32001D0595



Official Journal L 209 , 02/08/2001 P. 0032 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Lulju 2001

dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija

(2001/595/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Komunitajiet Ewropej ikkonkludew t-trattat tal-Karta ta' l-Enerġija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni numru 98/181/KE, KEFA, Euratom [1] li inkorporat ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GATT ta' l-1947.

(2) L-introduzzjoni fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-WTO li b'referenza minflok għad-dispożizzjonijiet tal-GATT ta' l-1947, kif ukoll l-inklużjoni ta' lista ta' tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ enerġija fid-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ huma fl-interess tal-Komunità.

(3) Il-Komunità għandha kompetenza esklużiva għall-politika kummerċjali komuni.

(4) Il-Konferenza tal-Karta ta' l-Enerġija u l-Konferenza Internazjonali miżmuma fl-24 ta' April 1998 ftehmet dwar it-test ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija, inkluża lista ta' tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ l-enerġija, u dwar deciżjonijiet ftehim u dikjarazzjonijiet relatati (Emenda tal-Kummerċ).

(5) Il-Komunità approvat b'Deċiżjoni tal-Kunsill numru 98/537/KE [2] it-test ta' l-Emenda tal-Kummerċ u l-applikazzjoni provviżorja tagħha sakemm tibda sseħħ.

(6) L-adozzjoni ta' l-Emenda tal-Kummerċ sejra tgħin biex jintħalqu l-għanijiet tal-Komunità Ewropea. L-imsemmija Emenda għandha għalhekk tiġi approvata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija hija b'din id-Deċiżjoni approvata f'isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea, jiddepożita l-istrument ta' l-approvazzjoni ta' l-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fit-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża, skond l-Artikoli 39 u 49 tat-Trattat tal-Karta ta' l-Enerġija.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Lulju 2001.

Għall- Kunsill

Il-President

M. Verwilghen

[1] ĠU L 69, tad-9.3.1998, p. 1.,

[2] ĠU L 252, tat-12.9.1998, p. 21.

--------------------------------------------------