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-iskemi ta’ l-għajnuna li jħarsu l-kondizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm:

(a) kull għajnuna li tista’ tingħata taħt it-tali skema tħares il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-iskema jkun fiha riferenza espressa għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu tagħha u r-riferenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3. L-għajnuna mogħtija taħt l-iskemi msemmija fil-paragrafu 2 tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u tkun eżentata mill-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm l-għajnuna mogħtija direttament tħares il-kondizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-Investiment

1. L-għajnuna għall-investiment fl-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ġewwa u barra l-Komunità tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u tkun eżentata mill-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm tħares il-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa 6:

2. L-intensità ta’ l-għajnuna kollha ma taqbiżx:

(a) 15 % fil-każ ta’ impriżi żgħar;

(b) 7,5 % fil-każ ta’ impriżi ta’ daqs medju.

3. Fejn l-investiment isir f’postijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna reġjonali, l-intensità ta’ l-għajnuna ma taqbiżx il-massimu ta’ l-għajnuna għall-investiment reġjonali ddeterminata mill-mappa approvata mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru b’aktar minn:

(a) 10 punti sħaħ ta’ persentaġġi f’postijiet koperti mill-Artikolu 87(3)(ċ), sakemm l-intensità totali netta ta’ l-għajnuna ma taqbiżx it-30 %; jew

(b) 15-il punt sħaħ ta’ persentaġġi f’postijiet koperti mill-Artikolu 87(3)(a), sakemm l-intensità totali netta ta’ l-għajnuna ma taqbiżx il-75 %.

Il-limiti ogħla ta’ l-għajnuna reġjonali ma jgħoddux jekk l-għajnuna tingħata bil-kondizzjoni li l-investiment jinżamm fir-reġjun li qed jirċevieh għal mill-inqas ħames snin u li l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju għall-iffinanzjar tiegħu hija mill-inqas 25 %.

4. Il-limiti ffissati fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jgħoddu għall-intensità ta’ l-għajnuna kkalkulata jew bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment jew bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż tal-pagi tal-ħidma li nħolqot bit-twettiq ta’ investiment (għajnuna għall-ħolqien ta’ xogħol) jew it-tnejn flimkien, sakemm l-għajnuna ma taqbiżx l-iktar ammont favorevoli li joħroġ mill-applikazzjoni ta’ kalkolu jew ieħor.

5. Fil-każijiet fejn l-għajnuna hija maħduma fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż ta’ l-investiment, l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment tanġibbli jkunu l-ispejjeż li jirrigwardaw l-investiment fl-artijiet, bini, makkinarju u tagħmir. Fis-settur tat-trasport, ħlif għall-materjal rotabbli ferrovjarju, il-mezzi tat-trasport u t-tagħmir tat-trasport ma jkunx inkluż fl-ispejjeż eliġibbli. L-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment tanġibbli jkunu l-ispejjeż ta’ l-akkwist tat-teknoloġija.

6. Fil-każijiet fejn l-għajnuna hija maħduma fuq il-bażi ta’ l-impjiegi maħluqa, l-ammont ta’ l-għajnuna tkun espressa bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż tal-pagi tul perjodu ta’ sentejn li jirrelata ma’ l-impjieg maħluq bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ħolqien tax-xogħol ikun konness mat-twettiq ta’ proġett ta’ investiment f’assi tanġibbli u mhux tanġibbli. L-impjiegi jinħolqu fi żmien tliet snin minn meta jitlesta l-investiment;

(b) il-proġett ta’ investiment għandu jwassal għal żieda netta fin-numru ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat, ipparagunat mal-medja matul it-tnax-il xahar ta’ qabel; u

(ċ) l-impjiegi maħluqa jinżammu matul perjodu minimu ta’ ħames snin.

Artikolu 5

Konsulenza u servizzi u attivitajiet oħra

L-għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u tkun eżentata mill-ħtiġiet tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat:

(a) għas-servizzi pprovduti minn konsulenti esterni, l-għajnuna sħiħa m’għandhiex taqbeż 50 % ta’ l-ispejjeż tat-tali servizzi. Is-servizzi kkonċernati ma jkunux attività kontinwa jew perjodika l-anqas jirrelataw għall-ispiża ta’ kuljum biex topera l-impriża, bħal servizzi soliti ta’ konsulenza dwar taxxa, servizzi legali regolari, jew irreklamar;

(b) għal parteċipazzjoni f’fieri u esibizzjonijiet, l-għajnuna sħiħa ma taqbiżx il-50 % ta’ l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu għal kiri, armaw u tmexxija ta’ l-istand. Din l-eżenzjoni tgħodd biss għall-ewwel parteċipazzjoni ta’ impriża f’fiera jew esibizzjoni partikolari.

Artikolu 6

Għotjiet individwali kbar ta’ għajnuna

Dan ir-Regolament ma jeżentax għotja individwali ta’ għajnuna fejn waħda mil-limiti li ġejjin tkun imħarsa:

(a) it-total ta’ l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett kollu huma mill-inqas 25000000 EUR u

(i) f’reġjuni li ma jikkwalifikawx għal għajnuna reġjonali, l-intensità sħiħa ta’ l-għajnuna hija mill-inqas 50 % tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2);

(ii) f’postijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna reġjonali, l-intensità netta ta’ l-għajnuna hija mill-inqas 50 % tal-limitu nett ta’ l-għajnuna kif iddeterminat fil-mappa ta’ l-għajnuna reġjonali għall-post ikkonċernat; jew

(b) l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna huwa mill-inqas 15000000 EUR.

Artikolu 7

Bżonn għall-għajnuna

Dan ir-Regolament jeżenta l-għajnuna biss jekk, qabel ma jibda x-xogħol fuq il-proġett mgħejjun:

- jew applikazzjoni għall-għajnuna mogħtija lill-Istat Membru mill-benefiċjarju, jew

- l-Istat Membru jkun adotta disposizzjonijiet legali li jistabbilixxu dritt legali għall-għajnuna skond il-kriterji ta’ l-għan u mingħajr aktar eżerċizzju ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 8

Ġbir

1. Il-limiti ffissati ta’ l-għajnuna fl-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom jgħoddu sew jekk l-appoġġ għall-proġett mgħejjun mhux iffinanzjat kompletament mir-riżorsi ta’ l-Istat jew jekk mhux iffinanzjat parzjalment mill-Komunità.

2. L-għajnuna eżentata b’dan ir-Regolament ma takkumulax ma’ għajnuna ta’ xi Stat ieħor skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, jew ma’ iffinanzjar ieħor tal-Komunità, dwar l-istess spejjeż eliġibbli, jekk it-tali kumulazzjoni kieku tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dik iffissata minn dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Trasparenza u sorveljanza

1. Ma’ l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ l-għajnuna, jew għotja ta’ għajnuna individwali barra kull skema, eżentata minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol, iwasslu lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, informazzjoni qasira dwar din l-iskema ta’ għajnuna jew għajnuna individwali f’forma mniżżla fl-Anness II.

2. L-Istati Membri għandhom iżommu dokumenti dettaljati rigward l-iskemi ta’ l-għajnuna eżentati minn dan ir-Regolament, l-għajnuna individwali mogħtija taħt dawk l-iskemi, u l-għajnuna individwali eżentata minn dan ir-Regolament li tingħata barra kull skema eżistenti ta’ għajnuna. Dawn id-dokumenti jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jistabbilixxu li l-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni, kif imniżżla f’dan ir-Regolament, huma mħarsa, inkluża l-informazzjoni fuq l-istat tal-kumpanija bħala IŻM. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistrazzjoni rigward l-għajnuna individwali għal 10 snin mid-data meta ngħatat, u rigward skema ta’ l-għajnuna, għal 10 snin mid-data meta l-aħħar għajnuna individwali ngħatat taħt it-tali skema. Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, matul perjodu ta’ 20 ġurnata tax-xogħol jew perjodu itwal kif jista’ jkun iffissat fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa biex tistma jekk il-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kienux imħarsa.

3. L-Istati Membri jħejju rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament rigward sena kalendarja sħiħa jew parti minnha li matulha dan ir-Regolament japplika, fil-forma mniżżla fl-Anness III, ukoll f’forma kompjuterizzata. L-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tali rapport mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jiskadi l-perjodu li għalih jirrelata r-rapport.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u l-perjodu ta’ validità

1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2006.

2. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, l-iskemi ta’ l-għajnuna eżenti taħt dan ir-Regolament jibqgħu eżenti matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Jannar 2001.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 142, ta’ l-14.5.1998, pġ. 1.

[2] ĠU C 89, tat-28.3.2000, pġ. 15.

[3] ĠU C 213, tat-23.7.1996, pġ. 4.

[4] ĠU C 74, ta’ l-10.3.1998, pġ. 9.

[5] ĠU L 107, tat-30.4.1996, pġ. 4.

[6] Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3.

[7] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 156.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Id-Definizzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju

(estratt mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE tat-3 t’April 1996 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4))

"Artikolu 1

1. Impriżi żgħar u ta’ daqs medju, minn issa ’l quddiem riferuta bħala "IŻM", huma definiti bħala impriżi li:

- għandhom inqas minn 250 impjegat, u

- għandhom jew,

- bejgħ kull sena li ma jaqbiżx l-40 miljun EUR, jew

- bilanċ totali ta’ kull sena li ma jaqbiżx is-27 miljun EUR,

- huma konformi mal-kriterji ta’ l-indipendenza kif definiti fil-paragrafu 3.

2. Billi hemm bżonn issir distinzjoni bejn l-impriżi żgħar u dawk ta’ daqs medju, "impriża żgħira" hija definita bħala impriża li:

- għandha inqas minn 50 impjegat u

- għandha jew,

- bejgħ kull sena li ma jaqbiżx is-7 miljuni EUR, jew

- bilanċ totali ta’ kull sena li ma jaqbiżx il-5 miljuni EUR,

- hija konformi mal-kriterji ta’ l-indipendenza kif definiti fil-paragrafu 3.

3. Impriżi indipendenti huma dawk li m’għandhomx 25 % jew iżjed tal-kapital jew tad-drittijiet tal-voti għand impriża waħda, jew konġunti minn bosta impriżi, li jaqgħu barra d-definizzjonijiet ta’ l-IŻM jew impriżi żgħar, skond liema tapplika. Dan il-limitu jista’ jinqabeż fiż-żewġ każijiet li ġejjin:

- jekk l-impriża tinżamm minn korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, kumpanija ta’ kapital ta’ sogru jew investituri istituzzjonali, sakemm l-ebda kontroll m’huwa eżerċitat individwalment jew konġunt,

- jekk il-kapital huwa mifrux b’tali mod li mhux possibbli li jkun stabbilit għand min qiegħed u jekk l-impriża tiddikjara li tista’ tippreżumi bil-liġi li mhux posseduta b’25 % jew iżjed minn impriża waħda, jew konġunta minn bosta impriżi, li jaqgħu barra d-definizzjoni ta’ l-IŻM jew ta’ impriża żgħira, skond liema tapplika.

4. Biex ikunu kkalkolati l-limiti riferuti fil-paragrafi 1 u 2, huwa għalhekk meħtieġ li jinġabru l-figuri relevanti għall-impriża benefiċjarja u għall-impriżi kollha li hija tikkontrolla direttament jew indirettament minn pussess ta’ 25 % jew iżjed tal-kapital jew tad-drittijiet tal-voti.

5. Billi hemm bżonn issir distinzjoni bejn impriżi mikro mill-IŻM l-oħrajn, dawn huma ddefiniti bħala impriżi li għandhom inqas minn 10 impjegati.

6. Fejn, fid-data finali tal-bilanċ, impriża taqbeż jew taqa’ taħt il-limiti ta’ l-impjegati jew il-limiti finanzjarji, dan għandu jirriżulta fl-akkwist jew it-telf ta’ l-istat ta’ "IŻM", "impriża ta’ daqs medju", "impriża żgħira" jew "impriża mikro" biss jekk il-fenomenu jkun irripetut fuq sentejn finanzjarji konsekuttivi.

7. In-numru ta’ persuni impjegati jikkorrispondi man-numru ta’ ħaddiema fix-xogħol kull sena (AWU), jiġifieri, in-numru ta’ ħaddiema full-time impjegati matul is-sena bil-ħaddiema part-time u staġjonali jkunu frazzjonijiet ta’ l-AWU. Is-sena ta’ riferenza li għandha tkun ikkunsidrata hija dik ta’ l-aħħar perjodu ta’ kontabilità approvat.

8. Il-limiti tal-bejgħ u tat-total tal-bilanċ huma dawk ta’ l-aħħar perjodu approvat ta’ kontabilita’ ta’ 12-il xahar. Fil-każ ta’ impriżi ġodda stabbiliti li l-kontijiet tagħhom għadhom m’humiex approvati, il-limiti li għandhom ikunu applikati jittieħdu minn stima kredibbli li saret waqt is-sena finanzjarja."

--------------------------------------------------

ANNESS II

Forma ta' l-informazzjoni fil-qosor li għandu jkun provdut kull meta skema għall-għajnuna eżenta b'dan ir-Regolament hija implimentata u kull meta għajnuna individwali eżenta b'dan ir-Regolament tingħata barra kull skema ta' għajnuna

Informazzjoni fil-qosor ta' l-għajnuna ta' l-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 |

Informazzjoni fil-qosor li għandha timtela | Rimarki ta' spjegazzjoni |

L-Istat Membru | |

Reġjun | Indika l-isem tar-reġjun jekk l-għajnuna tingħata minn awtorita' subċentrali |

It-titolu ta' skema ta' l-għajnuna jew l-isem ta' kumpanija li tirċievi għajnuna individwali | Indika l-isem ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew fil-każ ta' għajnuna individwali, l-isem tal-benefiċjarju. Fil-każ ta' l-aħħar, rapporti annwali sussegwenti m'humiex meħtieġa! |

Bażi legali | Indika r-riferenza eżatta tal-liġi nazzjonali għall-iskema ta' l-għajnuna jew għall-għajnuna individwali |

In-nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew l-ammont kollu ta' l-għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija | L-ammonti għandhom jingħataw f'euros jew, jekk applikabbli, fil-munita lokali. Fil-każ ta' skema ta' l-għajnuna: indika l-ammont annwali totali ta' l-approprjazzjoni(jiet) tal-budget jew it-telf stmat tat-taxxa għal kull sena għall-istrumenti ta' l-għajnuna li hemm fl-iskema. Fil-każ ta' għotja ta' għajnuna individwali: indika l-ammont kollu ta' għajnuna/telf ta' taxxa. Jekk ikun il-każ, indika wkoll għal kemm-il sena l-għajnuna se titħallas f'akkonti jew fuq kemm-il sena t-telf ta' taxxa se titħallas. Għall-garanziji fiż-żewġ każijiet, indika l-ammont (massimu) tas-self iggarantit |

Intensità massima ta' l-għajnuna | Indika l-intensità massima ta' l-għajnuna jew l-ammont massimu ta' l-għajnuna għal kull oġġett eliġibbli |

Data ta' implimentazzjoni | Indika d-data minn meta l-għajnuna tista' tingħata taħt l-iskema jew meta l-għajnuna individwali tingħata |

Kemm se ddum l-iskema jew l-għotja ta' l-għajnuna individwali | Indika d-data (is-sena u x-xahar) sa meta l-għajnuna tista' tingħata taħt l-iskema jew fil-każ ta' għajnuna individwali u jekk xieraq id-data mistennija (is-sena u x-xahar) ta' l-aħħar pagamenti li jridu jitħallsu |

L-għanijiet ta' l-għajnuna | Huma mifhum li l-għan ewlieni huwa l-għajnuna lill-IŻM. Dan il-qasam jagħti l-opportunità li tindika aktar (sekondarji) għanijiet li għandhom ikunu segwiti (e.g. impriżi żgħar biss jew IŻM; għajnuna għall-investiment/konsulenza) |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-forma tar-rapport perjodiku li għandu jkun ipprovdut lill-Kummissjoni

Il-forma tar-rapport ta’ kull sena fuq l-iskemi ta’ l-għajnuna eżentati taħt regolament ta’ eżenzjoni ta’ grupp addottat skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98

L-Istati Membri jeħtieġ jużaw il-forma ta’ hawn taħt għall-obbligi tagħhom ta’ rraportar lill-Kummissjoni taħt regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ grupp adottati fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

Ir-rapporti għandhom ikunu pprovduti wkoll f’forma kompjuterizzata.

L-informazzjoni meħtieġa għall-iskemi kollha ta’ l-għajnuna eżentati taħt regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ grupp addottati skond l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98

1. It-titolu ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna

2. Ir-regolament ta’ eżenzjoni tal-Kummissjoni applikabbli

3. Nefqa

Figuri separati għandhom ikunu pprovduti għal kull strument ta’ l-għajnuna taħt skema jew għajnuna individwali (e.g. għotja, self b’rata baxxa, eċċ.) Il-figuri għandhom ikunu espressi f’ewros jew, jekk applikabbli, fil-munita lokali. Fil-każ tan-nefqa tat-taxxa, telf tat-taxxa ta’ kull sena għandhom ikunu rraportati. Jekk figuri eżatti mhux disponibbli, it-tali telf jista’ jkun stmat.

Dawn il-figuri ta’ nefqa għandhom ikunu pprovduti fuq din il-bażi.

Għas-sena taħt ir-reviżjoni indika separatament għal kull strument ta’ l-għajnuna taħt l-iskema (e.g. għotja, self b’rata baxxa, garanzija, eċċ.):

3.1. l-ammonti kommessi, it-telf ta’ taxxi (stmati) jew dħul ieħor mitluf, informazzjoni dwar garanziji, eċċ. għal proġetti ġodda mgħejjuna. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, l- ammont totali tal-garanziji ġodda li ngħataw għandhom ikunu pprovduti;

3.2. il-pagamenti attwali, it-telf ta’ taxxi (stmati) jew dħul ieħor mitluf, informazzjoni dwar garanziji, eċċ. għal proġetti ġodda u kurrenti. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, li ġejjin għandhom ikunu pprovduti: l-ammont totali tal-garanziji pendenti, dħul minn primjum, irkuprar, garanziji mħallsa, riżultat ta’ l-operat ta’ l-iskema fis-sena taħt ir- reviżjoni;

3.3. in-numru ta’ proġetti ġodda mgħejjuna;

3.4. in-numru kollu stmat ta’ l-impjiegi ġodda jew li nżammu bil-proġetti ġodda (jekk ikun il-każ);

3.5. l-ammont kollu stmat ta’ l-investiment mgħejjun minn proġetti ġodda;

3.6. Tqassim bir-reġjun ta’ l-ammonti taħt il-punt 3.1 jew bir-reġjuni definiti fin-NUTS [1] it-tieni livell jew taħtu jew bir-reġjuni fl-Artikolu 87(3)(a), ir-reġjuni fl- Artikolu 87(3)(ċ) u reġjuni mhux mgħejjuna;

3.7. Tqassim settorali ta’ l-ammonti taħt il-punt 3.1. bis-setturi ta’ l-attività tal-benefiċjarji (jekk iktar minn settur wieħed huwa kopert, indika l-parti ta’ kull wieħed):

xogħol fil-minjieri tal-faħam

manifattura

li minnu:

azzar

bini ta’ vapuri

fibri sintetiċi

vetturi bil-mutur

manifattura oħra (jekk jogħġbok speċifika)

servizzi

li minnhom:

servizzi ta’ trasport

servizzi finanzjarji

servizzi oħra (jekk jogħġbok speċifika)

setturi oħra (jekk jogħġbok speċifika)

4. Informazzjoni u rimarki oħra.

[1] NUTS hija n-nomenklatura ta’ l-unità territorjali għall-finijiet ta’ l-istatistika fil-Komunità.

--------------------------------------------------